Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #5238 Sitting 121 2004-04-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha? Tista' tgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar. Risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Leg 10 PQ #5274 Sitting 121 2004-04-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Żieda fin-nollijiet

Question

In vista ta' l-istqarrija tal-Ministru Austin Gatt dwar iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel,tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jiżdied il-ħlas tas-sussidju lill-istudenti u ħaddiema li jistudjaw u jaħdmu Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-kumpens relattiv ghaz-zieda fin-nollijiet qed jigi kkunsidrat.

Gozo Channel — Servizz ta' vapuri għal Sa Maison

Question

Jista' il-Ministru jikkjarifika u jelabora dwar il-liberalizzazzjoni tas-servizz għal Sa Maison?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li peress il-Kumpannija qed tagħmel it-telf fuq is-servizz tal-kargo għal Sa Maison, bħala miżura biex jitnaqqsilha dan it-telf, ġie deciz li jilliberalizza ir-rotta tal-kargo għal Sa Maison, u għal dan il għan għandha toħroġ sejha għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin. Din għandha toġroġ mil-MMA (Awtorita Marittima ta' Malta).

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jiċċara dak li ntqal fl-istqarrija ministerjali tal-21/04/04 u cioe' dwar il-mod ta' kif il-crew se jiddaħħal xogħol skond l-esiġenzi tas-servizz tal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmata li peress li fil-maġġoranza tal-vjaġġi, in-numru ta' passiġġieri ma jaqbizx il-ħames mija. Għalhekk, f'dawn il-vjaġġi, wara li nkiseb permess mingħand l-Awtorita' Marittima ta' Malta (MMA), il-vapuri ser ikunu jistgħu joperaw b'ekwipaġġ ta' 11 flok ta' 15, jiġifieri ikun hemm sistema illi l-ekwipaġġ abbord ma jkunx dejjem fiss bi ħmistax irrispettivament ta' kemm ikun hemm nies abbord, imma jkun flessibbli skond kemm qed iġorr passiġġieri. Iż-żieda fin-nies għal dawn il-vjaġġi li jġorru 'l fuq minn 500 passiġġier jittellgħu mill-art jew mil-vapur li jkun marbut ġewwa l-port ta' l-Imġarr.

MCAST — Żgħażagħ li ma sabux sponsor għall-apprendistat tagħhom

Question

Jista' il-Ministru jgħid: a) kemm hemm żgħażagħ li għadhom ma sabux sponsor għall-apprendistat tagħhom bħala parti mill-kors li qed jagħmlu fl-MCAST? b) F'liema oqsma għadhom ma sabux sponsor? c) X'qed isir min-naħa tal-MCAST u tal-ETC biex attivament jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ isibu sponsor? d) X'se jiġri jekk dawn iż-żgħażagħ ma jsibux sponsor f'dawn iż-żmenijiet diffiċli għall-ekonomija tagħna? e) Jista' jiġi kkonsidrat li dawn iż-żgħażagħ xorta jkomplu bl-istudju tagħhom anke jekk ma jsibux sponsor u xorta l-gvern jirranġalhom għal esperjenza ta' xogħol bla piż finanzjarju fuq min iħaddem għax mhux ġust li l-futur ta' tant żgħażagħ jiddependi minn jekk isibux sponsor jew le għall-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qegħdin ifittxu sponsorship huwa kif ġej:- L-Istitut ta' l-Inġinerija Elettrika u Elettronika 10 L-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni 4 L-Istitut ta' l-Inġinerija Mekkanika 5 L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn 7 Gozo MCAST Centre 1 L-MCAST qed jagħmel l-arrangamenti kollha possibli biex l-istudenti li m'għandhomx sponsorikomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom fuq bażi full-time. Il-korsijiet huma organizzati b'tali mod li dawn l-istudenti ma jkunux żvantaġġati minħabba dan il-fatt.

Mellieħa — Servizz tal-berġa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir dwar is-servizz tal-berġa tal-Mellieħa peress li kienet tokkupa bini li issa jinsab ikkundannat? X'arranġamenti saru biex għax-xogħol tal-berġa jintużaw faċilitajiet fiċ-ċentru parrokkjali tal-lokal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għad-domanda parlamentari numru 4499.

Anzjani — Ħlas għas-servizz ta' helper

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex waqt li koppja anzjana jitqiesu bħala persuna waħda meta jiġu biex jingħataw iż-żieda fil-pensjoni iżda mbagħad jitqiesu bħala żewġ persuni meta jitnaqqsilhom il-ħlas għall-helper?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tnaqqis għas-servizz tal-Home Help hu regolat b’artikolu 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Skond dan l-artikolu, koppja miżżewġa jitnaqsilha Lm1.50 fil-ġimgħa għal dan is-servizz meta persuna waħda biss tkun qiegħda tirċievi pensjoni jew Għajnuna Soċjali. F’każ ta’ persuna waħedha dan it-tnaqqis ikun ta’ Lm1 fil-ġimgħa.

