Legislature:
Category:
Reset
Active:

WasteServ Malta Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk bint wieħed mid-diretturi tal-kumpannija ta' l-awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. ngħatatx impjieg ta' accountant ma' l-istess WasteServ? Jekk fl-affermattiv, ma jaħsibx il-Ministru li jista' ikun hemm konflitt ta' interess?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija WasteServ Malta Ltd. m'għandha l-ebda post ta' Accountant li huwa okkupat minn bint wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ta' l-Awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. Bint wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija ta' l-Awdituri tal-WasteServ Malta Ltd. li kienu responsabbli għall-awditjar tas-sena 2003, ġiet impjegata mill-ETC matul is-sena 2004 sabiex jimtela l-post vakant tal-Head Corporate Services tal-WasteServ Malta Ltd.

PTA — Vacancies għal periti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vakanti għal periti ma' l-awtorita' dwar it-trasport? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n -numru ta' postijiet vakanti u kif se jiġu mpjegati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

ETC — Statistika ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru, bħala Ministru responsabbli għall-ETC, jagħti statistika mill-1998 sa l-2003 dwar in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex, in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu Malta u n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta kif ukoll jagħti l-persentaġġ ta' ħaddiema Għawdxin mal-popolazzjoni Għawdxija u l-persentaġġ ta' ħaddiema Maltin mal-popolazzjoni Maltija?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ETC — Statistika ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru, bħala Ministru responsabbli għall-ETC, jagħti statistika bejn l-1998 sa l-2003 ta' ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex u ta' ħaddiema li jaħdmu f'Malta fid-diversi oqsma tax-xogħol, per eżempju, manifattura, turiżmu, self-employed, mal-gvern u mal-korporazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4931 Sitting 113 2004-03-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kerċem - Bini ta' taraġ f'Wied il-Lunzjata

Question

Tista' il-Ministru tagħti dettalji dwar in-natura u l-utilita' tax-xogħlijiet konsistenti f'bini ta' taraġ u culvert fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata peress illi dik l-area hija skedata bħala special area of conservation and high landscaping value?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata jikkonsisti f'bini ta' water culvert taħt il-livell tal-ħamrija biex jilqa' l-ilma tax-xita tat-Triq ta' Mulejja limiti tal-Fontana, u b'hekk jiġi evitat l-ilma tax-xita jidħol fil-propjeta' privata. Ir-raba' minn fejn għaddej dan il-culvert ser jerġa jiġi rijabilitat għall-istat oriġinali tiegħu.
Leg 10 PQ #4932 Sitting 113 2004-03-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Laqgħat tal-Kumitat Reġjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4789, peress illi fil-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex qed jiġu diskussi diversi issues u proġetti f'Għawdex, ma taħsibx il-Ministru li l-Oppożizzjoni għandha tkun mistiedna biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4789.

Għawdex — Rabat - Żvilupp fi Triq Borg Olivier

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4220, 4436 u 4689, jista' il-Ministru jgħid minn min saret l-applikazzjoni MEPA 93/03?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din l-applikazzjoni ġiet sottomessa mid-Direttorat ta' l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), skond Sezzjoni 6 ta’ l-Avviż Legali 27 ta’ l-2002, jiġifieri li d-Direttorat, bħal ma jagħmel is-soltu f’ każijiet simili, ħass li kien fl-interess ta’ ippjanar tajjeb li jsir it-tibdil fl-allinjament tat-triq kif propost fl-istess applikazzjoni.

Tarznari — Riżultati finanzarji

Question

B'riferenza għal dak li ġie rrappurtat fil-mezzi ta' l-istampa tal-ġimgħa li għaddiet minn diversi korrispondenti dwar ir-riżultati finanzjarji tat-Tarznari għas-snin 2002 u 2003 u anke għall-ewwel xahrejn ta' l-2004, jista' il-Ministru: a) jikkonferma jekk din hijiex il-pożizzjoni attwali tat-Tarznari; b) ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti finanzjarji għas-snin 2002 u 2003 u għall-ewwel xahrejn tas-sena 2004; c) jgħid jekk is-sitwazzjoni hija kif irrappurtata fl-istampa, x'wassal biex il-miri tal-gvern mill-bidunett tal-pjan marru żmerċ b'persentaġġ tant għoli? ii) X'inhuma l-pjani tal-gvern biex jagħmel tajjeb għal din id-diskrepanza? iii) Jekk il-projections għas-snin li fadal re l-2008 hux se jkunu riveduti? iv) X'inhuma l-konsegwenzi li aċċetta l-gvern fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea f'każ li l-miri finanzjarji tal-gvern għat-Tarznari ma jintlaħqux u allura x'contingency plans għandu l-gvern f'din l-eventwalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa — Il-Kortin - Tbattil ta' fosos

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex meta r-residenti tal-Kortin fil-Mellieħa jċemplu għas-servizz tat-tbattil tal-fosos mill-bowser, il-customer care department, meta jindenjaw iwieġbu, jgħidulhom jikkuntattjaw lill-kuntrattur direttament jew jgħidu li d-dipartiment m'għandux awtorita' fuq il-kuntrattur u ma jista' jagħmel xejn biex itejjeb is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ingħataw struzzjonijiet lil min hu responsabbli għall-Customer Care fil-Kororazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma biex f'kazi bħal dawn t-talbiet li jsiru jgħadduhom mill-ewwel lill-kuntrattur responsabbli. Ingħataw struzzjonijiet oħra biex il-Unit tal-Customer Care issegwi dawn l-ilmenti billi tikkontatja lil min ikun għamel talba biex tivverifika jekk fil-fatt il-kuntrattur ikunx għamel ix-xogħol mitlub minnu. Ċertament mhux il-każ li l-Korporazzjoni m'għandiex awtorita' tesiġi mingħand il-kuntratturi li dawn josservaw l-obbligi li jkunu daħlu għalihom meta ħadu l-kuntratt.

