Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għaddew nies għal skrivani mal-gvern? Kemm daħlu? Meta se jidħlu u kemm beħsiebu jdaħħal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kandidati li għaddew għall-post ta’ Skrivani fis-Servizz Pubbliku huwa ħames mija u ħamsa u erbgħin (545).
Minn dawn sa issa bdew jaħdmu erbgħa u sebgħin (74).
Ingaġġ aktar ta’ skrivani jsir meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Forzi Armata — Każ dwar tir ta' pistola tas-servizz
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinarji dwar il-każ li seħħ fid-9 ta' Jannar 2004 għal ħabta ta' l-3.45 p.m. meta minn uffiċċju ta' uffiċjal fir-Revenue Security Corps instema' tir ta' pistola tas-servizz, liema ħoss instema' sew mill-uffiċċju tal-brigadier kif ukoll minn dawk li kienu fis-Second Regiment u fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li minn investigazzjonijiet li saru xniegħat li kien hemm sparatura ma ġewx ikkonfermati.
Laboratorju għall-ittestjat tax-xogħlijiet ta' toroq
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq li kien hawn fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sal-lum għadu ma ġiex integrat man-national standards laboratory?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet fit-toroq fi ħdan id-direttorat tat-toroq li twaqqaf xi snin ilu bi spiża konsiderevoli, sal-lum għadu mhux jitħaddem b'mod regolari?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-awtorita' dwar it-trasport, li llum hi responsabbli għad-direttorat tat-toroq, ħadet il-passi neċessarji għall-impjieg ta' nies kwalifikati biex jaħdmu bħala laboratory technicians f'dan il-laboratorju. Dawn il-laboratory technicians se jkunu mpjegati fil-futur qarib.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'fondi se jingħataw għas-sena 2004 il-kunsilli lokali tal-Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Għargħur, Naxxar, Swieqi, Pembroke, Sliema u San Ġiljan, lokal b'lokal?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-fondi li kull Kunsill Lokali ser jingħata bħala allokazzjoni finanzjarja għas-sena 2004 - 2005 skond il-formola li tinsab fl-Għaxar Skeda ta` l-Att dwar Kunsilli Lokali.
Il-beach concessions li ġġeddidilhom il-permess fl-aħħar snin, ingħataw permess ikunu b'żewġ sulari? Dawk li se jinħarġilhom il-permess fiż-żmien li ġej u għandhom sular wieħed se jkunu mċaħħdin milli jistgħu jibnu t-tieni sular?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art fejn hemm il-Beach Establishments kienet ingħatat taħt titolu ta` ċens temporanju ta` 25 sena. Iċ-ċenswalisti bnew l-Establishment huma wara li otjenew il-permessi meħtieġa skond il-liġi. Illum li skada ċ-ċens, il-proprjeta` tal-Gvern qegħda terġa` tiġi offerta li tingħata b`enfitewsi permezz ta` sejħa għall-offerti.
B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 4259, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-istituzzjonijiet finanzjarji dwar: 1) il-każ tal-Parmalat; 2) il-każ tad-Daewoo; u jekk hux sodisfatt li fiż-żewġ każi l-istituzzjonijiet finanzjarji aġixxew bis-serjeta' ir-responsabbilta' kollha meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dwar il-passi li ħadet l-MFSA (flimkien mar-Reġistratur tas-Soċjetajiet li jagħmel parti minnha) fir-rigward tal-Parmalat, diġà ngħatat l-informazzjoni relattiva permezz tar-risposti għad-domandi parlamentari numru 3624 u 3631.
Ninsab infurmat ulterjorment illi mill-bidu nett l-MFSA ħadet il-passi li dehrilha xierqa sabiex tissalvagwardja l-integrità tad-dokumenti tal-kumpaniji Parmalat f’Malta sabiex tqegħdhom għad-dispożizzjoni ta’ min għandu dritt jarahom, inklużi investigaturi u persuni awtorizzati oħra. Id-dokumenti tal-kumpaniji Parmalat ġewwa Malta għal issa jinsabu taħt il-kustodja ta’ l-MFSA. L-MFSA qegħda tagħti l-assistenza tagħha kollha lid-diversi entitajiet u Awtoritajiet li qegħdin jiflu u jeżaminaw din il-kwistjoni.
