Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet sponsorjati mill-Uffiċċju għall-Proġetti tar-Riabilitazzjoni huma kif ġej:-
Soċjeta li bbenifikat
Xogħol sponsorjat
Valur ta' xogħol
Fondazzjoni Suret il-Bniedem
Materjal użat biex jitranġa l-post fi Triq San Kristofru, Nru. 40, il-Belt
Lm1,040.60ċ
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma sponsorjatx xogħlijiet għal clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali matul dawn l-aħħar sentejn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Dipartiment ta' l -artijiet — Twaqqigħ ta' kamra ta' l-injam
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni li ħa d-dipartiment ta' l-artijiet rigward il-mistoqsija parlamentari 4205 u cioe'għaliex qatt ma l-gvern ħa passi biex titwaqqa' kamra ta' l-injam li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha hemm bosta snin u li qed tagħlaq kamra oħra li ġiet mibnija bil-permess u mogħtija lil wieħed sajjied? Din il-kamra ta' l-injam qed tkun ta' inkonvenjent għas-sajjied.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara l-investigazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tal-Artijiet, ġie kkonfermat li l-kamra tal-injam tinsab mibnija fuq art li ġiet konċessa permezz tal-ftehim tal-kirja tal-25 ta' Awissu 1948, fejn il-kerrej kien obbligat speċifikament li jibni kamra tal-injam.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet wara li ġiet pubblikata l-ittra li qed tintbagħat separatament fuq waħda/wieħed mill-ġurnali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni mill-enforcement officer ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u rriżulta li x-xogħlijiet huma skond il-pjanti approvati. Il-ġirien ġew magħrrfa b’ dan permezz ta’ittra datata il-21 ta’ April 2004.
Kalaxlokk — Persuna li ġie terminat l-impjieg tagħha
Question
Jista' il-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4810 billi jivverifika mar-records ta' Kalaxlokk u jgħid meta ġie terminat ix-xogħol tal-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw ma' mistoqsija parlamentari 4810 u jgħid għaliex itterminawlu x-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mir-rekords tal-Kumpanija jirriżulta illi ma kien hemm ħadd impjegat bl-ID number mogħti mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tat-tiswijiet tal-postijiet tal-gvern biex jiġi mneħħi l-periklu strutturali tal-fond fil-Birgu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li ġie ċċertifikat minn perit tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f'dawn il-ġranet id-Dipartiment konċernat għandu jispezzjona l-ħsarat fil-post indikat mill-Onor. Interpellant biex jiġi stabbilit jekk is-saqaf in kwistjoni jridx jinbidel kollu jew partijiet minnu biss.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija ta' l-għassa ta' Bormla rigward post f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hu strutturalment perikoluż u li l-faċċata mhix f'kondizzjoni tajba b'konsegwenza li qed joħloq periklu għal terzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport ta' xi struttura perikoluża fil-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Pero' ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija bdiet il-proċeduri stabbilit sabiex dan il-perikolu jitneħħa.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'qed tkun il-problema biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali minħabba diversi raġunijiet, fosthom mard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi — Laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq
Question
Jista' il-Ministru gjħid x'inhi r-raġuni li l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq li kien hemm fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sal-lum għadu ma ġiex integrat man-National Standards Laboratory?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-laboratorju li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant ilu li ġie ntegrat mal-Malta National Laboratory minn Marzu 2002.
Jista' il-Ministru jindaga għaliex il-biċċa minn Triq l-Għabex li fadal f'Birkirkara għadha ma saritx meta l-biċċa li hemm fl-Imsida, li hija l-akbar biċċa, saret?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta qed tipprepara biex toħroġ avviż fuq il-gazzetta, b'liema avviż tinforma lill-proprjetarji ta' l-artijiet li għandhom aċċess mit-triq in kwestjoni biex jiffurmaw il-parti tat-triq li tmiss ma' l-art tagħhom. Meta dan il-proċess jiġi konkluż u t-triq tiġi ffurmata hekk kif mitlub, l-awtorita' tkompli bil-proċess biex isiru x-xogħlijiet f'din il-parti tat-triq.
Ħad-Dingli — Triq Ċensu Spiteri - servizz ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5147 u cioe' jista' jgħid meta se jitwassal is-servizz ta' drenaġġ fil-parti ta' fuq ta' Triq Ċensu Spiteri, f'Ħad Dingli peress li din it-triq qiegħda fil-parti l-antika tar-raħal u qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Spiteri, Ħad-Dingli ddaħlet fil-programm ta' xogħolijiet simili tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jikkonferma/jiċħad rapporti li wasluli li l-kors tal-BEduc fl-Universita' se jitwaqqaf għal numru ta' snin peress li qiegħed jingħad li hawn wisq għalliema gradwati?
Response (GALEA, LOUIS)
Niċħad ir-rapporti msemmija. Il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni qatt ma kellha, u l-anqas għandha, pjani biex il-kors tal-B.Ed (Hons.) jitwaqqaf għal numru ta' snin minħabba n-numru ta' għalliema gradwati.
B'riferenza għall-faċilita' ta' ħażna temporanja ta' l-iskart fil-Magħtab, jista' il-Ministru: i) ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett kif ukoll il-permessi tal-MEPA; ii) kemm ġie jiswa x-xogħol li sar; iii) meta nħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol; u iv) minn min intrebħet it-tender għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma hemmx bżonn ta’ permess ta’ żvilupp għall-faċilita’ msemmija.
Qed tinġabar l-informazzjoni neċessarja għall-kumplament tal-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu rranġati l-ħsarat strutturali li ġarrab il-moll fix-Xatt ta' l-Isla?
Jista' jagħti indikazzjoni meta se jibda dan ix-xogħol u meta beħsiebu jitlesta issa li ġej is-sajf, u dan meta dan il-post huwa l-uniku post ta' sfog għaċ-ċittadini tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-proġetti kapitali.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar il-Baċir nru. 1 u dan għax fuq il-ġurnali l-Ministru ġie rrappurtat li qal li dan kellu jkun lest sa l-aħħar ta' Marzu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mill-ħaddiema li ġew trasferiti mal-gvern mit-tarzna, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom huma fil-grad klerikali u kemm minnhom huma fi grad tekniku? Fil-każ ta' l-aħħar, f'liema kategorija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma t-tliet kandidati li ġew nominati mill-Gvern Malti biex jiġu kkonsidrati għall-post ta' l-avukat G. Bonello bħala imħallef fl-EHCR la jtemm il-ħatra tiegħu fi tmiem Ottubru ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.