Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4334 dwar reġistrazzjoni ta' vetturi reġistrati ġodda, jista' il-Ministru jirrispondini għax-xahar ta' Frar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi n-numru ta' vetturi reġistrati ġodda għax xahar ta' Frar 2004 huwa ta' 556.

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Minsitru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 3809 u cioe' jista' jgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru f'April/Mejju li ġej? Kemm hemm subien u kemm bniet? Kemm hemm minn skejjel statali, indipendenti u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar Bypass

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4412, jista' il-Ministru jikkonsidra li l-ħitan li jinbnew taħt it-triq isiru bis-sistema tal-gabjun li ntużat fiċ-Chadwick Lakes ħalli jsir inqas impatt fuq l-ekoloġija u s-sistema idioloġika ta' l-inħawi li jikkawża l-konkos u l-ġebel tal-franka?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Għaddejt l-ideja mressqa mill-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex din tkun tista tiġi kkunsidrata meta l-proposti għal dan ix-xogħol ikunu qedgħin jitfasslu.

Delegazzjoni tal-MASHAV f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi talba formali mill-Gvern Malti lill-awtoritajiet Iżraeliti wara suġġeriment li sar mill-Gvern Iżraelit biex Malta tistieden delegazzjoni tal-MASHAV ħalli jiġu esplorati possibbiltajiet ta' assistenza teknika lil pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern Malti ma għamel ebda talba formali lill-awtoritajiet Iżraeljani sabiex tiġi mistiedna delegazzjoni tal-MASHAV.

Mexxej Palestinjan Yasser Arafat — Targeted assassination

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Iżraelit li l-mexxej Palestinjan Yasser Arafat jista' ma jeħlishiex minn targeted assassination?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern Malti qatt ma qabel mal-kliem ta' theddid jew ma' azzjonijiet mwettqa li kellhom l-għan li jaljenaw jew saħansitra li jeliminaw lill-mexxej Palestinjan Yasser Arafat. Id-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Prim Ministru Iżraeljan f'dan ir-rigward għalhekk jitqiesu f'dan l-istess kwadru.

Data Protection Act

Question

Il-fees li l-komunita’ kummercjali qed tiġi ccarġjata dwar id-data protection act huma statiċi jew hemm il-ħsieb li dawn jiżdiedu progresivament fil-ġejjieni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm xejn x'jorbot li l-fees li jitħallsu dwar id-data protection jibqgħu l-istess. Tant hu hekk, li dawn il-fees tbaxxew radikalment għal kuħadd u mhux għall-komunita' kummerċjali biss. Barra minn hekk, fil-każ ta' dawk li m'għandhomx impjegati magħhom, bħas-'self-employed', il-ħlasijiet tneħħew għal kollox.

Design Resources — Periti

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25920 tal-15.05.01 li kienet ġiet imwieġba nhar it-30/05/01, jista’ il-Ministru jgħid min huma l-periti li joperaw id-ditta Design Resources?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Mellieħa — Proġett fi Triq Napuljun Caruana Dingli

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-kunsill lokali tal-Mellieħa għand il-MEPA għall-proġett li se jsir fi Triq Napuljun Caruana Dingli, fil-Mellieħa flimkien ma' l-awtorita' tad-djar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed titlob aktar informazzjoni rigward l-applikazzjoni li rrefera għalija l-Onor. Interpellant.

Mellieħa — Pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru l-pelican lights fit-triq ewlenija tal-Mellieħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li hemm 3 Pelican Lights li qed isir xogħol fuqhom fil-Mellieha u fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq tnejn minn dawn, dik ta' Main Street u l-oħra fil-Bajja tal-Mellieha. Dan ix-xogħol qed isir mill-Electronics Section tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Servizzi tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fuq inkarigi separati ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali.

Bini ta' toroq ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid ma' liema kunsilli lokali d-dipartiment tat-toroq għandu l-ħsieb li jidħol bi sħab u b'finanzjament komuni għal-bini ta' toroq ġodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi diversi kunsilli qegħdin fil-proċess li jagħmlu l-proposti tagħhom biex jiġu nklużi f'dan il-program ta' ftehim. L-Awtorita` dwar it-Trasport għandha ħsieb tidħol f'dawn il-kuntratti ma' dawk il-kunsilli li jaslu biex jiffinalizzaw proposti għal dan il-għan.