L-MFSA għamlet u żammet kuntatt sħiħ mal-persuni u d-ditti li kellhom x’jaqsmu mal-Parmalat u rnexxilha tiġbor l-informazzjoni li kienet meħtieġa. Għaldaqstant ninsab sodisfatt bl-għemil ta’ l-MFSA f’dan il-każ ma hemm ebda indikazzjoni għala għandi naħseb li ma mxietx b’serjetà u b’responsabbiltà.
L-istess nista’ ngħid għall-imġieba tal-Bank Ċentrali fil-każ tad-Daewoo. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq dan il-każ diġà ngħatat l-informazzjoni relattiva permezz tar-risposti għad-domanda numru 19392 tas-seduta 375 tat-28 ta’ Settembru 2000.
Nirrepeti li f’dak iż-żmien il-Bank Ċentrali, li allura kien l-awtorità kompetenti fuq is-settur bankarju, ħa l-azzjonijiet kollha li bħala l-awtorità kompetenti kien jidhirlu li hu xieraq u skond il-liġi. Ninsab infurmat ukoll li l-istess tagħmel, u hekk qegħda tagħmel, l-MFSA li llum hija l-awtorità kompetenti fuq is-settur finanzjarju kollu, f’każijiet simili.
Għaldaqstant ma għandi l-ebda dubju li kemm il-Bank Ċentrali kif ukoll l-MFSA imxew b’mod responsabbli u serju kif inhu xieraq u meħtieġ f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-persuni li bħalissa huma xogħol mal-pompi tad-drenaġġ f'inħawi differenti tal-pajjiż jitneħħew mix-xogħol li qed jagħmlu? Jekk iva, għaliex? Fil-każ, meta u fejn se jintbagħtu jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proċess tar-riorganizazzjoni tas-Sezzjoni tad-Drenaġġ għadu fil-bidu tiegħu.
Għaldaqstant f'dan l-istadju l-mistoqsijiet ta' l-Onor. Interpellant huma prematuri.
Jista' il-Ministru jserraħ ras il-ħaddiema fit-taqsima tad-drenaġġ li mhux se jitilfu l-impjieg tagħhom bid-tibdiliet li hemm maħsuba f'dan il-qasam, peress li fosthom hemm min qed jinkwieta dwar il-futur ta' l-impjieg tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħaddiema fit-Taqsima tad-Drenaġġ huma ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li ġew 'detailed' mall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Għaldaqstant għandhom l-istess drittijiet li għandu kull ħaddiem ieħor fis-Settur Pubbliku. Naturalment il-Gvern għandu l-istess obbligi mal-ħaddiema kollha fis-Settur Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Maltapost biex tirrimedja għal dawk il-persuni li tilfu l-benefiċċji soċjali jew inqatgħu mir-reġistrar għax ma rċevewx kif suppost avviżi mibgħuta lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
F'kaz li jkun ippruvat li dak li qed jallega l-Onor. Interpellant ġara minħabba dewmien fit-tqassim tal-posta f'xi perjodu speċifiku, Maltapost dejjem lesta tgħarraf b'dan lid-dipartimenti konċernati.
Jista' il-Ministru jgħid il-canteen tal-kumpless sportiv tal-Kottonera f’idejn min qiegħed u b’kemm hu mikri? Jista' jgħid ukoll għal kemm ingħata u meta jagħlaq dan il-kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-canteen tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera qiegħed f'idejn il-Health Pit Cottonera Ltd. Il-Canteen
huwa mikri għall-ħames snin bir-rata ta'
Lm4,000
fis-sena u l-kuntratt jagħlaq f'Mejju 2008.
