Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxatur Malti għall-Iran

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min hu l-ambaxxatur Malti għall-Iran? Min kien l-aħħar ambaxxatur Malti għall-Iran? Kemm ilu biex l-ambaxxatur Malti jmur jippreżenta l-kredenzjali tiegħu fl-Iran? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx rappreżentazzjoni jew komunikazzjoni mill-Ambaxxata Iranjana f'Ruma biex tinġibed l-attenzjoni li għad ma kienux ippreżentati l-kredenzjali?

Response (DALLI, JOHN)

Sa Ottubru 1985, is-Sur Alfred Falzon kien nħatar bħala Ambaxxatur Malti mhux residenti għall-Iran. Huwa qatt ma ippreżenta l-kredenzjali f'Teheran. F'Diċembru tas-sena 2002, il-Gvern Iranjan kien informa lill-Gvern Malti li kien aċċetta n-nomina ta' l-Avukat Joseph Cassar bħala Ambaxxatur Malti għall-Iran, residenti f'Moska.

Mdina — Ħitan tas-sejjieħ taħt is-swar

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 1451 u cioe' dwar il-ħitan tas-sejjieħ/ilqugħ taħt is-swar ta' l-Imdina?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li biex jissewwew il-ħitan tas-sejjieħ tal-ilqugħ, il-bdiewa jistgħu japplikaw għall-għajnuna taħt l-iskema tal-pre-accession tal-Pjan ta' Żvilupp Rurali. Jekk għadhom m' applikawx ikunu jistgħu japplikaw meta jerggħu jinfetħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid permezz ta' l-iskemi ta' wara l-isħubija.

Żriegħ

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema kienu dawk iż-żriegħ li daħlu f'Malta u kienu ġenetikament jew parti minnhom ġenetikament modifikati? X'riċerka saret mid-dipartiment dwar dawn iż-żriegħi li ddaħlu u setgħu kienu ġenetikament modifikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond Avviż Legali 170 ta’ l-2002 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2004, taħt it-titolu Tluq deliberat ta’ organiúmi modifikati íenetikament fl-ambjent [Deliberate Release of GMOs into the environment] kull minn jixtieq li jimporta żrieragħ ġenetikament modifikati, għandu japplika lill-Awtorita Kompetenti, jiġifieri l-Biosafety Coordinating Committee (Il-Kumitat Koordinattiv għall-Biosigurta`] li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Importazzjoni ta'prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fil-preżent f'pajjiżna fuq l-importazzjoni ta' prodotti u priservijiet li jkunu ġejjin minn annimali li jieklu ikel/għalf ġenetikament modifikati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond il-liíi, prodotti u priservijiet li jkunu íejjin minn annimali li jieklu ikel jew æalf li jkun íenetikament modifikat m' æandhomx æalfejn ikunu kkontrollati. Fil-fatt, ir-regolament il-ídid ta' l-Unjoni Ewropea dwar ikel tal-bnedmin u ta' l-annimali li jkun íenetikament modifikat (Regulation EC/1829/2003), iæid li il-liíi ma tapplikax æal prodotti li jiíu minn annimali li jieklu æalf íenetikament modifikat.

Kulleġġ tal-biedja

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 24498, seduta 521 tas-27 ta' Marzu, 2001? Jista' jinformani llum kemm minn dawn l-istudenti jaħdmu fis-settur tal-biedja organika?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultax li seħħew żviluppi ġodda x'nirraporta.

Biedja organika

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-istrateġija li tfasslet għall-promozzjoni tal-biedja organika f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f' dawn il-ġranet twaqqaf kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, tal-Malta Standards Authority, tal-Consumer Affairs Division u rappreżentanti ta' NGO's attivi fil-Biedja Organika, biex jistudjaw ir-rapport magħmul mill-esperti Taljani, dwar l-istrateġija għall-promozzjoni tal-Biedja Organika u biex jissottomettu ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għat-twettiq ta' pjan f' dan is-settur.

