Bordijiet u Kummisjonijiet — Perċentwal ta' nisa u rġiel
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-percentwali huma kif elenkati hawn taht:
Nisa Rgiel
Membri fuq
Bordijiet 10.51% 89.49%
Chairperson fuq
Bordijiet 1.26% * 98.74%
* persuna wahda
Spezzjonijiet fi ħwienet minn uffiċjali tas-sanita'
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'Jannar u Frar 2004, f'liema postijiet saru spezzjonijiet fil-ħwienet mill-uffiċjali tas-sanita' u x'passi ttieħdu u l-għala ttieħdu dawn il-passi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kellu jsir fuq il-ħajt taċ-ċimiterju tal-Mellieħa li kien fil-periklu li jisfronda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet neċessarji għall-manutenzjoni meħtieġa fuq il-ħajt indikat issa ġew deskritti mill-perit.
L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tlestew u waslu fl-istadju ta' ħruġ ta Tender, biex wara jinbeda w jitlesta x-xogħol neċessarju.
Mellieħa — Zona industrijali għal stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-kunsill lokali tal-Mellieħa quddiem il-MEPA biex ikun hemm zona industrijali għal stabbilimenti kummerċjali biex jinqalgħu minn toroq residenzjali fir-raħal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma għandhiex irreġistrata applikazzjoni bħal ma semma l-Onor. Interpellant.
Proġett ta' tiswija u restawr fin-naħa ta' fuq ta' Malta
Question
Jikkonsidra l-ministeru jniedi proġett ta' tiswija u restawr bis-sħab mal-kunsilli lokali fin-naħa ta' fuq ta' Malta fejn għad fadal giren li huma fi stat ikraħ ta' degradazzjoni biex jiġi salvat dan il-patrimonju Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha xi studji dwar giren fl-inħawi tal-Mellieħa, kif ukoll óejjiet policies fil-Marfa Action Plan sabiex jiġu protetti u rrestawrati il-giren. Il-giren huma wkoll statutorjament protetti permezz ta’ l-Avviz Legali Numru 160/97. Kull meta l-MEPA ttrattat applikazzjonijiet li jinvolvu giren, dejjem irrakkomandat ir-restawr xjentifiku ta' dawn il-giren.
Il-Ministeru ser jikkonsidra l-proposta tal-Onor. Membru fil-programm ta’ xogħolijiet, għalkemm wieħed irid jifhem li l-prijoritajiet jitfasslu anke fid-dawl tal-fondi disponibbli.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-kunsill lokali tal-Mellieħa għand il-MEPA għall-play ground fil-Manikata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma għandhiex irreġistrata applikazzjoni bħal ma semma l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninstab infurmat li n-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar tas-sena 2003 u 2004 fil-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu hi kif gej:
Karozzi Mikrija
Jannar u Frar 2003
Karozzi Mikrija
Jannar u Frar 2004
Ministeru u Dipartiment
Lm 1584
Lm 4425
Istitut għall-Istudji Turistiċi
Lm 1062
Lm 1605
Awtorita` Maltija għat-Turiżmu
Lm 6812
Lm 7109
Minsiteru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-nefqa għall-kirjçt ta' karozzi, vannijçt u vetturi oóra matul Jannar u Frar ta' din is-sena æall-Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-diviújonijçt u dipartimenti li jaqæu taótu hija stmata li ser tkun ta' Lm 10,059. Matul l-istess perjodu tas-sena li æaddçt (2003) in-nefqa æal dawn il-kirjçt kçnet ta' Lm 10,083.
Minn-naóa l-oóra, l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm 18,003.88 f' kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oóra matul Jannar u Frar ta' din is-sena.
L-istess nefqa f' Jannar u Frar tas-sena 2003 kienet ta' Lm13,410.14.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (DALLI, JOHN)
Matul l-2003 tħallas total ta' LM8,232.46 fuq karozzi tal-kiri (u LM31,747.73 fuq karozzi mikrija mill-Ministeru skond tender li joħroġ kull sena).
