Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f'taħditiet quadri partiti dwar l-immigrazzjoni llegali, Malta esplorat il-possibbilta' li tospita ċentru għall-operational co-ordination f'dan il-qasam?
Response (BORG, TONIO)
Nikkonferma li saret laqgħa f'Malta liema laqgħa kienet biss waħda esplorattiva. Laqgħa oħra hija ppjanata li terġa' ssir Malta. Din it-tieni laqgħa ser issir proprju bl-iskop li kull pajjiż jesplora x'jista jkun il-kontribut partikolari tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw wiċċ tarmak triq ġdida fi Triq il-Kurkanta/Triq il-Penit, triq ġdida fi Triq il-Kanonku Pullicino, triq ġdida fi Triq GB Debono, triq ġdida fi Triq Gianni Bonnici (wara l-flats tal-gvern) u triq ġdida fi Triq l-Isqof Caruana (wara l-BSS), ilkoll toroq ġodda f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-preżent ħarġet sejħa għal offerti sabiex tiġi asfaltata Triq Indri Borg f'Ħaż Żebbuġ, filwaqt li sar ftehim mal-kunsill lokali ta' Ħaż Żebbuġ biex jiġu asfaltati toroq n/s in Triq il-Kandlora, n/s in Triq il-Għasfura, Truq Guliermu Lorenzi u triq Luigi Fontana. L-awtorita' dwar it-trasport qed tipprepara programm ta' kostruzzjoni ta' toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant ġewwa l-lokalita' ta' Ħaż Żebbuġ se jsir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet hekk kif se jirriżultaw minn dan il-programm.
Razzett tal-Ħbiberihja — Servizz lit-tfal ta' l-iskola
Question
Jista' il-ministeru jgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għas-servizz tajjeb li qed joffri lil ħafna tfal ta' skejjel differenti minħabba li d-diffikultajiet finanzjarji tar-razzett jistgħu jwasslu biex dan is-servizz ma jibqax jingħata u t-tfal jiċċaħdu minn servizz tant essenzjali għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Fl-Estimi tal-Ministeru m'hemmx vot għal dan l-iskop. Bħala NGO fil-qasam ta' disabilita' ir-Razzett tal-Ħbiberija jaqa' fil-parametri tal-politika soċjali. Talbiet għal għajnuna għandhom jitressqu lil dan il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid x'pożizzjoni esprimiet il-Kummissjoni Ewropea f'Awissu li għadda dwar l-International Trading and Holding Companies f'pajjiżna? X'wieġeb il-gvern dwar din il-pożizzjoni? Fiex waslu n-negozjati bejn iż-żewġ naħat fuq dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta ma taqbilx ma’ l-evalwazzjoni li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fuq il-miżuri tat-taxxa li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant in konnessjoni mal-“Code of Conduct for Business Taxation” billi ssostni li dawn il-kumpaniji huma taxxabbli fuq id-dħul kollu tagħhom bir-rata ta’ 35% bħal kull kampanija oħra Maltija.
Ix-“shareholders” ta’ dawn il-kumpaniji u ta’ kull kumpanija oħra Maltija huma persuni distinti mill-kumpanija u huma suġġetti għall-regoli taħt il-liġi tat-taxxa bħala persuni differenti mill-kumpanija. Għandhom ikomplu jsiru diskussjonijiet bejn Malta u l-Kummissjoni fuq dan is-suġġett.
Tista' il-Ministru tgħaddi fondi lir-Razzett tal-Ħbiberija għat-tmexxija tiegħu u s-servizzi li joffri bla ħlas għax bid-diffikultajiet finanzjarji li qed jiffaċċja se jissogra ma jibqax jilħaq tant persuni b'diżabilita' li għandhom bżonn is-servizzi tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Razzett tal-Ħbiberija kien wieħed mill-organiżżazzjonijiet volontarji li matul is-snin li għaddew irċieva għajnuna finanzjarja mill-fond allokat għal dan l-iskop taħt il-Vot tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Ninsab infurmata li l-bord imwaqqaf apposta qed jikkunsidra t-talba għall-għajnuna għal din is-sena minn din l-organiżżazzjoni flimkien ma’ talbiet minn organiżżazzjonijiet volontarji oħra.