Wardija — Arbli tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jinformani bil-passi li ttieħdu dwar l-ilment li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar arbli tad-dawl fil-Wardija l/o San Pawl il-Baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-arbli li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant ġew installati mill-Korporazzjoni EneMalta sabiex isaħħu s-servizz ta’ l-elettriku lir-residenti fl-inħawi. Skond informazzjoni li għaddiet l-EneMalta lill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), dawn l-arbli ħadu post oħrajn imsadda u qodma li kienu ġew installati matul is-snin ġo għelieqi privati. Fill-fatt, issa dawn qed jinqalgħu u jinbidlu mill-istess Korporazzjoni b' oħrajn ġodda li twaħħlu fi Triq Busewdien, li hi waħda pubblika. Ta' min igħid li xogħol bħal dan huwa kopert bl-Ordni ta' 2001 dwar Notifikazzjoni tal-Iżvilupp (DNO)

Żejtun — Triq tal-Barrani - traffic lights

Question

B'riferenza għal diversi mistoqsijiet oħra tiegħi, jista' il-Ministru ġentilment jgħid fiex waslu t-traffic lights fil-junction ta' Triq tal-Barrani ma' Triq il-25 ta' Novembru, fiż-Żejtun? Billi kif sostnejt drabi oħra din il-junction hija ferm perikoluża, jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi fil-ġimgħat li għaddew id-dipartiment tal-kuntratti ħareġ sejħa għal xogħlijiet li jinkorporaw il-kostruzzjoni meħtieġa biex jiġu nstallati t-traffic lights fit-Triq tal-Barrani hekk kif toħroġ miż-Żejtun. Din is-sejħa għalqet u għalhekk bħalissa dawn ix-xogħlijiet qegħdin f'fażi ta' aġġudikazzjoni u huwa maħsub li jibdew eżatt wara kif jispiċċa dan il-proċess.

Skejjel ta' l-Istat — Bullying

Question

Kemm kien hemm każi ta' bullying fl-iskejjel ta’ l-istat irrapportati mis-sena 2000 sa l-1 ta' April ta’ din is-sena, sena b'sena? Jista’ l-Ministru ġentilment jispjega b'mod ġenerali x'passi tieħu d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni meta jkollha rapporti bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-Anti-Bullying Section, fi ħdan is-Sezzjoni "Student Services" bdiet taħdem formalment mis-sena skolastika 2002-2003 u l-istatika bdiet tinżamm minn dak iż-żmien. Infurmat ukoll li fis-sena skolastika 2002-2003, kienu rrappurtati 53 każ mill-iskejjel kollha (ta' l-istat, tal-Knisja u privati). Fis-sena skolastika 2003-2004 (sa issa) ġew irrappurtati 130 każ ġdid mill-iskejjel kollha (ta' l-istat, tal-Knisja u Privati ). Dawn huma l-passi li jittieħdu : 1) l-ewwel isiru appuntamenti mal-Kapijiet ta' l-iskejjel u jitfassal programm għall-iskola jew għall-klassi partikolari ; 2) Isiru kuntatti ma' l-individwi , kemm il-vitma u l-bully; 3) Fejn hemm bżonn, isir xogħol mal-klassi speċjalment fejn jidher li teżisti l-kultura tal-bullying; 4) Il-ġenituri ta' dawk konċernati jiġu wkoll inklużi fil-programm, jekk u kemm ikun hemm bżonn; 5) Isiru follow-ups kemm hemm bżonn sakemm naraw li sar progress minn kull naha.

Skejjel tal-Knisja/skejjel privati — Każi ta' bullying

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk l-iskejjel tal-Knisja jew dawk privati jingħatawx gwida mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar kif għandhom jittrattaw każijiet ta' bullying? Huma obbligati li jirraportaw każijiet bħal dawn lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni? Tinżamm xi forma ta' statistika ta' każijiet ta' bullying fl-iskejjel privati jew tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li referrals dwar il-bullying jiġu minn għand il-Kapijiiet ta' l-Iskejjel, mill-ġenituri, u minn Aġenziji oħra, speċjalment il-179 u xi drabi l-Apoġġ. Xi drabi ġenituri jagħmlu kuntatt wara xi laqgħa għalihom mill-Kapijiet ta' l-iskola. Infurmat ukoll li l-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati ġew mogħtija kopji tal-Policy Nazzjonali "L-Imġieba Tajba fl-Iskejjel" għall-għalliema kollha u għall-Amministrazzjoni ta' l-Iskola. Isiru In-Service Courses għall-għalliema kollha (u dawk jinkludu l-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati) darbtejn fis-sena. L-attendenza għal dawn il-korsijiet hija voluntarja. L-iskejjel huma nfurmati dwar is-servizz ta' l-Anti-Bullying Service permezz ta' lis-"Student Services Booklet", mill-Guidance Teachers, mill-media u risorsi oħra. L-iskejjel tal-Knisja u dawk Privati m'humiex obbligati li jirrappurtaw każijiet bħal dawn lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Minn dawk l-iskejjel, il-każijiet jaslu għandna mill-istudenti nfushom, jew minn Aġenziji oħra, u saru ta' referrals. L-istatistika ta' każijiet ta' bullying fl-iskejjel Privati jew tal-Knisja huma miżmumin flimkien bħala statistika waħda, u mhux separatament.