Anzjani — Servizz ta' home help

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex meta l-home helpers jieħdu l-frank u ma jmorrux jagħtu s-servizz tagħhom, l-anzjani xorta jħallsu għal dan is-servizz li ma jingħatalhomx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ħlas tal-Home Help Service isir fuq bażi ta' ġimgħa u mhux bil-ġurnata. Biss, id-Dipartiment qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa ħalli meta xi helper tkun fuq vacation leave jew sick leave tintbagħat persuna oħra minflok.

Sigurta' Soċjali — Talba għall-home help

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-home help peress li tinsab f'sitwazzjoni diffiċli ħafna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-preżent il-persuna msemmija qegħda tieħu 4 siegħat fil-ġimgħa servizz tal-Home Help u l-każ tagħha sabiex jiżdiedu s-siegħat tas-servizz qiegħed quddiem il-bord tal-allokazzjoni.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-awtorita' tad-djar tikkonsidra bis-serjeta' meħtieġa t-talba għal akkomodazzjoni soċjali ta' xebba bi tliet itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tmien snin pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda talba mill-persuna ndikata. Il-każ tal-persuna ndikata qed jiġi kkunsidrat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mhux mill-Awtorita’ tad-Djar kif semma l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.

Użu ta' sustanzi abbużivi fl-isport

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk ir-rapport mill-Kumitat li twaqqaf apposta biex jistħarreġ l-użu ta' sustanzi abbużivi fl-isport tlestiex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid f’liema stadju wasal il-Kumitat fl-istħarriġ tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-rapport u policy dwar l-użu ta' sustanzi abbużivi qiegħed fl-aħħar fażi tiegħu. Fil-preżent id-dokument finali qed jiġi ivverifikat mill-aspett legali. Informazzjoni Addizjonali: Dr.Stephen Żammit (Chairman tal-Kumitat) informani illi l-Kumitat lesta r-rapport u policy document. Il-materjal kollu ġie mogħti lill-Avukat Peter Fenech għal kummenti tiegħu mill-aspett legali. La darba l-Avukat Fenech ilesti l-kummenti tiegħu terġa jsir laqgħa tal-Kumitat u jkun jista' jinħareġ ir-rapport biex jiġi mogħti lill-Onor. Ministru. Wieħed irid jinnota illi dan il-Kumitat ma jaqax taħt id-dikasteru tal-Kunsill Malti għall-Isport iżda kien ġie maħtur direttament mill-Onor. Ministru Mugliett.

Imwiet kawżati mill-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm imwiet li kienu direttament jew indirettament ikkawżati mill-alkoħol? Kemm minnhom kienu nisa? X' kienu l-effetti ta’ l-alkoħol fuq il-ġisem tal-persuni li mietu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' mwiet li kienu diretament jew indirettament ikkawżati mill-alkoħol kien ta' 25 mewt matul is-sena 2003 f'residenti ta' Malta u Æawdex. Kien hemm 18 irġiel u 7 nisa. Il-kawża ta' imwiet hija kif ġej. Kawż a ta' mewt Irġ iel Nisa Problemi mentali kaġunati minn abbużż ta' alkoħol 0 1 Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol 16 6 Avvelenament inċidentali ikkawzat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi 1 0 Æarqa u abbużż ta' alkoħol fejn mhux magħruf jekk kienx inċidentali jew premeditat 1 0 Total 18 7

Nies li qed jingħataw il-kura minħabba abbuża ta' l-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm nies li qed jiġu kkurati minħabba abbuż ta’ l-alkoħol? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom għandhom bejn id-19 u l-25 sena? Kemm minnhom huma taħt it-18–il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Pazjenti li jabbużaw mill-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk jeżistux kuntatti bejn il-Ministeru tiegħu jew it-taqsima li tieħu ħsieb dawk il-pazjenti li jabbużaw mill-alkoħol u l-Alcoholics Anonymous? X'għajnuna tingħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Pembroke — Bini ta' skola primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena skola primarja ġdida ġewwa Pembroke? Jista’ jgħid ukoll minħabba li xi żmien ilu kienu twaħħlu anke karti tal-MEPA ma’ l-iskola eżistenti, fiex waslet l-applikazzjoni pendenti quddiem l-istess awtorita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għandha applikazzjoni għal żvilupp (Outline Application) quddiem il-MEPA għal skola primarja ġdida ġewwa Pembroke (PA6669/02) li għada pendenti. Bħalissa qed isiru preparamenti biex isir Environmental Impact Assessment (EIA).