Għaqdiet/organizzazzjonijiet — Ħlas għas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u organizzazzjonijiet li s'issa kienu jingħataw xi forma ta' sussidju jew kellhom rata mraħħsa ta' ħlas għas-servizzi tad-dawl u l-ilma? Min huma dawn l-għaqdiet u organizzazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dan l-aħħar li organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija li jagħmlu tant ġid fost persuni b'diżabilita', ma jibqgħux b'rati mraħħsa ta' l-ilma u d-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li l-organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija ma jibqgħux iħallsu b'rati mraħħsa tad-dawl u l-ilma.
Anza xi żmien ilu kien ingħata kreditu sostanzjali lill-dan il-konsumatur partikolari meta fil-każ ta' l-ilma kienet applikata t-tariffa għal organizzazzjonijiet mhux kummerċjali (para k tat-tariff) b'mod retrottiv.
Jista' il-Ministru jgħid x'rati ta' dawl u ilma jitħallsu mid-Dar tal-Provvidenza fis-Siġġiewi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ir-rati tad-dawl u l-ilma li jithallsu mid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi huma l-irhas rati jigifieri:
Ilma taht skema - Orgnizzazzjonijiet mhux kummercjali (para k tat-tariffi)
Rati huma kif jidhru hawn taht:
Dritt tas-servizz - LM 4
Konsum sa 57 mt. Kubu - xejn
Konsum 'l fuq minn 57 mt kubu - 35c kull mt kubu
Elettriku taht skema - Assistenza Socjali
Dritt tas-Servizz - Xejn
Konsum - Rati domestici normali
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib l-eta' ta’ l-iskola obbligatorja titla’ għal 18–il sena?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa ma jidhirx li hemm ħsieb li titla' l-eta' obbligatorja tal-iskola għal 18-il sena fil-futur qarib. Iżda l-Gvern irid jinkoraġixxi liż-żgħażagħ ikomplu l-edukazzjoni anki wara is-16 il-sena.
Jista’ il-Ministru jgħid x'qed tagħmel id-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni biex tħajjar aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom wara li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed isir kull sforz biex titjieb il-kwalita' ta' l-edukazzjoni bażika u jitjiebu is-servizzi ta' pariri vokazzjonali li jgħinu l-istudenti jifhmu l-importanzi ta' żvilupp edukattiv sħiħ.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw tfal mill-iskejjel statali (Form 5) fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Kemm minnhom huma bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta' studenti (Form 5) illi huwa stmat li se jispiċċaw mill-iskejjel statali fl-aħħar ta' din is-sena skolastika huwa:
Subien Bniet Total
Malta 1,610 1,716 3,326
Għawdex 168 241 409
Total 1,778 1,957
Total Malta u Għawdex: 3,735
Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mill-iskejjel tal-Knisja wara li jkunu temmew il-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Kemm huma bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li mill-iskejjel tal-Knisja (Form 5) huwa smat li fl-aħħar ta' din is-sena skolastika sa jispiċċaw 1470 student minnhom hemm 653 bniet.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mill-iskejjel privati (Form 5) fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Kemm huma bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li mill-iskejjel Indipendenti Privati (Form 5) huwa smat li fl-aħħar ta' din is-sena skolastiku se jispiċċċaw 397 student minnhom hemm 189 bniet.
Jista’ il-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kunsill Malti ta' l-Arti u l-Kultura? Kemm-il darba ltaqa' l-Kunsill fl-aħħar tnax–il xahar, jiġifieri bejn Marzu 2003 u Frar 2004? Kemm attenda kull wieħed min dawn il-membri għal-laqgħat li żamm il-Kunsill? Kemm jitħallas kull membru? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus għal kull laqgħa li attenda kull membru tal-Kunsill?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti huwa ffurmat mis sinjuri:
Prof. Joe Friggieri - Chairman
Josef Camilleri - Vice Chairman
Prof. Richard England
Rev. Prof. Peter Seraccino Inglott
Prof. Mro. Charles Camilleri
Lara Strickland
Norbert Attard
George Glanville
Charles Stroud
Dr Paul V. Mifsud huwa d-Direttur Eżekuttiv.
