Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Sahra li ħadmu l-membri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' l-overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jindika kif tqassam l-overtime taqsima taqsima?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn l-1997 u l-2003, huwa kif jidher hawn taħt: Sena Ammont imħallas 1997 Lm678,817* 1998 Lm276,954 1999 Lm246,586 2000 Lm259,791 2001 Lm441,157 2002 Lm323,860 2003 Lm585,003 *Jinkludi l-ammont ta` overtime li nħadem fl-1996 in konnessjoni ma' l-Elezzjoni Ġenerali. Infurmat ukoll illi rendikont ta' l- overtime skond it-Taqsimiet tal-Korp, beda jinżamm mis-sena 2001, u dan kien kif jidher fuq it-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilita' — Żraben ortopediċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern jipprovdix lill-persuni b'diżabilita' żraben ortopediċi magħmulin apposta għalihom? Jekk iva, tista' tgħid jekk dawn humiex manufatturati u mixtrijin mingħand ditti f'pajjiżna jew humiex impurtati minn barra? Jekk huma mpurtati minn barra, tista' tgħid minn fejn u minn liema kumpannija estera? Il-gvern jissussidja x-xiri ta' dawn iż-żraben?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li żraben ortopediċi jiġu provduti lill-persuni b'diżabilita' mill-Orthotics u Prosthetics Unit fl-Isptar San Luqa. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Maltacom — Manutenzjoni ta' batteriji

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar xogħol serju ta' manutenzjoni fuq it-52 batterija fl-exchanges tal-Maltacom li jiswew total ta' Lm520,000? Jista' jgħid jekk skond il-kumpannija Eriksson li pprovdiet it-tagħmir, il-manutenzjoni fuq l-exchanges tal-Maltacom għandu jsir kull sentejn? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-batteriji ta' l-exchanges tal-Maltacom jirrikjedix li jsir discharge u recharge lil kull batterija, proċess li jieħu 24 siegħa, b'hekk jirrikjedi li t-tekniċi jkomplu bix-xogħol tagħhom wara l-ħin ta' xogħol? Taqbel il-Maltacom li dan ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-batteriji tal-exchanges huwa bżonnjuż peress li l-batteriji b'dan il-proċess ittawwal il-ħajja tagħhom u b'hekk il-kumpannija tiffranka istallazzjoni ta' batteriji ġodda? X'kienu r-raġunijiet li wara li beda dan ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-batteriji tal-exchanges tal-Maltacom u sar xogħol fuq żewġ batteriji, ix-xogħol waqaf ħesrem? Meta hemm il-ħsieb li jitkompla x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-batteriji tal-exchanges tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 1130.

Mellieħa — Triq il-Masrija/Triq il-Gargir - twaħħil ta' kaxxa tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-korporazzjoni Enemalta biex il-kaxxa li għandha titwaħħal fil-kantuniera ta' Triq il-Masrija ma' Triq il-Gargir, fil-Mellieħa ssir b'mod li ma tkerraħx il-faċċata tal-bini, anke biex tkun kif suppost fi triq fejn is-servizzi għaddejjin kif suppost minn taħt biex ma jkerrħux it-triq iżda issa dak li ġie mirbuħ billi ma twaħħlux l-arbli u l-wires se jintilef bit-twaħħil ta' kaxxi mingħajr il-galbu meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Feeder Pillars huma bżonjużi biex is-sistema ta' cables ta' taħt l-art tkun tista' titħaddem b'mod effettiv. Dawn huma mwaħħla f'postijiet strateġiċi fis-sistema ta' vultaġġ baxx b'mod li jkollhom l-inqas impatt ambjentali.

Manikata — Ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kellu jsir biex jissewwew il-ħsarat fuq is-sistema tad-drenaġġ fil-Manikata?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fil-ġranet li ġejjin se jiġi ppublikat it-tender biex jinbidel parti ta' madwar 200 metru mill-main tad-drenaġġ li għaddej mill-Manikata kif indikat fit-tweġiba għal PQ 4381.

Ħal Luqa — Estensjoni ta' l-iskola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4228, jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol strutturali fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa huwiex lest?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol strutturali fuq l-ewwel fażi ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa huwa lest. Wara li t-tfal jiġu trasferiti fl-estensjoni l-ġdida, jkunu jistgħu jibdew ix-xogħolijiet strutturali fuq it-tieni fażi tal-proġett.

