Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Ħitan ta' ilqugħ tal-konkos fil-Wied ta' Binġemma

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru mill-MEPA lill-kunsill lokali ta' l-Imġarr dwar il-ħitan ta' ilqugħ tal-konkos li qed jibni flok ilqugħ tas-sejjieħ fil-Wied ta' Binġemma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma baætitx rapporti kif qed isemmi l-Onor. Interpellant. Il-MEPA bagħtet lill-Kunsill Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq nru. ECF 208/04. Dettalji ta’ dan l-Avviż jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit ta’ l-Awtorita’ - www.mepa.org.mt.

Salvagwardji tal-biedja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4338 fid-dawl tal-fatt li l-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea għandhom bejniethom 600 miljun tomna raba li tlaħħaq il-massimu tal-produzzjoni (saqwi) u f'Malta u għawdex għandna biss medja ta' 15,000 tomna li jlaħħqu produzzjoni massima (saqwi), kif jispjega l-fatt il-Ministru li dan mhux hardship għall-bdiewa tagħna meta huma żvantaġġati daqstant bil-kobor ta' l-art?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jidher ðar li l-Onor. Interpellant æadu ma fehemx jew ma jridx jifhem li l-Gvern Malti nnegozja b’ suððess, numru record ta’ derogi permanenti u temporanji fil-qasam tal-biedja u dan jirrifletti kemm in-negozjaturi Maltin fissru bil-æaqal u b’ teknika l-karatteristiði partikolari ta’ pajjiúna. Dawn in-negozjati baqæu æaddejjin saóansitra wara l-eæluq tan-negozjati b’ derogi oóra importanti, kif ukoll b’ miúuri li ser ikollhom impatt poúittiv æas-settur agrikolu.

Gwardjani lokali — Ċitazzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4336, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma l-pagamenti pendenti li għandhom jitħallsu għaliex għadhom ma tħallsux mill-persuni mħarrka?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pagamenti pendenti li għandhom jitħallsu lill-Kunsilli Lokali għaċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija u mill-wardens matul is-sena 2003 jammontaw għal Lm612,072. Infurmat ukoll illi l-valur tal-multi li ġew inflitti mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) dwar ċitazzjonijiet tat-traffiku matul l-2003 kien ta` Lm42,860 li minnhom s`issa tħallsu Lm18,969.

Rabat — Akkwist ta' għalqa mill-gvern f'Ta' Kola

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għall-akkwist ta' l-għalqa f'Ta' Kola, fir-Rabat, Malta? Meta ħallashom u fuq liema bażi tħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sa issa l-gvern ħallas għal parti żgħira biss mill-għalqa magħrufa Ta` Kola fir-Rabat. Is-somma li tħallset għal parti indiviża ta` sbatax minn erbgħin parti indiviż (17/40) tal-plots 1 u 4 tal-kejl 487 metri kwadri u 1,070 metri kwadri rispettivament hija ta` mija u ħames t`elef u ħames mija u wieħed u disgħin (Lm105,591.00c) u ma` dan, is-somma ta` mija u tmienja u għoxrin elf, seba` mija u tmienja u erbgħin (Lm128,748.00) bħala danni. Il-ħlas sar fit-18 ta` Frar 2002 skond il-Kapitlu numru 88 tal-Liġijiet ta` Malta.

Rabat — Triq Gorg Borg Olivier - kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tat-traffiku fi Triq Gorg Borg Olivier, fir-Rabat, Malta matul dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali. Billi l-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjonijiet tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali, nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Kura u kustodja ta' minuri

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistix xi trattat ma' l-Awstralja rigward kura u kustodja ta' minuri? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan it-Trattat fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Malta u l-Awstralja ma għandhomx trattat bilaterali bejniethom dwar il-kura u l-kustodja tal-minuri. Iż-żewġ pajjiżi, iżda, kienu iffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Pulizija — Passi kontra moħqrija fuq l-annimali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm ittieħdu passi mill-pulizija kontra moħqrija ta' l-annimali minn meta għaddiet il-liġi kontra l-moħqrija ta' l-annimali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta daħal fis-seħħ l-Att ta' l-2001 Dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali, kien hemm 46 persuna li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija dwar moħqrija fuq annimali.