Il-membri jirċievu honorarium ta' Lm 1,200 fis-sena waqt li ċ-Chairman jirċievi honorarium ta' Lm 6,000 fis-sena. Bejn Marzu 2003 u Frar 2004 il-Kunsill iltaqa' 11-il darba. L-attendenza tal-membri f'dawn il-laqgħat tinsab elenkata fit-tabella segwenti:
Laqgħat tal-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti - Marzu 2003 - Frar 2004
* Irriżenja f'Awissu 2003
** Appuntat f'Awissu 2003
X = Preżenti
E = Skużat/a
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fit-tabella hawn taħt.
Spiża
Jannar – Marzu 2003
Ammont li tħallas
Jannar – Marzu 2003
Spiża
Jannar – Marzu 2004
Ammont li tħallas Jannar – Marzu 2004
Lm
Lm
Lm
Lm
Segretarjat Privat
422.47
422.47
355.98
252.65
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
283.46
283.46
309.34
183.05
Dipartiment tal-Customer Services
4,273.90
3,453.64
4,111.31
2,016.58
Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp
5,236.32
5,236.32
5,525.92
4,510.20
TOTAL
10,216.15
9,395.89
10,302.55
6,962.48
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Spejjeż fuq fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża li ntefqet għal fuel matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2004 kienet ta’ Lm 8,339.17 li minnhom tħallsu Lm 7,323.17 waqt li dik għall-istess perjodu tas-sena 2003 tammonta għal Lm 7,233.77 u li minnhom tħallsu Lm 7220.77. Inżid ngħid li l-ispiża f’kull każ tinkludi fiha nefqa ta’ fuel għall-generators u boilers ta’ l-airconditioning tal-Mediterrenean Conference Centre.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid eżatt għal liema fuel qiegħed jirreferi.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Spejjeż fuq fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għar-Riżorsu u Infrastruttura — Spejjeż fuq fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-konsum ta fuel ta' kull tip għas-sena 2003 kien 238,759 litri li jammonta għal Lm69,916, filwaqt li dak għas-sena 2004 kien 223,078 litri li jammonta għal Lm69,093. Dan ifisser li fis-sena 2004 kien hemm tnaqqis ta 7% fil-konsum u 1% fl-ispiża.
Il-kontijiet tas-snin msemmija hawn fuq tħallsu kollha.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Spejjeż fuq fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena?
Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ispiża tal-fuel li nefaq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-dekasteri li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena kienet ta' Lm14,959. Minn dan l-ammont, sal-21 ta' April 2004, kienet tħallset is-somma ta' Lm10,647.
Ta min isemmi lid an l-ammont jinkludi dak tas-sezzjoni tal-Parks, Afforestazzjoni u Riabilitazzjoni tal-Kampanja li fl-istess perjodu tas-sena l-oħra kien taħt ir-responsabbilta’tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Bejn Jannar u Marzu 2003, il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd kien għamel spiża ta' Lm11,038 għall-fuel. Sal-21 ta' April 2003, kienu tħallsu Lm6,943 minn l-imsemmija somma.
Minn-naħa l-oħra, ninsab infurmat li l-ispiża f' ċifra ta' flus tal-fuel li nefqet l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-ewwel tlett xhur tas-sena hija ta' Lm5,720. Matul l-istess perjodu tas-sena l-oħra l-ispiża kienet ta' Lm5,689. (Sal-lum għad hemm Lm3,447 pendenti mill-ispiża għal din is-sena.)
Nnsab infurmat li l-ispiża tal WastServ Malta Ltd fuq fuel bejn Jannar u Marzu ta’ l-2004, kienet ta’ Lm935.19. Dawn il-kontijiet kollha ġew imħallsa. Din l-istess spiża bejn Jannar u Marzu tas-sena 2003, kienet ta’ Lm187.99.