Impjiegi — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji f'Jannar u fi Frar ta' din is-sena u f'Jannar u Frar tas-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Mistoqsija Parlamentari 4601 Infurmat li in-numru ta’ sensji li ngħataw f’Jannar u fi Frar bejn l-1999 u l-2004 kienu hekk :- Snin Jannar Frar 1999 248 177 2000 264 186 2001 228 170 2002 444 226 2003 253 168 2004 345 240

Birgu — Skola sekondarja Lorenzo Gafa

Question

Bħalma ġara fil-każ ta' skejjel oħra li kienu fi kriżi serja ta' tmexxija u ġew salvati fis-snin li għaddew, tista' tinħatar task force biex tara s-sitwazzjoni mwiegħra ħafna ta' l-iskola sekondarja Lorenzo Gafa u tieħu u twettaq il-passi meħtieġa biex flimkien ma' l-istaff, l-iskola tikseb lura s-serjeta' u l-impenn li kellha meta kienet titmexxa miż-żewġ kapijiet preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa qiegħda tagħmel minn kollox biex lill-iskola Lorenzo Gafa' tagħtihom is-sostenn u l-għajnuna li teħtieġ. L-iskola Lorenzo diġa ingħatat għalliem u amministratur iżjed mill-bżonnijiet normali ta' l-iskola tad-daqs tagħha barra li ngħatat numru ta' midday-break supervisors "extra" biex l-istudenti jkunu sorveljati sew waqt il-ħin ta' rikreazzjoni tagħhom. Qed insegwi l-iżviluppi f'din l-iskola u lest nieħu l-passi li jkun hemm bżonn.

Junior college — Ktejjeb bl-isem "Education in Malta"

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-aħħar ġimgħa ta' Frar, 2004 fil-junior college tqassam ktejjeb li jismu Education in Malta li kien pubblikat fi żmien il-Ministru Michael Falzon, jiġifieri jasal sa l-1996 biss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, kien numru żgħir ta' kopji tal-ktejjeb "Education in Malta" li minflok ma ntremew tqiegħdu fir-Reception Area tal-Junior College minn membru ta' l-istaff biex studenti jew membri ta' l-istaff interessati f'riċerka dwar l-edukazzjoni qabdu u ħadu kopja. Dawn ma ġewx imqassma kif ġie allegat fil-mistoqsija.

Mtarfa — Ċentru għall-persuni b'diżabilita' - kiri ta' vannijiet

Question

B'riferenza għat-tliet vannijiet mikrija b'Lm40 kuljum li hemm fiċ-ċentru ta' l-adulti tal-persuni b'diżabilita' fl-Imtarfa, ma tħossx il-Ministru li aħjar ikun provdut vann minn dipartiment ieħor ħalli l-flus in kwestjoni jintużaw għal titjib ta' servizzi oħra li dejjem jenħtieġu aktar il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ta’ min jgħid li l-vannijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant huma vannijiet speċjali armati bit-tail-lift biex ikunu jistgħu jġorru persuni bis-siġġu tar-roti. Ninsab infurmat li fil-fatt, sas-sena l-oħra, t-taqsima taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilita’ kellha ħames vannijiet ta’ dan it-tip iżda dawn m’humiex biżżejjed biex ilaħqu man-numru ta’ klijenti li jattendu ċ-Centri msemmija. Biex ilaħħaq man-numru ta’ klijenti fil-każ taċ-Ċentru ta’ l-Imtarfa, sas-sena l-oħra, kienu qed jinkrew żewġ vannijiet oħra bit-tail-lift. Tard is-sena l-oħra wieħed mill-vannijiet tad-Dipartiment kien involut f’inċident tat-traffiku bir-riżultat li ma setgħax jintuża aktar u għalhekk kellu jiġi rimpjazzat b’wieħed mikri. Ma naf b’ebda Dipartiment li għandu dawn it-tip ta’ vannijiet u li jista’ jagħmilhom għad-disposizzjoni taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.

Ministeru tal-politika soċjali — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #4663 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vetturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħlasijiet għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra tal-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Frar 2004 kienu ta' Lm4595.22 filwaqt li l-istess ħlasijiet għax-xhur ta' Jannar u Frar 2003 kienu ta' Lm5345.39.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: 2004(Jannar u Frar) Diviżjoni tas-Saħħa Lm3,823 Sptar Monte Karmeli Lm 176 Medical Products Regulatory Authority Lm 483 (qabel magħrufa bħala Medicines Regulatory Unit) Neqfa sħiħa għas-sena 2003 Diviżjoni tas-Saħħa Lm24,100 Sptar Monte Karmeli Lm 542 Medicines Regulatory Unit Lm 2,112

Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kiri ta’ karozzi, vannijiet u vetturi oħra fid-dekasteru tiegħi f’Jannar u Frar 2003 kien ta’ sbatax-il elf, ħames mija u għoxrin liri Maltin (Lm17,520) u għall-istess perjodu din is-sena kien ta’ sebgħa u għoxrin elf, tmien mija u ħamsa u tletin liri Maltin (Lm27,835).