Institute of Health Care — Kors fin-nursing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-preżent fl-Institute of Health Care li qed isegwu xi kors fin-nursing? Kif inhuma mqassma skond il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li preżentament hemm 137-il student li qed isegwi il-kors li jwassal għal B.Sc(Hons) in Nursing, 377 fil-kors li jwassal għad-Diploma in Nursing, 27 fil-kors li jwassal għal B.Sc (Hons) Midwifery u 23 fil-kors li jwassal għal B.Sc Nursing (Mental Health). Dawn maqsuma, sena b'sena fil-kors kif ġej:- Kors Sena Numru Diploma Nursing 1 114 2 120 3 70 4 73 B.Sc(Hons) Nursing 1 31 2 32 3 38 4 36 B.Sc(Hons) Midwife 1 20 2 7 B.Sc(Hons) Nursing 3 23 (Mental Health)

Sidien tal-coaches — Taxxa ġdida

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-segretarjat tas-self-employed huwiex informat li l-MIA imponiet taxxa/tariffa ġdida għas-sidien tal-coaches li jmorru jgħabbu t-turisti mill-ajruport internazzjonali ta' Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministeru kien infurmat bit-tariffi ta' l-MIA mis-sidien tat-taxis. Mill-informazzjoni miksuba din it-tariffa oriġinat mill-MIA.
Leg 10 PQ #5099 Sitting 119 2004-04-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Sidien tal-coaches — Taxxa ġdida

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux konsultazzjonijiet uffiċjali qabel ma l-MIA imponiet taxxa/tariffa ġdida lis-sidien tal-coaches li jmorru jgħabbu t-turisti mill-ajruport internazzjonali ta' Malta? Ma jaħsibx li din it-taxxa se żżid l-ispejjeż għal min jopera f'din l-industrija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninstab infurmat li ma saru l-ebda konsultazzjonijiet mal-MTA dwar is-suġġett indikat mill-Onorevoli interpellant.

Summit tal-EU — Vjaġġ tal-Prim Ministru permezz ta' private jet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-vjaġġ li sar bil-private jet għall-aħħar summit tal-EU li għalih attenda l-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-vjaġġ li sar bil-“private jet” għall-aħħar “Summit” ta’ l-EU ġie jiswa’ Lm13,520.

Prim Ministru Iżraeljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-pjan unilaterali tal-Prim Ministru ta' Iżrael li jirtira mill-Medda ta' Gaza u minn partijiet tax-Xatt tal-Punent filwaqt li jibqa' iżomm kontroll strateġiku ta' partijiet mix-Xatt tal-Punent, mingħajr ma jirrikonoxxi l-obbligu li jirtira għall-fruntieri ta' qabel l-1967 kif ukoll li jgħarraf id-drittijiet tal-Palestinjani bħala rifuġjati għar-right of return?

Response (DALLI, JOHN)

Malta taqbel ma' l-istqarrija maħruġa mill-Presidenza Ewropea wara l-laqgħa Informali tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea (UE) li saret Tullamore, l-Irlanda fis-16 ta' April 2004.

Taxxi Interni — Refunds ta' l-income tax

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm allokati flus għal refunds ta' l-income tax matul din is-sena finanzjarja? Kemm minn dawn se jmorru lura għas-sena 1997 u qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ammont allokat għar-“refunds” ta’ l-“income tax” fl-Estimi Ġenerali għal din is-sena finanzjarja huwa ta’ tlett miljun lira. Dan l-ammont se jmur kollu għall-ħlas ta’ parti mir-“refunds” ta’ taxxa dovuti sas-sena 1997. “Refunds” għas-snin sussegwenti jitħallsu mill-istess dħul ta’ “income tax” li jinġabar matul din is-sena.

