Legislature:
Category:
Reset
Active:

Buses bejn l-ajruport u c-Cirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27209 u jgħid x'konkorrenza kien hemm sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija għall-buses bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa? Kemm saru vjaġġi sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija? Huwa minnu li ħafna mill-buses lanqas kellhom spazju biex iġorru l-valiġġji?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tagħjt għad-domanda numru 27209, fis-seduta numru 553 tat-l8 ta' Lulju, 2007.

Razzett

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27204 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, cioe' b'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #27344 Sitting 556 2007-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Promozzjoni turistika

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27132 jista' issa jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid x'esperjenza għandha l-Media Consulta International Holding AG fil-qasam tal-promozzjoni turistika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kumpanija internazzjonali Media Consulta għandha esperjenza notevoli għal dak li huwa l-marketing ta’ destinazzjonijiet u reġjuni kif rifless fid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Omnibus pool — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jissussidja l-Omnibus pool il-gvern matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tagħjt għall-mistoqsija numru 27296 fis-16 ta' Lulju, 2007.

Ċensura tal-films

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk bħala pajjiż membru ta' l-UE hux se jikkunsidra li jġib l-entrance age limits għaċ-ċinema lokali konformi ma' għadd ta' pajjiżi oħra ta' l-UE fosthom l-Ingilterra i.e. U/PG/12A/15/18?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din hija materja li fiha l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropeja għandhom id-dritt u l-liberta' li jiddeċiedu kif jidrilhom li hu l-aħjar f'pajjiżhom. Tant hu hekk li l-kategoriji tal-klassifika jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.

Gżira — Triq Nazju Ellul

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux se jittieħdu passi biex ix-xogħol fuq diversi bini taħt kostruzzjoni f'Nazju Ellul Str, Gżira jinbeda f'ħinijiet konformi mal-liġi billi għandi diversi ilmenti li dawn ġieli qed jibdew jaħdmu saħansitra fis-6.00a.m. b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal, speċjalment dawk anzjani?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar ġranet saru diversi spezzjonijiet fi Triq Nazju Ellul, Gzira u fl-inħawi fejn irriżulta li hemm tlett proġetti ta' bini taħt kostruzzjoni għaddejjin. L-ebda xogħolijiet minn dawn ma' rriżulta li qegħdin jinbdew qabel is-7.00 am. Aktar spezzjonijiet ser isiru fil-futur.
Leg 10 PQ #27445 Sitting 556 2007-09-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Impatt Psikologu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt psikologu tal-Qorti propost fuq l-istudenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tagħna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s'issa ghadu ma gie ikkummissjonat l-ebda studju dwar l-impatt psikologiku, jekk jista jkun hemm, mill-Qorti propost fuq it-tfal li jattendu l-iskejjel sekondarji.
Leg 10 PQ #27447 Sitting 556 2007-09-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tibda topera l-Biċċerija ta' Għawdex li ilha ormai snin magħluqa b'inkonvenjent kbir għar-raħħala Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Biccerija t'Ghawdex tkun tista tibda topera wara li jigu nstallati s-servizzi u apparat li huma suggett ta' tender li trid tigi ppublikata. Ghaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xoghol li jkun determinat meta tigi mghotija t-tender.

Għawdex — Parkeġġ fl-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-ftehim bejn il-Malta Maritime Authority u l-Gozo Channel dwar il-parkeġġ fl-Imġarr, Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ftehim bejn l-Malta Maritime Authority u l-Gozo Channel dwar it-terminal ta' l-Imġarr ser jigi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 10 PQ #27449 Sitting 556 2007-09-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Triq ir-Ramla

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' l-ispejjeż kollha konnessi max-xogħlijiet fi Triq Ramla, Nadur, kif ukoll tgħid min kien involut fl-istadju kollu tax-xogħol u min kien responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta' standards u safety ta' din l-istess triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li x-xoghol fuq Triq ir-Ramla Nadur huwa stmat li ser jigi jiswa Lm33,150 fuq formazzjoni tat-triq u Lm106,549 biex isiru xoghlijiet ohra biex titkompla t-triq sal-wicc. Jiena nfurmata wkoll li x-xoghol f'din it-triq qieghed isir minn Road Construction Ltd. u li c-certifikazzjoni ssir skond risultati ta' testijiet li jigu sottomessi lid-Dipartment.

