Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt u x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Gvern Malti wara li ġie mgħarraf li l-Gvern Grieg qed iħejji inċentivi ġodda biex jiġu offruti lis-sidien tal-vapuri li jkunu jridu jirreġistraw il-vapuri tagħhom taħt il-bandiera Griega?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Gvern, prinċiparjament permezz tad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan l-Awtorita' Marittima, dejjem jara kif jista' jżomm ir-reġistru Malti bħala wieħed attrajenti għas-sidien tal-bastimenti waqt li jassigura l-livelli meħtieġa mill-liġijiet internazzjonali relattivi.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-joint trade mission ma' l-Iżlanda li l-Malta Enterprise organizzat fil-Kajr fix-xahar ta' Marzu?
Response (DALLI, JOHN)
Seba' kumpaniji pparteċipaw f'dan l-avveniment, 4 minn Malta u tlieta minn Iceland.
Mill-kummenti li rċevejna mill-parteċipanti nfushom, dan l-avveniment jidher li kien suċċess għax huma kienu kuntenti kemm bil-kwalita' għolja ta' laqgħat li kienu organiżżati kif ukoll mis-servizzi li kienu pprovduti mill-Korporazzjoni Maltija għall-Impriża u imsieħba oħra.
Jikkonferma l-Ministru li minħabba fil-bdil fl-amministrazzjoni Spanjola l-laqgħa tal-kumitat konġunt Hispano-Malti ġiet posposta? Ġiet iffissata data ġdida għal-laqgħa tal-Mixed Commission?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-risposta hi fl-affermattiv. S'issa għadha ma ġietx iffissata data ġdida għall-laqgħa tal-Mixed Commission.
Jista' il-Ministru jikkonferma li se jsiru konsultazzjonijiet f'Malta bejn Malta u s-Sawdi Għarabja f'Lulju kif issuġġeriet minn naħa Sawdita nnifisha?
Floriana — Bini ta' l-edukazzjoni - fire alarm system
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-bini ta’ l-edukazzjoni li jinsab Belt is-Sebħ ġewwa l-Furjana huwiex mgħammar b’fire alarm system? Jista’ jgħid ukoll kemm–il darba sar fire drill f’dawn l-aħħar 12-il xahar? F’każ ta’ ħruq, l-impjegati ta’ dan il-bini kemm isibuha faċli li jevakwaw dan il-post fl-anqas ħin possibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Le, il-bini msemmi mhux mgħammar b'fine alarm system u lanqas saru s'issa fire drills. Tlabt li l-kwestjonijiet imqanqla mill-Onor. Membru fil-Mistoqsijiet 4941 sa 4946 jiġu eżaminati mill-awtoritajiet kompetenti u li jagħtuni rapport bir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-bini ta’ l-edukazzjoni ta’ Belt is-Sebħ fil-Furjana huwiex skond regolamenti internazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spazju li kull persuna għandu jkollha bħala spazju fl-uffiċċju rispettiv tagħha? Fil-fatt kemm hemm persuni li qed jaħdmu f’dan il-bini u kemm hu l-ispazju li hu allokat għalihom ras għal ras? Jirriżulta li skond dawn l-istess standards dan il-bini huwa ffullat aktar milli jmissu?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-għadd ta' impjegati li jaħdmu fil-bini ta' l-Edukazzjoni fil-Furjana, inkluż il-Ministeru, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u d-diversi sezzjonijiet li jaqgħu taħthom hu ta' 433. Infurmat li l-ispazju ta' uffiċji fuq il-ħames sulari f'dan il-bini hu ta' 6805 metri kwadri.