Mellieħa — Proġett tal-pjazza parrokkjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jitkompla l-proġett tal-pjazza parrokkjali fil-Mellieħa flimkien mal-kunsill lokali tal-Mellieħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet tinsab f'kuntatt mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex jiġi stabbilit kif ser nipproċedu fuq it-tieni fażi ta' dan il-proġett bi sħab bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Leg 10 PQ #4613 Sitting 117 2004-04-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mellieħa — Toroq designated bħala tourism area

Question

Jista' il-Ministru jgħid fir-raħal tal-Mellieħa liema huma t-toroq li ġew designated bħala tourism area u l-ħwienet f'dawn it-toroq, anke dawk li huma żgħar ħafna u jservu biss lin-nies tal-lokal qed jintalbu jħallsu rati għolja ħafna mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu waqt li ristoranti fl-istess raħal li jservu lit-turisti ma ntalbux iħallsu dawn ir-rati għolja? Fuq liema kriterju jiġu definiti tourism areas u liema ħwienet jitqiesu li jridu jħallsu r-rati ffissati? Meta jiġu ffissati dawn ir-rati, qed jitqiesu d-diffikultajiet li dawn qed joħolqu għal operaturi diġa' mkissrin bil-problemi fis-settur tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għad-'designated tourist areas' fir-rigward ta' kontibuzzjonijçt lill-Awtorita` tat-Turiżmu. Minn mindu bdew jitħallsu dawn il-kontibuzzjonijçt lill-NTOM għoxrin sena ilu, u dawn l-aħħar snin lill-MTA, dawn l-'areas' kçnu jikkonsistu f'diversi blçt u rħula li jaqgħu taħt 'main tourist area', 'secondary tourist area' u 'non-tourist area'. Jçn nħoss li mhux ġust li blçt u rħula sħaħ jiġu 'designated' kollha 'tourist area', jew 'secondary tourist area' għax f'dawn l-istess blçt u rħula hemm zoni mhux turistiċi. Æaldaqstant tajt direzzjoni lill-Awtorita` tat-Turiżmu biex il-kontribuzzjonijçt jibdew jiġu ikkalkulati mhux skond il-belt jew raħal kif sar dan l-aħħar għoxrin sena, iżda skond it-toroq fl-istess lokalita`. B'hekk tkun qed issir ġustizzja ma' dawk il-ħwçnet li, għalkemm jinstabu f' 'tourist area', mhumçx iffrekwentati mit-turisti. Infurmat mill-Awtorita` li dan l-eżerċizzju qed isir u jkun effettiv mill-ewwel ta' Jannar 2005.

Dipartiment ta' l-artijiet — Applikazzjoni għall-bini ta' pompa tal-petrol fil-Mellieħa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess deċiżjonali tad-dipartiment ta' l-artijiet dwar l-art li fuqha hemm applikazzjoni biex tinbena pompa tal-petrol fil-Mellieħa f'post ikkontestat mill-kunsill lokali, mill-għaqdiet sportivi u mir-residenti ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jikkonsidera li joħroġ sejħa għall-offerti għall-għotja tal-art in kwistjoni wara li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess biex din l-art tkun żviluppata bħala pompa tal-petrol.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' l-2004 hija Lm27,473, filwaqt dik ta' l-2003 għall-istess perjodu hija Lm32,439. Dan ifisser tnaqqis ta' madwar 15% fuq l-ispiża tas-sena ta' qabel għall-istess perjodu.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru preċedenti taż-Żgħażagħ u Kultura u d-dekasteri li kienu jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Skejjel ta' l-istat — Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx informazzjoni dwar x'reliġjon iħaddnu l-istudenti barranin li jattendu l-iskejjel ta' l-istat? Ma jħossx il-Ministru li informazzjoni bħal din hija importanti sabiex tkun rispettata aħjar il-kultura ta' dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li informazzjoni dwar x'reliġjon iħaddnu l-istudenti barranin hija meqjusa bħala waħda personali. Informat ukoll li minħabba din ir-raġuni, l-iskejjel ta' l-istat dejjem dehrilhom li għandhom jirrispettaw dan il-fatt u qatt ma staqsew. Meta l-ġenituri dehrilhom li għandhom jagħtu din l-informazzjoni għal ġid ta' uliedhom, dan dejjem sar.

Kunsill Malti għall-isport — Ġbir ta' flus minn kirjiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-kunsill Malti għall-isport mill-kirjiet li ngħataw lill-għaqdiet sportivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-records tal-Kunsill Malti għall-Isports, l-ammont tal-flus li nġabru mill-kirjiet li ngħataw lill-għaqdiet sportivi hu ta' Lm172,825.95.