Kunsilli lokali — Użu mill-faċilitajiet ta' l-iskejjel
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-iskejjel tal-lokalità tagħhom wara l-ħinijiet ta' l-iskola u jekk dan isirx taħt xi forma ta' ftehim, eċċ.? Jekk fl-affermattiv, jista' iqiegħed kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara riċerka li għamel id-Dipartiment tal-Gvern Lokali fuq kemm huma dawk il-Kunsilli Lokali li qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-iskejjel tal-lokalitajiet tagħhom, ninsab infurmat illi t-tagħrif hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sta. Venera — Triq Antonio Miruzzi - sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jara li d-djar tar-residenti ta' Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera jitqabbdu mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħarġet sejħa ghall-offerti għax-xoghol li hemm bżonn isir (Tender T22/2004 li għalqet fit-2 ta' April).
Ix-xogħol jinbeda wara li jingħażel il-kuntrattur.
Jista il-Ministru jara li d-djar tar-residenti fi Triq il-Brunżar, Santa Venera ma jibqgħux ibatu minn overflow ta' drenaġġ fi djarhom ma' kull ħalba xita li tagħmel?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ħsara li kien hemm fi Triq il-Brunżar ġiet irranġata u l-main issa huwa f'kundizzjoni tajba. Ir-raguni ta' l-overflow waqt ix-xita hija problema f'ħafna postijiet madwar Malta u minħabba l-fatt illi ħafna residenti jqabbdu l-ilma tax-xita mas-sistema tad-drenaġġ b'mod illegali.
Qed tiġi mistħarġa l-possibilta' li jitkabbar parti mill-main tad-drenaġġ biex tittaffa l-problema meta tagħmel ix-xita.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti ffinalizzax it-trattattivi li kienu għaddejjin bix jinkisbu premises ġodda għall-ambaxxata u l-konsolat tagħna f’Tuneż? Jekk iva, kemm ġejja tiswa din il-proprjeta’?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Gvern iffinaliżża t-trattattivi biex jinkisbu premises ġodda għall-ambaxxata u l-konsolat f'Tuneż. Din il-proprjeta' hija magħmula minn żewġ appartamenti fuq sular wieħed, mikrija inizjalment għal sentejn bil-prezz ta' 43,680,240 Dinar Tuneżin (LM12,613.41) fis-sena. Il-kuntratt ġie ffirmat fl-1 ta' Marzu 2004.
Jista’ il-Ministru jikkonferma li Malta se tixtri r-ramel għall-bajja ta’ San Ġorġ mill-Ġordan? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iva r-ramel għall-bajja ta' San Ġorġ se jinxtara mill-Al Jashia Quarry, Aqaba fil-Ġordan.
Ir-ramel jiswa 105,000 Euro jiġifieri ċirka Lm 45,652.
Dan ma jinkludix it-trasportazzjoni tar-ramel.
Jista’ il-Prim Ministru jikkonferma illi żar Malta Kurunell ta’ l-Armata Olandiża biex jiddiskuti l-possibbilta’ illi l-Forzi Armati ta’ Malta jixtru surplus military material mill-Forzi Armati ta’ l-Olanda? Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm mistenni jiġi jiswa dan il-materjal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li f’Jannar li għadda saru taħdidiet. Deċiżjoni tittieħed fi żmien opportun.
PQ Text:
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4845 li ġiet riferuta lilu u
cioe'
billi hemm għajdut persistenti li bejjiegħa tal-gass se jibdew jiġu mġiegħla jraqqdu t-trakkijiet tagħhom f'Birżebbuġa wara li jżarmaw, possibbli li l-awtoritajiet konċernati jerġgħu jikkonsidraw din id-deċiżjoni (f'każ li se jiġri hekk) għaliex din se toħloq tbatija żejda lil diversi bejjiegħa tal-gass?
Jekk jirriżulta lill-awtoritajiet li hemm min jabbuża u jbiegħ gass barra mir-rotta tiegħu, jista' jara li jitrażżan min jabbuża u mhux jittieħdu passi li jbati minnhom kulħadd?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Pulizija — Persuna taħdem fir-residenza tagħha waqt il-ħin tax-xogħol
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna tistax taħdem u tuża għodda fir-residenza tagħha fil-ħin tax-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi m`hemm xejn kontra l-liġi li persuna tagħmel xogħol fid-dar tagħha, sakemm dan ma jkunx bi qligħ, li allura tkun meħtieġa liċenzja tan-negozju, kif ukoll li dan ma jkunx ta` ksur tal-kwiet pubbliku.
