Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 1980 kemm kien hemm kmamar tan-nar li splodew u mietu n-nies fihom u nstab li kienu qed joperaw illegalment u mingħajr il-permessi meħtieġa? Liema kienu dawn il-kmamar tan-nar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 1980 sal-lum kien hemm 3 kmamar tan-nar bla permessi meħtieġa li splodew u li fihom 3 persuni tilfu ħajjithom. Dawn kienu jinsabu fil-lokalitajiet tal-Kalkara, l-Għasri u Ħal-Lija.

Ħsarat fl-apparat elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27115 u jindika jekk jistgħux isiru claims lill-Enemalta għall-ħruq ta' apparat elettroniku u ta' l-informatika kkawżat minn surges regolari tad-dawl f'postijiet, bħall-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, aktar u aktar billi dawn is-surges qed jiġru f'dan il-block ta' appartamenti bi frekwenza aktar qawwija minn postijiet oħra fl-istess inħawi ta' Ta' Xbiex? Jekk fl-affermattiv, lil min għandhom jiġu ndirizzati dawn it-talbiet? Fil-każ imsemmi l-familja ndikata garrbet ħsara ta' Lm600 fl-apparat ta' l-IT kif jista jixhed l-equipment maħruq li għadu għandhom.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li jistgħu jsiru claims kontra l-Enemalta għal ħruq jew ħsarat f’apparat elettroniku kkawżat minn surges’ fil-kurrent tad-dawl. Il-konsumatur affetwat għandu jagħmel il-claim tiegħu fis-Sezzjoni tal-Customer Care Section tal-Korporazzjoni Enemalta. Naturalment il-Korporazzjoni tinvestiga u tivverifika kull każ li jaslilha u jekk jiirriżulta li l-Enemalta hija responsabbli fit-termini ta Artiklu 14 (2) ta l- Att dwar l-Enemalta, il-konsumatur jirċievi il-kumpens dovut.

Kontijiet ta' l-Income Tax

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27123 u ċioe': Billi kien hemm diversi sentenzi tal-Qorti li jikkonfermaw li d-dipartiment tat-taxxi interni m'għandux dritt joħroġ kontijiet tal-income tax li huma preskritti minħabba ż-żmien li għadda fuqhom, x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tat-taxxi interni baqa' joħroġ kontijiet simili? L-uffiċjali tad-dipartiment ingħataw struzzjonijiet biex iwaqqfu din il-prattika? Jekk iva, meta u jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27123.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Postijiet ta' rikreazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilta' hemm li, fil-postijiet ta' rikreazzjoni u cioe "bandli" ma' dawk diġa' eżistenti, jiġu mpoġġija wkoll attrezzi li jkunu a dispożizzjoni tal-persuni b'diżabilita'?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Kunsill Lokali hu entita' statutorja ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta, minn żmien għal żmien jinħarġu ċirkularijiet u linja-gwida lill-Kunsilli Lokali dwar direttivi, regolamenti u proċeduri li jfakkru fil-ħtieġa tal-aċċessibilita' għall-persuni kollha, inklużi persuni bi bżonnijiet speċjali. In oltre, il-programmi kollha taħt l-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali jiftgħu l-obbligu li kull żvilupp ġdid irid jaħseb ukoll fl-aspett ta' l-aċċessibilita'.

ITS — Smart card

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti li jattendu l-ITS ma jieħdux l-ismart card ukoll? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tibda tingħatalhom bħal studenti oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li jattendu l-ITS jirċievu stipendju imma mhux bis-sistema ta' l-iSmart Card madankollu l-istudenti li jattendu l-ITS fl-iskema Extended Skill Training Scheme għandhom l-iSmart Card.

OPM — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-Ministeru u fid-Dipartimenti li jaqgħqu taħt ir-responsabbiltà tiegħi jintużaw bozoz energy savers kif ukoll dawl tan-neon li jaħli anqas elettriku minn bozoz normali. Fir-rigward ta’ persentaġġ ta’ Bozoz Energy Saving, il-persentaġġ fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta’ 63% waqt li dak fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni hu ta’ 22%.

Ġustizzja u Intern — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isir użu minn bozoz energy savers. Kull bozza li ma tibqghax tixgħel qed tinbidel ma' waħda energy saver. Informazzjoni dwar il-persentaġġ ikkalkulat ta' użu ta' bozoz ta' dan it-tip, ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27324 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Iva, qed isir użu minn bozoz energy savers. Huwa kkalkulat li l-persentaġġ ta' użu ta' energy savers jammonta għal 43%.
Leg 10 PQ #27325 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Bozoz energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26657.