Junior College — Application fee

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-application fee għall-Junior College għoliet minn Lm10 is-sena li għaddiet għal Lm20 din is-sena? Jista' jgħid għaliex il-Junior College qed jitolbu ħlas ta' 75c mingħand l-istudenti biex jingħataw il-book list?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-application fee għall-Junior College kienet Lm10.00 is-sena li għaddiet u baqgħet Lm10.00 din is-sena ukoll, u li l-istudenti tal-Junior College għandhom l-opportunita' li jikkupjaw il-lista tal-kotba minn fuq in-notice boards tal-Kulleġġ jew jixtru l-lista.

Korp tal-Pulizija — Riżenji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2006 u matul is-sena 2007 sat-18 ta' Settembru 2007? Jista' jagħti rendikont tal-informazzjoni mitluba fil-gradi kollha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp li rriżenjaw fil-perijodu indikat fil-Mistoqsija hu kif ġej:- SupretendentiSpetturiSurġenti MaġġuriSurġentiKuntistabbliTotal Riżenji matul 2006---11213 Riżenji sa 18/09/2007-2-41218

SVPR — Serenity Ward

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-fliexken tal-luminata li jingħataw għal Serenity Ward f'St Vincent de Paule Residence, matul dawn l-aħħar ġimgħat ma kenux qed jitqassmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni miġbura mill-Ward msemmija l-luminata dejjem tqassmet f'dawn l-aħħar ġimgħat.

Skejjel — Xiri ta' affarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li għadd ta' skejjel f'Malta, jimponu fuq il-ġenituri ta' l-istudenti tagħhom li jixtru uniformijiet, basktijiet u stationery minn ċerti ħwienet identifikati, qatt ġiex mistħarreġ bħala monopolju u għaldaqstant li jmur kontra l-kompetizzjoni ġusta u wkoll jagħmel ħsara diretta lil ħwienet żgħar, liema ħwienet ħafna drabi huma mmexxija minn self-employed żgħar, u li ħobżhom ikunu qed jiġu mhedda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li monopolju jkun hemm meta fis-suq ikollok intrapriża waħda fejn qed tipprovdi prodott jew servizz. F'dan il-qasam, li semmiet l-Onorevoli Interpellanta għandek diversi ntrapriżi fis-suq. Li jmur kontra l-kompetizzjoni huma dawk l-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi, kif speċifikat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, bejn numru ta' intrapriżi li jsiru bil-ħsieb jew li jkollhom l-effett li jrażżnu jew jimpedixxu il-kompetizzjoni f'Malta. Fil-passat l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kien investiga diversi lmenti li kien irċieva fir-rigward ta' uniformijiet. F'din iċ-ċirkustanza, kemm l-Uffiċċju u kemm il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust kienu qablu li ma kienx hemm ksur ta' l-Att tal-Kompetizzjoni. Sussegwentament, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta xorta ħass li kellu joħroġ u fil-fatt hekk kien għamel, għadd ta' linji gwida lil iskejjel intiżi bħala suġġeriment tiegħu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fil-proċess u tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq.

Skejjel — Xiri ta' affarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx permessi lill-iskejjel biex ikunu jistgħu jbiegħu stationery u affarijiet oħra relatati ma' l-iskola lill-istudenti? Jekk iva, lil liema skejjel ingħataw dawn il-permessi? X'inhuma l-prodotti li jistgħu jbiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ingħata l-ebda permess lil xi skola ta' l-Istat biex tbiegħ stationery.

Negozjati ma' kumpannija

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Gvern hux f'negozjati ma' kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li llum tmexxi d-Dragonara Casino biex jintlaħaq ftehim ġdid? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux f'negozjati ma' kumpannija oħra wkoll dwar id-Dragonara Casino?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dragonara Casino — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorita' tal-Health and Safety fil-Casino tad-Dragonara matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk saru spezzjonijiet, instabu rregolaritajiet fil-kuntest tas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema hemmhekk? X'kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tul dawn l-aħħar ħames snin l-Awtorita' għas Sħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol għamlet sitt (6) spezzjonijiet ġewwa Dragonara Casino, fejn f’bosta spezzjonijiet inħargu numri ta’ ordnijiet mill-uffiċċjali tagħha. Informat ukoll li dwar irregolaritajiet li setgħu nstabu fuq dan il-post tax-xogħol hija l-policy ta’ din l-Awtorita li ma tagħtiex informazzjoni speċifika dwar postijiet speċifiċi.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ’l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovvjament kellu mpatt pożittiv.

Familja u Solidarjeta Soċjali — Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv tista' tgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, taħt id-dekasteru tiegħi, ma kien hemm l-ebda uffiċċjal fi skala 1 sa 5 li rriżenja jew għalaqlu l-kuntratt u ma reġax applika għall-istess pożizzjoni matul Jannar, Frar u Marzu 2007.