Jaf il-Ministru li fir-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha u tal-ġenituri tagħha qed jintbagħtu separatament, hemm każ mill-iktar gravi ta' bullying li ilu jippersisti għal xhur sħaħ, liema każ ta' bullying kien mhux biss jikkonċerna vjolenza morali iżda anke fiżika?
Jaf li f'dan il-każ saru diversi rapporti lill-head master ta' l-iskola ndikata kif ukoll lid-direttur ta' l-edukazzjoni iżda ma ttieħdu l-ebda provedimenti effikaċi ta' xejn? Jidhirlu l-Ministru li għandu jintervjeni personalment minħabba li t-tifel indikat mhux biss għaddej minn trawma psikoloġika, imma għaddej minn periklu kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li in-Non-State Section fi ħdan id-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education, qeda f'kuntatt mal-Head ta' l-iskola fuq dan l-istess kas. Il-laqgħa kellha issir illum it-Tnejn, 26 ta' April, 2004.
Għalhekk dan il-kas għadu ma ġiex maqtugħ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda u kemm inksew toroq (f'kilometri) fis-snin 2001, 2002 u 2003 u kemm mistennija jinbnew u jinksew toroq matul din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati li jinvolvu xogħlijiet sostanzjali ta' inġinerija ċivili f'bini ta' toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta' toroq, kemm se jkunu twal dawn it-toroq, xi spiża mistennija jirrikjedu u jekk hemmx dati stabbiliti għal meta għandhom jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġetti li hemm ippjanati li jinvolvu xogħlijiet sostanzjali ta' inġinerija ċivili f'bini ta' toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta' toroq humiex jitħejjew minn konsulenti minn barra d-direttorat tat-toroq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġetti ta' bini ta' toroq ġodda u anke bini mill-ġdid ta' toroq jitħejjew mill-periti u uffiċjali tekniċi ta' l-awtorita' tat-trasport taħt l-assistenza tal-konsulenti Ġermaniżi li ilhom għal dawn l-aħħar snin jagħtu kontribut tekniku f'ħafna oqsma tas-settur tat-toroq. F'każijiet ta' xogħol li jirrikjedi speċjalizzazzjoni f'xi oqsma partikolari, id-direttorat jirriferi għal servizzi ta' konsulenza minn barra d-direttorat u dan skond kif ikun japplika l-każ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindaga jekk jistax isir xi arranġament mal-kummissarju tal-pulizija biex id-delivery vans tal-kumpanniji jkunu temporanjament skużati milli jsegwu l-linji tal-parking meta qegħdin fuq xogħol tal-ħatt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fejn huwa permess li vetturi jistgħu jieqfu sakemm jgħabbu jew iħottu f'postijiet fejn il-parkeġġ jew waqfien ta' vetturi huwa projbit, dan ikun hekk indikat fuq it-tabelli tat-traffiku fuq il-post.
Jista' il-Ministru jara li s-siġar li hemm neqsin fil-bankina ta' Triq il-Prinċipessa Melita, f'Tal-Pieta', jiġu mħawla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-siġar li hemm neqsin fuq il-bankina ta’ Triq il-Prinċipessa Melita f’ Tal-Pieta’ ġie mgħarraf bihom il-Consortium Ltd. Dawn is-siġar sejrin jitwaħħlu aktar tard skond il-programm tat-taħwil tas-siġar.
Awtorita' dwar it-trasport — Reserved parking spaces
Question
Jista' il-Ministru jinformani jekk l-awtorita' dwar it-trasport waħedha tagħtix jew tneħħix reserved parking spaces jew huwiex il-kunsill lokali tal-post li jikteb biex dawn jitneħħew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Meta l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta tirċievi rakkomandazzjoni minn xi kunsill lokali jew minn individwi rigward xi abbużi tas-servizzi tar-reserved parking, il-bord għar-reserved parking għall-persuni b'diżabilita' jevalwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat ma sarux donazzjonijiet kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Qormi — Skola ta' San Ġorġ - cameras tas-sigurta'
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1925, jista' il-Ministru jikkonfermali li cameras tas-sigurta' twaħħlu ma' l-iskola ta' San Ġorġ, f'Ħal Qormi sabiex jipprovdu aktar sigurta' fil-viċinanzi ta' l-iskola, jiġifieri fi Pjazza Federik Maempel?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari 2860 u cioe' jista' jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel ta' Ħal Qormi mill-1994 'il hawn? Kemm swiet kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4060, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar culvert li għaddej minn taħt il-bini ta' toroq l-20 ta' Jannar, Ġorġ Borg u Mifsud Ellul, f'Ħal Qormi? Hemm xi rimedji proposti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi d-dipartiment tat-toroq għamel l-ispezzjonijiet meħtieġa u hemm diversi proposti li qed jiġu evalwati.
MFA — Persuni professjonali li jkunu ġejjin minn pajjiżi tal-UE
Question
Għalkemm l-MFA aċċettat li barranin professjonali ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jkollhom il-freedom of movement u dritt għax-xogħol, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jirristrinġu xorta numru ta' players fuq il-pitch? Hemm xi forma ta' restrizzjoni li tmur kontra d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq li kien hemm fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sal-lum għadu ma ġiex integrat man-national standards laboratory?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu rranġati l-ħsarat strutturali li ġarrab il-moll fix-Xatt ta' l-Isla?
Jista' jagħti indikazzjoni meta se jibda dan ix-xogħol u meta beħsiebu jitlesta issa li ġej is-sajf, u dan meta dan il-post huwa l-uniku post ta' sfog għaċ-ċittadini tal-Kottonera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dipartiment tas-saħħa — Pazjenti li jkunu fuq Chemotherapy
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk jingħatawx struzzjonijiet dwar dieta, kuntatt man-nies, eċċ., il-pazjenti li jkunu fuq il-Chemotherapy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kimoterapija hija tip ta' kura varjata ħafna u l-istruzzjonijiet li jingħataw il-pazjenti huma fuq bażi individwali li jiddependi x'kura jkunu qed jieħdu kif ukoll is-saħħa ġenerali tagħhom. Meta l-Kimoterapija jkollha impatt sostanzjali fuq ir-reżistenza kontra l-infezzjonijiet, il-pazjenti jingħataw istruzzjonijiet biex jevitaw il-folol, u persuni b'xi infezzjoni ovvja, kif ukoll xi attivita bħal xogħol bit-trab jew ħamrija li tista' iżżid riskju ta xi infezzjoni.
L-istruzzjonijiet dwar dieta huma ta mod ġenerali cioe dwar dieta tajba għas-saħħa u skont l-aptit, għax m'hemmx xi dieta partikolari għal min qed jieħu l-Kimoterapija. Il-pazjenti jingħataw ukoll struzzjonijiet dwar xogħol li jistgħu jagħmlu.