Passaporti ġodda

Question

Jista il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu passaporti ġodda lill-Maltin bejn l-1 ta’ Novembru 2002 u t-30 ta’ Novembru 2003? Kemm inħarġu passaporti f’isem minuri fl-istess perjodu? Kemm hija l-ispiza, inkluż il-VAT, għal kull passaport? Jista jgħid ukoll min jissuplixxi l-passaporti lokalment? Fid-dawl tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' jgħid jekk il-passpaort attwali hux se jiġi emendat jew mibdul? Jekk iva, meta ser jibda jsir dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Novembru 2002 u t-30 ta’ Novembru 2003 inħarġu 36,855 passaport mill-Uffiċċju tal-Passaporti f’Malta u f’Għawdex. Minn dawn kien hemm 8,720 li nħarġu f’isem minuri. Il-ħlas għall-ħruġ ta` passaport huwa kif indikat hawn taħt: Applikant ta’ taħt l-10 snin Lm3 Applikant ta’ bejn l-10 u l-15-il sena Lm6 Applikant ta’ l-fuq minn 16-il sena Lm12 Ma jitħallasx VAT fuq il-ħlas ta’ passaporti. Il-passaporti ma jiġux stampati lokalment, imma minn ditta barranija li hija speċjalizzata biex tagħmel xogħol ta` passaporti. Il-passaporti maħruġa lokalment ġew gradwalment upgraded biex jiġu konformi ma’ dawk ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sigurta’ u stampar. Li jmiss li jsir issa huwa li jkun hemm indikazzjoni fuq il-passaporti Maltin, li barra li juru n-nazzjonalita’ Maltija, juru wkoll li dak li jkun għandu passaport ta’ l-Unjoni Ewropea. Diġa` qed jittieħdu l-passi neċessarji ħalli dan il-fatt jiġi muri fuq il-passaport.

Ħaż Żabbar — Triq Santa Tereża

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4323, jista' il-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati mill-immaniġjar tat-traffiku jidħlu ftit fil-każ u jaraw kif dan jistax jiġi solvut fl-interess ta’ kulħadd minħabba li b’dak li sar inħolqot problema ta’ parking?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku eżamina l-każ u ħa l-passi neċessarji billi nforma lil Kunsill Lokali Żabbar sabiex ineħħi t-tabelli li twaħħlu mingħajr l-approvazzjoni ta' L-Awtorita'. Sadanittant id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku ser imur fuq il-post biex jgħaddi l-pariri li hemm bżonn.

Wied il-Għajn — Art fi Triq is-Sikka

Question

Jista il-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha hemm applikazzjoni PA 0744/03 fi Triq is-Sikka, Wied il-Għajn hijiex art tal-gvern /Joint Office jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Seminar bl-isem "European summer school"

Question

Jista il-Ministru jgħid kemm applikaw u min applika sabiex jieħu sehem fis-seminar bl-isem European Summer School li se jsir bejn it-28 ta’ Marzu u l-4 ta’ April 2004? Min gie magħżul u fuq liema kriterji? Min kienu l-membri tal-bord ta’ l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm seba' applikanti għas-seminar tal-'European Summer School'. Dawn kienu: Mr Leonard Grech, Dr. Charles Briffa, Mr Anthony Licari, Ms Patricia Micallef, Ms Sharon Richard, Ms Gladys Zammit u Ms Mary Josephine Zammit. Informat wkoll li Mr Leonard Grech, ġie nominat peress li huwa l-Uffiċjal Edukattiv fil-qasam ta' l-assessjar u għalhekk is-seminar kien ta' rilevanza u ta' benefiċċju għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dr Charles Briffa ġie magħżul għaliex ġab l-aktar numru ta' punteġġ u warajħ, fit-tieni post, ġiet Ms Mary Josephine Zammit. Il-kriterji li fuqhom intagħżlu dwk li qagħdu għall-interview kienu dawn: Relevance of the bursary to the post of applicant (20%) Possible multiplier effect (15%) Relevant experience in the field (20%) General qualifications and relevant qualifications in the field covered by the bursary (15%) Curricular Knowledge (10%) Personality (10%) Cultural interest (10%) Il-membri tal-Bord kienu: Is-Sur Frank Gatt, Assistent Direttur tal-Kurrikulu Is-Sur Theodore Salafia, Uffiċjal Edukattiv Is-Sinjorina Caroline Fullana Is-Sur Euchar Camilleri, mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.