Mellieħa — Il-Kortin - servizz tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk fil-fatt fil-Kortin tal-Mellieħa hemmx 13-il dar fi Triq Kepler, 6 fi Triq Isaac Newton u diversi fi Triq Koperniku li mhumiex imqabbdin mas-servizz nazzjonali tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li wara spezzjoni fuq il-post irriżulta li n-numru ta' djar f'Tal-Kortin, Mellieħa li m'għandhomx servizz ta' drenaġġ hu hekk - Triq G. Galilei - żewġt'idjar (2) Triq J. Keppler - ħmistax-il dar (15) Triq I. Newton - erbat'idjar (4)

Mellieħa — Il-Kortin - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul dan l-aħħar xahar biex id-djar kollha fil-Kortin tal-Mellieħa jitqabbdu mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4125. Jiena nfurmat li qed isir studju biex tittieħed id-deċiżjoni dwar is-soluzzjoni għal din il-problema kif diġa kien indikat f'dik it-tweġiba.

Enemalta — Impjegata li ntemmilha l-impjieg tagħha

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-impjegata li isimha qed jintbagħat separatament, tkeċċiet minn mal-korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-persuna li kien qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru kienet terminata mill-impjieg wara li l-persuna attendiet Bord Mediku w ġiet terminata fuq raġunijiet ta' saħħa. Din il-proċedura tiġi applikata f'każi simili.

Marfa — Żviluppaturi tal-Wind Farm

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tipi differenti ta' studji ta' impatt ambjentali l-MEPA qed tobbliga lill-iżviluppaturi tal-Wind Farm fix-xagħri tal-Marfa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għadha fl-istadju kmieni ta’ l-ipproċessar..

Taxxi interni — Refund tal-capital gains tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jieħu l-Lm1,400 refund tal-capital gains tax dovuti lilu u li suppost kellu jeħodhom fil-15 ta' Diċembru 2003? Jista' jitħallas dawn il-flus malajr peress li jrid jgħajjex familja u huwa bla xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onororevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista jinqeda minn hemmhekk.

Industrial Estate — Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jinfurmani x'ġara mit-talba tal-Kunsill tal-Mellieħa sabiex jiġi żviluppat industrial estate fil-Mellieħa? X'qed iżomm milli tiġi approvata din it-talba? Peress li dan huwa bżonn kbir għan-nies tax-xogħol partikolarment għaż-żgħażagħ, jista’ l-Ministru jara li jiġu approvati l-proċeduri immedjatament u dan fid-dawl tal-fatt li hawn nuqqas ta' mpjiegi fil-pajjiż ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward il-proposta biex f’pajjiżna jkollna aktar żoni fejn ikunu jistgħu jaħdmu negozji zgħar u self-employed, qed jaħdem is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. Il-proċeduri qegħdin jiġu diskussi u nittama li f’qasir żmien il-Gvern ikun qed iħabbar kif ser taħdem din l-iskema.
Leg 10 PQ #4499 Sitting 112 2004-03-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa tal-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fil-Berġa tal-Mellieħa ħalli din tinfetaħ mill-ġdid ? Jista’ l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru immedjatament minħabba li fil-Mellieħa lanqas hemm ċentru tas-saħħa u qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti speċjalment l-anzjani li qed ikollhom jidhlu l-Mosta biex jieħdu l-mediċini ? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-11 ta' Diċembru 2003 kienu saru arranġamenti sabiex il-berġa tiffunzjona miċ-Ċentru Parrokjali tal-Mellieħa, u dan minħabba li l-berġa ġiet ikkundannata mill-perit responsabbli. Il-Kunsill Lokali appunta perit biex jara jekk hux possibli li l-berġa preżenti tiġi rranġata. Fil-futur se jsir ftehim mad-Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani biex il-berġa tiġi nkorporata mad-Dar ta' l-Anzjani li hemm ippjanata li tinbena.

Studenti — Hands on farming

Question

Kemm kien in-numru ta' studenti li attendew il-programm tal-hands-on farming is-sena l-oħra? Kemm minnhom kienu ġejjin minn skejjel privati u kemm private, u kemm mil-livell primarju u kemm sekondarju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti kien ta’ 1,808 minn skejjel primarji u 555 minn skejjel sekondarji matul l-2003. Ma tinżammx statistika li tiddifferenzja bejn jekk t-tfal li jipparteċipaw f’ dawn iż-żjarat ikunux ġejjin minn skejjel pubbliċi jew private (inkluż tal-Knisja)