F'Jannar u Frar ta' l-2004, tħallsu total ta' LM2,413.66 f'kiri ta' karozzi (filwaqt li tħallas LM1,714.95 fil-kuntratt ta' kiri ta' vetturi skond it-tender).
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Kiri ta' vetturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti għat-Trasport u Komunikazzjoni u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Informazzjoni dwar l-Awtorita’ ta’ Trasport ghandha tintalab lill-Ministru kkoncernat.
Kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklussiva — Membri
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklussiva? Kemm–il darba ltaqa’ dan il-kumitat u x’kienu s-suġġetti diskussi fih? X’kien il-frott ta’ dawn il-laqgħat u d-diskussjoni li saret waqt dan il-kumitat għall-ġid tal-persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Ministeru qed jaħdem fuq review tal-policy u l-istrateġija dwar l-edukazzjoni inklussiva, il-kumitat imsemmi ma ġiex imġedded minn wara l-elezzjoni li għaddiet. Qed ikolli laqgħat regolari maċ-Chairman u ċ-Chief Executive tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fuq il-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni.
Skejjel speċjali — Ikel servut lill-persuni b'diżabilita'
Question
Jista' il-Ministu jghid jekk waslux rapporti għandu jew inkella fid-divizjoni ta’ l-edukazzjoni dwar il-kwalita` ħażina ta’ l-ikel li qed jiġi provdut fl-iskejjel speċjali lill-persuni b’diżabilita`? Jekk le, jista’ jinvestiga ftit u jara jekk hux minnu li dan l-ikel mhux ta’ kwalita` tajba u lanqas huwa addattat għal kull student b’diżabilita`?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirċievi rapporti mill-kapijiet ta' l-iskejjel speċjali kull meta l-kuntrattur li jipprovdi l-ikel għall-istudenti ikun naqas minn xi kundizzjoni imsemmija fit-tender. Il-kuntrattur imbagħad ikun avviċinat u informat b'dan in-nuqqas. Dawn il-każijiet m'humiex spissi u l-kuntrattur dejjem obda għat-talbiet tad-Diviżjoni. Informat li l-ikel provdut huwa kunsidrat li hu ta' kwalita' tajba. It-tender ta' l-ikel huwa mfassal b'tali mod li jieħu ħsieb il-kundizzjonijiet ta' kull student b'diżabilita'.
Fondazzjoni għall-iskejjel t'għada — Xogħol ta' l-arti
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-prassi meta l-fondazzjoni għall-iskejjel t’għada tkun teħtieg xi biċċa xogħol ta’ l-arti? Xi kriterji jintużaw sabiex tintagħzel il-persuna li se tagħmel dan ix-xogħol? Jintalbu kwotazzjonijiet lill-artisti oħra ta’ l-istess qasam artistiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-prassi hija li ma' kull proġett kbir, il-Fondazzjoni tikkommissjona biċċa xogħol ta' l-arti minn artist jew artista lokali stabbilit/a. Ma jagħmilx sens li jinħareġ tender għal biċċa xogħol ta' l-arti, għaliex l-għażla ma tkunx biss fuq bażi ta' prezz, imma l-enfasi ssir fuq li jiġu kkommissjonati artisti f'oqsma diversi bħal ċeramika, murals, pittura, installations, eċċ.
Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib, meta in-numru ta' kummissjonijiet mistenni jikber, li jinħatar Bord sabiex jirrakkomanda l-għażla kemm ta' l-artist kif ukoll tat-tip ta' xogħolijiet artistiċi.
Skola San Franġisk t'Assisi — Suġġett tal-Home Economics
Question
Jista' il-Ministru jara x’inhi r-raġuni li fl-iskola San Frangisk t’Assisi jiena nformat li żewġ klassijiet tal-Form 4 m’ għandhomx prattika fil-Home Economics? Jekk dan jirriżulta li huwa minnu, jista' jara li s-sitwazzjoni titranġa u dan ħalli jgawdu l-istudenti li fl-aħħar mill-aħħar se jkollhom anke l-prattika fl-eżami?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tender 'service works and conversion of two rooms into food and physics labs' ġiet mogħtija fil-11 ta' Frar 2004.