Floriana — Bini ta' l-edukazzjoni - fire extinguishers
Question
Jista’ il-Ministru jgħid min hija l-persuna responsabbli mid-dipartiment ta’ l-edukazzjoni sabiex tara li l-fire extinguishers fil-bini kollu ġewwa l-bini ta’ l-edukazzjoni ta’ Belt is-Sebħ, huma mimlija u li jiġu ttestjati perjodikament? Fil-fatt fil-preżent huma kollha mimlija? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm impjegati li huma mħarrġa fl-użu ta’ dawn il-fire extinguishers? Min ħa ħsieb li jagħti dan it-taħriġ lil dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba għal mistoqsija Parlamentari numru 4941.
Jista’ il-Ministru jgħid min hija l-persuna responsabbli li tara li fil-bini ta’ l-edukazzjoni ta’ Belt is-Sebħ issir il-manutenzjoni regolari fuq il-bini u kull żvilupp ieħor li jsir fuq l-istess bini? F’każ li teżisti din il-persuna, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li f’dan il-post is-shafts tħallew abbandunati u lanqas jistgħu jitnaddfu? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni li tħallew isiru ċerti xogħlijiet, bħall-istallazzjoni ta’ ċerti pajpijiet ta’ l-air-condition, li komplew għamlu ħsara u b’konsegwenza ta’ hekk katusi li minnhom igħaddi l-ilma tax-xita saddew minħabba ġebel li tħalla u dan wassal sabiex fl-aħħar xita qawwija li saret parti mill-bini safa mgħarraq u din il-ħsara baqgħet mhux irranġata?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li it-Technical Services Branch hija responsabbli li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-bini kull meta jkun hemm bżonn jew kull meta jintalbu dan.
Infurmat wkoll li t-
Technical Services Branch
sabet diffikulta' sabiex tmantni dawn ix-
shafts
kif suppost għaliex barra li dawn ix-
shafts
huma dojoq ħafna, illum il-ġurnata jinstab fihom numru ta' units tal-
airconditioning
u pajpijiet għal servizzi oħra, li kienu installati matul is-snin.
Floriana — Bini ta' l-edukazzjoni - aċess għall-persuni b'diżabilita'
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm il-bini ta’ l-edukazzjoni ta’ Belt is-Sebħ huwa aċċessibbli għall-persuni b’diżabilita`?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru ħafna sforzi biex jiġi irranġat il-lift li hemm mal-bini tal-Edukazzjoni f'Belt is-Sebħ. Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib jitwaħħal lift li mill-basementli jieħu sa l-entrance hall biex il-bini kollu jiġi aċċessibli.
Floriana Bini ta' l-edukazzjoni — distribuzzjoni tad-dawl
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk id-distribuzzjoni tad-dawl fil-bini ta’ l-edukazzjoni ta’ Belt is-Sebh għadhiex dik li kienet meta dan l-istess bini kien jintuża bħala suq u mhux bħala uffiċini kif qed jintuża fil-preżent? Kemm hija adegwata s-saħħa tad-dawl u jekk hix biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda li dejjem qed tikber? Jista’ jgħid ukoll jekk din hix konformi mar-regolamenti eżistenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li sar żvilupp fid-distribuzzjoni tad-dawl ta' l-edukazzjoni ta' Belt is-Sebħ minn meta dan l-istess bini kien jintuża bħala suq.
Infurmat ukoll li mħabba il-progress kontinwu, qatt ma tista' tgħid li s-saħħa tad-dawl hi biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda li dejjem qed tikber.
Id-distribuzzjoni tad-dawl fil-bini ta' l-edukazzjoni hi konformi mar-regolamenti eżistenti.
Dipartiment tas-saħħa — Slow release methylphenidate
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom mhix qed tiġi mportata s-slow release methylphenidate li tintuża għall-persuni ADHD? Meta hemm il-ħsieb li tibda tiġi mportata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kif kien ikkonfermat mill-Medicines Authority methylphenidate slow release ma tistax tiġi mportata f'Malta għax m'hemm l-ebda CCP (Certificate of Pharmaceutical Product) għal dan il-prodott. Sal-ġurnata tal-lum il-Medicines Authority ma kellha l-ebda talba għar-reġistrazzjoni tal-methylphenidate sr fis-suq Malti.
