Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jiena nformat li ma ngħataw l-ebda donazzjonijiet finanzjarji kif ġie deskritt fid-domanda.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu għotja ta’ numru ta’ vetturi tal-militar lil Malta Aviation Museum Foundation wara li dawn kienu ġew iċċertifikati “unserviceable” minn “Board of Survey” f’Diċembru ta’ l-2001.
Il-valur totali li kien ġie stmat fuq dawn il-vetturi kien jammonta għas-somma ta’ Lm2,409.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru tal-Finanzi fl-aħħar sentejn ġew sponsorjati tlieta u erbgħin elf, mitejn u tlieta u għoxrin liri Maltin ((Lm43,223) lill għaqdiet sportivi, għaxar t’elef u ħames mija liri Maltin (Lm10,500) lill-għaqdiet edukattivi u ħmistax-il elf, tlett mija u tmienja u ħamsin liri Maltin (Lm15,358) fil-qasam kulturali. Aktar tagħrif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat ma sarux xogħlijiet kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5097 u cioe' jista' jgħid x'inhu l-istaff complement ta' l-Institute of Health Care fejn jirrigwardjaw il-courses tan-nurses?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li in-numru ta' staff akkademiku fl-Istitut Għall-Ħarsien Tas-Saħħa li jagħtu sehemhom fil-korsijiet tan-nurses hu kif ġej:-
Part-Time 24
Full-Time 27 (15 minn dawn għandhom full-time release mid-dipartiment tas-saħħa)
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kif tikkompara Malta ma' pajjiżi Ewropej fejn tidħol is-survival rate ta' cancer tal-bladder?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Malta tikkompara tajjeb ħafna fejn jidħol is-survival rate wara 5 snin mid-dijanjosi tal-kanċer tal-bladder. Fil-fatt Malta qegħda fit-tielet post fost il-pajjiżi tal-EU. Dan skond rapport datat 20 t'April 2004 maħruġ mill-Unjoni Ewropea li tiegħu qiegħed nipproduċi estratt.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1684 li ngħatat fis-seduta nru. 38 nhar id-29 ta' Settembru 2003, peress li issa għaddew erbgħa xhur mis-sena 2004, jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta l-pjan għan-nofsinhar ta' Malta ħareġ għal konsultazzjoni pubblika u meta se jkun iffinalizzat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-abozz tal-Pjan Lokali għan-nofsinhar ta' Malta jinsab fi stadju ta' preparazzjoni avvanzata iżda għad hemm proċedura ta' konsultazzjoni interna li trid isseħħ qabel ma' dan l-abbozz jitressaq quddiem il-Bord tal-Awtorita' ta' Malta dwar l_Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-approvazzjoni tiegħu biex ikun jista' jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għad fadlilhom jieħdu l-ħlas dovuti lilhom għal xogħol li għamlu għall-koperattiva indafa pubblika? X'passi se jittieħdu biex dawn il-persuni jieħdu l-ħlasijiet dovuti lilhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-koperattivi huma organizzazzjonijiet awtonomi u indipendenti. Għaldaqstant, il-Bord tal-Koperattivi ma jżommx records ta’ ħlas dovut lill-persuni li għamlu xogħol lill-koperattivi. Din tibqa’ responsabbilta’ tal-koperattiva.
Informat ukoll li l-koperattivi huma regolati bl-Att dwar l-Għaqdiet Koperattivi XXX ta’ l-2001 u meta l-Bord tal-Koperattivi jħoss li jkun iż-żmien opportun, jibda l-proċess ta’ xoljiment, hekk kif tistabbilixxi l-istess liġi.
Enemalta — Użu minn storage tanks tal-Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm se tuża il-korporazzjoni Enemalta mill-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol (Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.) biex taħżen fuel skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
X'se jiġri mill-ispare capacity li se jibqa' fl-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol? Lil min se jinkrew? Kif se jintagħżlu dawk li se jkunu jistgħu jużaw dawn il-faċilitajiet fl-istorage tanks li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta?
Jista' jivverifika jekk il-kumpannija privata Island Bunker Oils Ltd hijiex se tingħata b'mod esklussiv l-użu ta' dawn il-faċilitajiet tal-Mobcol li mhix se tkun qed tuża l-korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha qed tevalwa il-possibilitajiet kollha li għandha quddiema fir-rigward ta' żejt skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan l-istadju għadha ma ttieħdet l-ebda deċizjoni finali li jintuzaw il-faċilitajiet tal-MOBC għal dan ir-rigward.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmat li ma sar l-ebda ftehim u ma saru l-ebda negozjati.
Jista' il-Ministru jgħid xi proċess ta' privatizzazzjoni se jintuża biex l-ispare capacity ta' l-istorage tanks tal-Mobcol li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta jiġi mikri lill-kumpanniji privati li jixtiequ jipprovdu servizzi ta' bunkering f'pajjiżna? Se ssir sejħa għall-offerti għall-kiri ta' dawn il-faċilitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 4749.