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Żjara fil-Libja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu taż-żjara riċenti tiegħu fil-Libja apparti mill-kwestjoni tal-visas? Il-Ministru jħoss li għandu jinforma lill-Kamra dwar dan, aktar u aktar minħabba l-fażi tansitorja li tinsab għaddejja minnu l-ekonomija Libjana bħalissa kif ukoll il-proċess qawwi ta' liberalizzazzjoni? Ġew diskussi xi proġetti bi sħab bejn interessi Maltin u Libjani kemm fil-Libja kif ukoll f'Malta? X'inhuma l-għanijiet ewlenin tal-Malta Enterprise fil-Libja?

Response (DALLI, JOHN)

M'hemmx dubju li l-Libja bħalissa għaddejja minn proċess imgħaġġel ta' normaliżżazzjoni mad-dinja ta' barra u ta' riformi ekonomiċi u liberaliżżazzjoni fil-pajjiż. Fi Tripli, jiena aċċertajt lin-naħa Libjana li Malta lesta li tagħti s-sehem sħiħ tagħha fil-proċess ta' riintegrazzjoni fil-komunita internazzjonali u tkellimt kif nistgħu noħolqu inizjattivi ġodda li jkunu ta' ġid għar-reġjun tal-Mediterran. Jiena ddiskutejt ukoll kif negozjanti Maltin u Libjani jistgħu jidħlu għal proġetti ta' daqs medju fiż-żewġ pajjiżi. Permezz tal-Malta Enterprise, aħna irridu nippromwovu l-prodott u s-servizz Malti ġewwa l-Libja, kif ukoll ninkuraġġixxu investiment Libjan jiġi Malta. Il-Malta Enterprise ħadet sehem fil-Fiera Internazzjonali ta' Tripli aktar kmieni dan ix-xahar. Sadattant, madwar tmien Mini Missions oħra jiġu organiżżati kull sena għal dan il-pajjiż ġar tagħna.

Air Malta — Xiri ta' ajruplani RJ70s

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-ministeru tiegħu għar-rapport dwar ix-xiri ta' l-RJ 70s ta' l-Air Malta li stazzjon televiżiv lokali kkwota minnu u stqarr li għandu kopja tiegħu fil-pussess tiegħu, u dan fid-dawl ta' l-akkużi serji li fih kontra l-operat taċ-chairman ta' dak iż-żmien tal-kumpannija? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jkun hemm trasparenza akbar dwar ċerti deċiżjonijiet strateġiċi żbaljati li ħadet il-kumpannija fl-imgħoddi?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dibattitu li sar f'din il-kamra dwar l-Air Malta fejn poġġejt ċar il-pożizzjoni tal-Gvern, infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi dwar l-RJ's kienet bdiet inkjesta mmexxija minn Dr. Godwin Muscat Azzopardi. Din l-inkjesta ma ġietx kompluta għax Dr. Muscat Azzopardi irċieva struzzjonijiet biex din tieqaf. Iċ-Chairman ta' dak iż-żmien kien Louis Grech u fil-gvern kien hemm il-Malta Labour Party.

UE — Foreign Ministers meeting

Question

Jista' il-Ministru jgħid sarux xi interventi min-naħa Maltija fil-Foreign Ministers meeting ta' l-UE fTulmore, l-Irlanda? Jekk iva, jista' iqiegħed kopja tat-text ta' l-intervent fuq il-mejda tal-Kamra jew għallinqas jagħti indikazzjoni tal-punti saljenti mqajma min-naħa Maltija?

Response (DALLI, JOHN)

Il-laqgħa ta' Tulmore kienet waħda nformali b'diskussjoni miftuħa u ma saru ebda nterventi formali.