Attivitajiet sportivi — VAT fuq bejgħ ta' biljetti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li daħħal VAT il-gvern mill-bejgħ ta’ biljetti ta’ dawk li jmorru jaraw l-attivitajiet sportivi fis-snin 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid mil-liema għaqdiet sportivi nġabru jekk teżisti din it-tip ta’ informazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2001, 2002 u 2003 il-VAT globali (‘net’) imħallsa minn għaqdiet sportivi kienu dawn:
2001 – Lm4,795
2002 – Lm2, 074
2003 – Lm3, 201
Wieħed irid jikkunsidra li dawn l-għaqdiet seta’ kellhom spejjeż kapitali u spejjeż oħra li fuqhom kellhom id-dritt jitolbu lura l-VAT li weħlu fuq dawn l-ispejjeż.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4512 dwar x'inhu l-perċentwali ta' nisa u irġiel fuq bordijiet u kummisjonijiet appuntati mill-gvern għas-sena 2003, tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-perċentwal ta' żgħażagħ taħt id-29 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru li saritlu u li wieġeb għall-Mistoqsija li qed jagħmel referenza għaliha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4512 dwar x'inhu l-perċentwal ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet għas-sena 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-perċentwal ta' żgħażagħ taħt id-29 sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Bordijiet u Kummissjonijiet indikati fil-Mistoqsija Parlamentari 4512, ma kien hemm l-ebda membru taħt l-eta' ta' 29 sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4513 dwar x'inhu l-perċentwal ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet għas-sena 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-perċentwal ta' żgħażagħ taħt id-29 sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4722, ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif ġej:
· Bord Dwar is-Sajd
Ebda membru ma għandu anqas minn 29 sena.
· Kunsill għat-Trattament Xieraq ta' l-Annimali
Ebda membru ma għandu anqas minn 29 sena.
· National Broiler Committee
75% tal-membri għandhom taħt id-29 sena. (3 minn 4 membri)
· National Commission for Sustainable Development
5% tal-membri æandhom taħt id-29 sena. (2 minn 39 membru)
Minn-naħa tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) persuna waħda għandha taħt id-29 sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4254 dwar importazzjoni ta' laħam minn New Zealand, jista' il-Ministru jinformani x'qed jitlob il-Gvern Malti bħala tunnellaġġ fin-negozjati tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-importazzjoni taċ-ċanga l-Ministeru għamel il-pożizzjoni tiegħu waqt in-negozjati billi ndika l-livelli ta’ importazzjoni taċ-ċanga ta’ dawn l-aħħar snin.
Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li għandu s-sindku Għawdxi li qed jirrappreżenta lis-sindki Għawdxin kollha fil-kumitat reġjonali għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jippreċiża l-mistoqsija tiegħu.
Rabat — Residenti tad-djar ta' Għar Barka - kuntratti uffiċjali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti uffiċjali bejn ir-residenti tad-djar ta' Għar Barka fir-Rabat u l-awtoritajiet kompetenti fid-dawl li dawn ilhom fuq konvenju għal aktar minn 20 sena?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` ġie spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 995 fis-Seduta Nru. 31 tat-23 ta` Settembru 2003, il-kuntratt uffiċjali bejn ir-residenti tad-djar ta` Għar Barka u l-awtoritajiet kompetenti ikunu jistgħu isiru malli t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ikollha l-fondi meħtieġa biex il-Gvern isir sid assolut tal-art.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ntgħażel sindku wieħed minn Għawdex sabiex ikun rappreżentant fil-kumitat reġjonali għal Għawdex? Fuq liema bażi/kriterji ntgħażel? Għaliex ma ġewx integrati s-sindki ta' Għawdex kollha fil-kumitat reġjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-persuna li qiegħda tirrapreżenta lill-kunsilli lokali fil-kumitat reġjonali għal Għawdex hija fil-fatt ir-rappreżentant reġjonali tal-kunsilli lokali ta' Għawdex.