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Æada qed tagħmel dak kollu possibli biex ix-xogħol jitlesta skond kif hemm fit-tender ħalli is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.
Bormla — Skola sekondarja Erin Seracino Inglott - eżami ta' nofs is-sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti fil-Ministeru jew fid-divizjoni dwar l-eżami ta’ nofs is-sena fil-Biology tar-raba’ sena fl-iskola Sekondarja Erin Seracino Inglott ta’ Bormla, fejn f’din il-karta ma ħareġ xejn minn dak li kienu għamlu l-istudenti fil-klassi? Jekk le, jista' jara jekk dan hux minnu jew le?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li id-Dipartiment tal-Kurrikulu ma rċieva l-ebda ilment mill-iskola Erin Serracino Inglott dwar l-eżami tal-Bijoloġija tal-Form 4 ta' nofs is-sena.
Festival kanzunetta Maltija għall-Ewropa — Disinn tas-sett
Question
Jista' il-Ministru jgħid min rebaħ ix-xogħol tad-disinn tas-sett tal-festival li sar għall-kanzunetta Maltija għall-Ewropa? Kemm kien hemm li wrew interess f’dan ix-xogħol? Kemm kienet kull offerta? Min kienu l-membri tal-bord ta’ l-għażla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bi tweġiba għas-sejħa għall-espressjoni ta' nteress wieġbu erba' kuntratturi ċioe Steep Shape, Yada, Pres u Pierre Portelli.
Yada kienu nteressati li jieħdu f'idejhom id-direzzjoni artistika tal-festival kollu allura ma setgħux ikomplu fin-negozjar dwar l-istage biss.
Pierre Portelli talab Lm 750 għad-disinn ta' l-istage u Lm 3,750 għall-kostruzzjoni.
Steel Shape ma taw l-ebda figura.
Il-Maltasong Board fela kull espressjoni u fetaħ kuntatti ma' l-erba' kuntratturi. Pres (Kumpanija sussidjarja ta' ITC) irtiraw l-interess.
Inbeda n-negozjar fid-dettal ma' Pierre Portelli u l-offerta tiegħu ġiet aċċettata. Ġimgħa qabel il-festival, il-Maltasong Board ġew infurmati li d-drapp li qed jipproponi s-Sur Portelli kien flammable u għaldaqstant kien qed ikabbar il-periklu tan-nirien waqt il-festival. Ġew mgħajta persuni esperti f'dan il-qasam li qablu li d-drapp huwa flammable u b'hekk kien qed joħloq periklu ta' nar. Is-Sur Portelli sostna li d-drapp m'għandux jinbidel.
Fid-dawl ta' dan kollu l-Maltasong Board qatagħha li jdur fuq Steel Shape. Il-ħlas lil din il-kumpanija huwa Lm2,600 VAT eskluża.
Kunsilli lokali — Użu mill-faċilitajiet ta' l-iskejjel ta' l-istat
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel ta' l-istat li jippermettu lill-kunsilli lokali tal-lokalità tagħhom jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-istess skejjel wara l-ħinijiet ta' l-iskola u jekk dan isirx taħt xi forma ta' ftehim, eċċ? Jekk fl-affermattiv, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li m'hemmx regola jew prattika ġenerali li tapplika l-istess f'kull lokalita' ta' Malta u Għawdex. L-użu ta' l-iskejjel tal-gvern minn Kunsilli Lokali ivarja minn skola għal oħra kif ivarjaw ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom jintużaw l-iskejjel. Hemm każijiet fejn isir ħlas kontanti skond l-attivita' jew inkella ikun kumpens b'mod ieħor (eż. kiri ta' kotba, xi xogħol fl-iskola ). M'hemm l-ebda dokument patikolari li jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.