Enemalta/Maltacom — Każ dwar ħsarat fl-appliances f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jara li tissolva l-kwestjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li sofriet ħsarat fl-appliances, u kemm il-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll il-Maltacom mhux jaqblu fuq ta' min hi l-ħtija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3695.
Tista' il-Minsitru tgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun intitolata għal mediċina b'xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-góoti ta’ Góajnuna Medika bla ólas, li tinkludi mediðini, hu regolat bl-artikolu 23 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soðjali. Biex persuna tkun intitolata góal din l-Góajnuna trid tissodisfa t-test tal-meúúi skond kif provdut fit-Taqsima III tat-Tieni Skeda u dóul tagóha ma jridx jaqbeú dak stabbilit fit-Tmien Skeda ta’ l-imsemmi Att.
L-istess artikolu 23 jipprovdi wkoll li fejn persuna tkun tbati minn marda jew kundizzjoni imsemmija fit-Taqsima II tal-Óames Skeda ta’ l-Att, din xorta tkun intitolata góall-Góajnuna Medika minkejja li ma tkunx tissodisfa t-test tal-meúúi li semmejt qabel.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Direttorat għall-Immanigjar tat-Traffiku għadu ma awtoriżżax post riservat għall-użu tal-minibus li twassal lit-tfal għad-duttrina fi Triq Ħal Warda f'Ħ'Attard?
Jista' l-Ministru jitlob lid-Diretorat biex malajr kemm jista jkun, minħabba l-fatt li Triq Ħal Warda hi triq perikoluża u traffikuża u jkun hemm parking matul it-Triq kollha u li jagħmilha difficli jekk mhux impossibbli li l-minibus iwassal u jwaqqaf lit-tfal viċin ta’ Dar it-Tagħlim Nisrani, jordna li jsir dan il-post riservat? Ma jaħsibx il-Ministru li parking temporanju għall-minibus fil-ħin tad-duttrina jagħmel dan l-ambjent għat-tfal aktar san u sikur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta qed tagħmel evalwazzjoni tal-permessi li nħarġu u qed tinvestiga każijiet ta' reserved parking illegali - fosthom fiż-żona li semma l-Onor. Interpellant. L-Awtorita tikkonsidra kull talba li taqa' taħt l-ambitu tal-linji ta' gwida tagħha. Irrid inżid ukoll illi l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta qed tara kif tista' toħloq rotot aktar sikuri għat-tfal li jattendu l-iskejjel, kemm akkademiċi u kemm dawk reliġjużi.
Sadanittant tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għall-immaniġġjar tat-Traffiku biex jevalwa din il-proposta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2541 jista' l-Ministru jikkonferma li Triq is-Siġġiewi, li minn Ħaż-Żebbuġ twassal għas-Siġġiewi, ser tiġi rranġata mill-fondi tal-Ħames protokoll finanzjarju ma' l-Italja? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiza u meta se jibda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi s-sejħa għall-offerti biex jitwettqu x-xogħlijiet taħt il-Ħames Protokoll Taljan kienet tinkludi x-xogħol li hu meħtieġ fi Triq is-Siġġiewi. Peress li l-offerti li ntefgħu għadhom qegħdin jiġu evalwati, għadu mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-berġa ta' Ħ'Attard hix se tiġi refurbished? Jekk iva, fiex se jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm se tkun l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li għall-Berġa ta' Ħ'Attard hemm pjanijiet biex tiġi refurbished. Fil-fatt diġa' saru laqgħat u taħditiet f'Jannar li għadda u ntbagħtu perit u ħadddiema tad-Dipartiment biex jispezzjonaw il-post u jirraportaw.
Il-Kunsill Lokali issa qiegħed jistenna minn naħa tal-AFM biex dawn, bħala s-sidien tal-proprjeta', jagħtu l-permess meħtieġ sabiex id-Dipartiment tal-Kura Primarja jkun jista' jutiliżża l-area li kienet tintuża mill-iScouts u li tagħmel parti mill-kumplesstal-berġa.
L-ispiża ta' dan ix-xogħol għadha ma ġietx stmata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk inħariġx permess tal-MEPA fir-rigward ta' garage li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu tieqa li nfetħet fuq in-naħa ta' wara fuq propjeta' ta' terzi liema xogħol sar mill-persuna ndikata wkoll separatament? Jista' jgħid x'passi qiegħdin jittieħdu min-naħa tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-fatt din it-tieqa kienet diía’ murija fi pjanta ta applikazjoni PA 6628/94 li saret fl-1994 æal permess ta’ bdil f' uúu tal-post in kwistjoni.