ADT — Karru minflok trailor

Question

Jaf il-ministru li minflok ma qed jintuża trailor kif suppost, qed jintuża karru żgħir meta dan mhux suppost għax lanqas qed jintuża żiemel?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-uzu ta' karru zgħir miġbud minn trakk huwa konformi mal-Liġi Sussidjarja 65.18(it-Tielet Skeda) skond AL 14/2004, li pero ġiet amendata permezz ta' AL 25/2007 fil-bidu ta' din is-sena kurrenti. Il-vetturi li jintuzaw għat- test (inkluz Trailers ) li ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji minimi imsemmija fl-AL 25/2007 jistgħu jibqgħu jintuzaw sal-31 ta' Dicembru 2010. Fiz-zewg Avvizi Legali (fit- Tielet Skeda) msemmija, huwa permess li għat- test tat- Trailer , jistgħu jintuzaw tagħqida ta' vetturi magħmula minn vettura li tintuza għat-test tal- Kategorija C (Trakk) flimkien ma' Trailer.

ADT — Użu ta' karru waqt l-eżami

Question

Jaf il-Ministru li llum waqt l-eżami m'għadux jintuża trailor imma sempliċement biċċa karru u dan sabiex jiffranka l-ispiża tal-liċenzja u l-insurance taż-żiemel u dan presumibilment biex jiġu vvantaġġjati ċerti persuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-uzu ta' karru jew trailer huwa permess mil-liġi basta jilħaq ir-rekwiziti tekniċi minimi kif imfisser fit- Tielet Skeda tal-Liġi Sussidjarja 65.18 skond AL 14/2004 (wieħed jista jara wkoll spjegazzjoni fit-tweġibiet għal Mistoqsijiet Numri 27364 u 27366). Dwar il-kwistjoni ta' l- insurance din hija r-responsabbilta ta' l- 'owner' tal-vettura.

Special licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persentaġġi ta' nies li qed jgħaddu għall-ispecial licence ma' garaxx u motoring school li isimhom qed jintbagħat separatament? Ma jidhirlux li d-differenza hija disproporzjonata għall-aħħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li prezentament miz-zewg garaxijiet li l-isem tagħhom kien anness, huwa rrappurtat li matul il-perjodu Jannar sa’ Lulju 2007, wieħed mil-Motoring Schools kellu 79% li għaddew mit-test u li-ieħor kellu 46.4% li għaddew mit-test. Hemm hafna fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għal din id-diskrepanza bħal per ezempju, numri ta’ lezzjonijiet, metodu ta’ tagħlim, livell ta’ vetturi użati, etc.

Msida — Tneħħija ta' arblu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex biex tneħħa arblu fi Triq Qrejten, kantuniera ma' Triq John Borg fl-Imsida, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tkissret parti mill-bankina u ma ġietx irranġata kif kienet preċedentement u b'hekk qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti u għall-pubbliku in ġenerali li jkun għaddej minn fuqha? Jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' rranġar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex tiġi rranġata l-bankina tlesta lejn nofs Settembru.

Tfigħ ta' ilma.

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 27112, jista' l-Ministru jordna lil min hu konċernat sabiex verament jispezzjona, b'mod partikolari Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar u t-toroq l-oħra anċillari, stante illi l-ilma, f'din l-akwata, jintefa' b'mod regolari ta' kuljum b'aċċentwazzjoni kbira matul il-lejl bil-konsegwenza li ħafna vetturi li jiksru għal Triq il-Knisja ta' spiss jiskidjaw minħabba l-istess ilma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika verament jagħmlu spezzjonijiet, kif ġie rappurtat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27112. Wara spezzjonijiet li reġgħu saru fl-4 ta' Settembru wara nofsinhar u fil-5 ta' Settembru filgħaxija fit-toroq indikati, ġie nnutat li kien hemm xi ħruġ ta' ilma mill-bankina quddien garaxx fi Triq il-Konverżjoni, liema ilma kien qed jinżel tul Triq Toni Bajjada u jispiċċa fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar. Peres li ġie nnutat li dan l-ilma kien ilma ċar u kien hemm flow kontinwa, ġew infurmati l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minnufih, li ħadu l-passi neċessarji biex setgħet tissewwa l-ħsara. Nixtieq nfakkar ukoll li hu dmir ta' kull ċittadin li jirraporta ħsarat ta' dan it-tip lill-korporazzjoni konċernata, ħalli wieħed jevita li jkun hemm ħela ta' ilma jew inċidenti tat-traffiku bla bżonn.

Receiver of wrecks

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 27105, jista' l-Ministru jikkonferma jekk attwalment ġiex appuntat receiver of wrecks?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-aħħar receiver of wrecks maħtur kien fis-sena 2003. Minn mindu għalaq il-każ li għalih ġie appuntat għadu ma sarx receiver of wrecks ieħor, peress illi fil-prattika jinħatar receiver of wrecks kull meta jkun hemm każ ta’ wreck.