Persuni li għandhom dixx tas-satellita — Ħlas għal-liċenzja
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-ħlas għal-liċenzja li persuni li għandhom dixx tas-satellita jkollhom iħallsu? Jista' jgħid jekk hemmx kuntatti mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħlasijiet għal din il-liċenzja? Jista' jgħid x'korrispondenza għaddiet bejn il-ministeru u l-kummissjoni dwar dan il-qasam tat-tv bis-satellita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li din il-kwistjoni qiegħda tiġi kkunsidrata, infurmat ukoll li m'hemm l-ebda kuntatt ma' l-Kummissjoni Ewropeja dwar il-ħlasijiet għal din il-liċenzja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiswa lil kull skola l-ħlas għat-tħaddim tad-Data Protection Act? Mil-liema fondi se jitħallsu dawn il-ħlasijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data daħal fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003. Skond dan l-Att, sal-15 ta' April 2004, kull organizzazzjoni f'Malta trid tinnotifika lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. Flimkien ma' din in-notifika annwali jrid isir ħlas li, għad-disa' xhur bejn il-15 ta' Lulju 2003 u l-15 ta' April 2004, fil-każ ta' skola, huwa ta' Lm15 filwaqt li, għal sena sħiħa, jkun ta' Lm20. Dawn il-ħlasijiet se jsiru mill-fondi ta' l-istess skola.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex fit-tħaddim tad-Data Protection Act fl-iskejjel tagħna nitgħallmu mid-delitt fl-Ingilterra ta' Ian Huntley fuq il-bniet Holly u Jessica wara li mar jaħdem fi skola u l-passat tiegħu ta' abbużi fuq it-tfal kien protett mid-Data Protection Act?
Response (GALEA, LOUIS)
Jittieħdu l-passi kollha li jippermettulna l-liġijiet biex f'kull waqt nassiguraw li uliedna jkunu dejjem protetti minn kull perikolu ta' din ix-xorta, inkluż li jsir screeningeffettiv ta' kull min ikollu x'jaqsam mat-tfal u l-istudenti.
Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk il-pontijiet prinċipali f'Malta u Għawdex li ġew spezzjonati biex jiġi żgurat li huma strutturalment tajba f'dawn l-aħħar għaxar snin jew mill-1994? Meta nbena kull pont? Meta kienet saret l-ispezzjoni ta' qabel? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi ma jeżistux records dettaljati ta' inspections li kienu saru fil-passat.
Fil-preżent l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tibni database dwar dawn l-istrutturi sabiex ikunu jistgħu jinżammu records dettaljati f'dan ir-rigward.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru jispezzjonawx minn żmien għall-ieħor li kollox ikun sew fl-istrutturi tal-pontijiet u mini pubbliċi u li ma jkun hemm l-ebda periklu ta' xi kollass? Kull kemm isiru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal tal-Ministeru tiegħi m'għandu r-responsabilita' li jispezzjona strutturi tal-pontijiet jew mini pubbliċi.
Jista’ il-Ministru jgħid xi problemi jeżistu biex ix-xogħol fil-vaska l-kbira tal-Pixxina Nazzjonali għadu mhux lest? Min qed jagħmel dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat illi x-xogħol fil-vaska l-kbira tal-Pixxina Nazzjonali tlesta u l-Pixxina qed tintuża regolari. Ix-xogħol ingħata wara ħruġ ta' tender lil Rea Ceramics Ltd.
Infurmat ukoll li x-xogħol kollu tlesta il-Ġimgħa, 2 t'April 2004, iżda riedet tinxef iż-żebgħa tal-linji qabel il-vaska bdiet tintela bl-ilma nhar il-Ħadd, 4 t'April 2004. Rea Ceramics skond id-dokument tatt-tender kellu sitt ġimgħat biex ilesti x-xogħol. Dan fil-fatt ma żammx ma' l-iskeda tax-xogħol għal-diversi raġunijiet, fosthom maltemp, xogħol mhux skond it-tender li kellu jerġa jsir u kif ukoll dewmien biex tasal iż-żebgħa tal-linji minn barra minn Malta.
Pixxina Nazzjonali — Timijiet/għaqdiet barranin li jiġu għat-taħriġ
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm timijiet/għaqdiet barranin li bbukkjaw biex jiġu għat-taħriġ fil-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Marzu 2004 ’il quddiem? Jista’ jgħid min huma? Kemm minnhom diġa` ħassru l-mawra tagħhom għaliex il-Pixxina mhux lesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 29 booking għall-Pixxina Nazzjonali bejn Marzu u Lulju ta' din is-sena.
Dawn huma kif ġej:-
1:Marzu: Richard Murgatord (Swimming Team) 2:April:Oulu Swimming Team
Richard Murgatord (Waterpolo Team) Berlin Team
Cardiff Swimming Team Il Varg
Russian Team SKK
German Team Sr 0504
Joerg Beherens Dr Malewski
Mosey Team first team
3:Mejju: La Vallois Camdem
Nichol Group France Sport
Numkis Irish Team
Swedish Team Mattinson Group
Lohja Team Nichol Group
Numkis
4:Ġunju: Bassi Group Swedish Team
La Vallois
5:Lulju: Mosey Second Team
Norwegian Team
Jista’ l-Ministru jgħid issa li l-Pixxina Nazzjonali għaddiet f'idejn il-Kunsill Malti għall-Isport, kemm hemm ħaddiema li qabel kienu ma’ l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali li issa ġew impjegati mal-Kunsill? Jista’ jgħid x’xogħol qed jagħmlu issa u x’xogħol kienu qed jagħmlu qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kien hemm dsatax-il ħaddiem li qabel kienu ma' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali u issa ġew impjegati mill-ġdid mal-Kunsill.
Ix-xogħol li kienu jagħmlu qabel u li qegħdin jagħmlu issa ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel — Fifth formers li komplew bl-istudji tagħhom
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li fl-aħħar tas-sena skolastika 2000/01 u dik tat-2001/02 komplew bl-istudji tagħhom wara li spiċċaw Form 5 tas-sekondarja? Kemm kienu mill-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.