Pulizija — Rapporti dwar abbuż ta' tfal

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm każi rappurtati jew/u investigati mill-pulizija ta' abbuż ta' tfal mis-sena 2000 sena b'sena sa l-1 ta' April 2004? Kemm minn dawn il-każi tressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 2000 2001 2002 2003 2004* Numru ta’ każi rrappurtati lill-Pulizija 28 12 19 26 10 Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 14 11 17 26 9 *sal-31.03.04

Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli — Membri

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-membri fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.

Ta' Xbiex — Block A3 - Stallar ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi possibbiltajiet li jiġi stallat lift fi block A3, Ta' Xbiex housing estate minħabba li hemm persuni anzjani jgħammru fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma ġiet sottomessa ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Il-possibilita' li jiġi nstallat lift fil-blokk indikat tiġi kkunsidrata wara li ssir l-applikazzjoni meħtieġa taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Sptar Monte Carmeli — Infermiera

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm minn nurses li jaħdmu l-isptar Monte Carmeli huma mental registered nurses jew inkella għandhom diploma in Psychiatric nursing jew xi kwalifika oħra relatata mal-psikjatrija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli hemm b'kollox 33 nurse li għandhom it-taħriġ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Ħad Dingli — Triq Ċensu Spiteri - servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwassal is-servizz ta' drenaġġ fil-parti ta' fuq ta' Triq Ċensu Spiteri, f'Ħad Dingli peress li din it-triq qiegħda fil-parti l-antika tar-raħal u qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Euro Med Foundation for Dialogue between Cultures

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti li Malta tiġi magħżula għall-Euro Med Foundation for Dialogue between Cultures?

Response (DALLI, JOHN)

Malta wriet l-interess, flimkmien ma' l-Italja, Ċipru u l-Eġittu / Svezja, li tospita din il-Fundazzjoni. Id-diskussjonijiet bejn il-pajjiżi kollha ta' l-EuroMed dwar liema waħda mill-kandidaturi mressqa għandhom jagħżlu għadhom għaddejjin. Deċiżjoni finali għandha tittieħed fil-Konferenza Ministerjali ġewwa Dublin li se titlaqqa' fil-ġimgħat li ġejjin.

Immigrazzjoni illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f'taħditiet quadri partiti dwar l-immigrazzjoni llegali, Malta esplorat il-possibbilta' li tospita ċentru għall-operational co-ordination f'dan il-qasam?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kandidati nominati għall-post ta' imħallef

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma t-tliet kandidati li ġew nominati mill-Gvern Malti biex jiġu kkonsidrati għall-post ta' l-avukat G. Bonello bħala imħallef fl-EHCR la jtemm il-ħatra tiegħu fi tmiem Ottubru ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

CPA conference ġewwa Falklands

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Gvern Arġentin ipprotesta mal-Gvern Malti talli Malta ħadet sehem f'livell parlamentari f'konferenza tas-CPA fil-gżejjer Falklands?

Response (DALLI, JOHN)

Nikkonfermali l-Gvern Arġentin bagħat żewġ Noti Verbali, fil-5 ta' Frar u fid-19 ta' Marzu 2004, fejn wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li Malta, flimkien ma' bosta pajjiżi oħra tal-Commonwealth, ħadet sehem f'livell parlamentari f'Konferenza tal-Commonwealth Parliamentary Association fil-Gżejjer Falklands. Din il-korrispondenza ntbagħtet fil-kuntest tad-disputa legali bejn l-Arġentina u l-Ingilterra għas-sovranita' ta' dawn il-gżejjer.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Confidential registry

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi upgraded il-confidential registry fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin f'Malta u Brussels skond l-EU standards li hemm fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ix-xogħol infrastrutturali fil-Confidential Registry tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' Investiment ikun kollu lest din il-ġimgħa. Sadattant, xi apparat u tagħmir tas-sigurta' li ġie ordnat diġa' se jkun installat fil-ġimgħat li ġejjin. Uffiċċjali tal-Kummissjoni li żaru Malta l-ġimgħa l-oħra iċċertifikaw li huma sodisfatti bix-xogħol li sar.