Dipartiment tas-saħħa — Mediċina non-stimulant strattera
Question
Jikkonsidra l-Ministru li tibda tiġi mportata l-mediċina non-stimulant Strattera peress li hemm każi fejn ir-Ritalin ma taħdimx u Strattera tista' tkun sostitut tajjeb?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kif kien ikkonfermat mill-Medicines Authority, Strattera ma tistax tiġi mportata f'Malta għax m'hemm l-ebda CPP (Certificate of Pharmaceutical Product) għal dan il-prodott. Sal-ġurnata tal-lum il-Medicines Authority ma kellha l-ebda talba għar-reġistrazzjoni ta' Strattera fis-suq Malti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu CCTV cameras fil-kuriduri u fil-bini tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma f'Ħal Luqa? Jista' jgħid x'użu hemm għal dawn il-cameras fil-partijiet tal-bini li jintużaw biss mill-ħaddiema tal-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kunfidenzjali għaliex tirrigwarda sigurta'.
Għaldaqstant mhix informazzjoni li tista' tingħata pubblikament.
Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed jingħataw il-bdiewa li jkunu jridu jsewwu l-ħitan tas-sejjiegħ tagħhom b'ġebel addattat iżda ma jsibux minn dan il-ġebel u x-xogħol ma jsirx jew idum ma jsir u jintilef ħafna ħamrija u tikber il-ħsara fl-għelieqi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kien hemm sejħiet għall-offerti ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal qabel is-sħubija li fetħu fit-23 ta' Jannar 2004, u għalqu fl-20 ta' April 2004. L-għajnuna kienet tikkonsisti f' pagament ta' 20 Ewro għal kull metru kwadru għar-restawr ta' selħiet f' ħitan tas-sejjiegħ li jkunu ta' lqugħ għall-ħamrija. Din l-għajnuna jistgħu japplikaw għalija wkoll bħala parti mill-assistenza ta' wara is-sħubija pero’ din l-għajnuna hija ta' natura finanzjarja biss u tkopri parti mill-ispiża totali biex jitranġaw is-selħiet. Ix-xogħol u l-materjal biex jitranġaw dawn is-selħiet hija f' idejn l-applikant, peress li ħafna drabi il-ġebel ikun preżenti fuq is-sit. Il-materjal jista’ jinxtara mill-barrieri.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema ingħataw sensji matul Marzu 2004 u kemm kien hemm minnhom fl-eta' bejn is-16 u t-30 sena, bejn il-31 u l-44 sena, bejn l-45 u l-55 sena u minn 56 sena 'il fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' kemm ħaddiema ingħataw sensji matul Marzu 2004 hu kif ġej:-
Sensji Marzu Taħt il-25 sena Minn 25 sena 'il fuq Total
2004 71 129 200
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4601, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk li ngħataw sensja f'Jannar u Frar 2004 kien hemm minnhom fl-eta' bejn is-16 u t-30 sena, bejn il-31 u l-44 sena, bejn il-45 u l-55 sena u minn 56 sena 'il fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' ħaddiema li ngħataw sensji matul ix-xahar ta' Jannar u Frar 2004 kienu:
Sensji Taħt il-25 sena Minn 25 sena 'il fuq Total
Jannar 2004 128 217 345
Frar 2004 98 142 240
Dipartiment tas-sanita' — Problema f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet is-sanita' biex tissolva l-problema ta' ilma jew drenaġġ dieħel ġewwa l-fond imsemmi li għandha l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li tissolva għal darba u għal dejjem din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.2764 tas-sena l-oħra u ngħarrfu li s-sitwazzjoni għadha l-istess għajr għall-fatt li ttieħed kampjun ieħor ta' l-ilma li qiegħed jinfiltra, liema kampjun reġa' indika l-probabbilta' li l-ilma in kwistjoni huwa ilma tal-vit. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma reġgħet ġiet infurmata bil-kitba bil-każ sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.