Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26204.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn gaming shops/rooms ġo pajjiżna? X'tip ta' logħob ta' l-azzard jista' jsir ġo dawn il-ħwienet? Kemm nfetħu f'dawn l-aħħar sentejn u f'liema lokalita' separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’inhiex ċert x’eżattament irid ifisser l-Onorevoli Membru Parlamentari meta jirreferi għal “gaming shops/rooms”. Intant nixtieq nikkjarifika li s-Sezzjoni tal-Liċenzji ta’ Trade Services Directorate tad-Diviżjoni għal Kummerċ ma toħroġx liċenzji għal attivitajiet li jikkostitwixxu f’logħob ta’ l-azzard u mħatri. Ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ statistika ta’ liċenzji li ħarġu taħt Kategorija VI – Servizzi Soċjali u Personali.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' għajnuna finanzjarja huma ntitolati s-single mother? Kemm hemm single mothers fuq din l-għajnuna llum? Kif jikkwalifikaw għall-għajnuna u kemm jammonta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Barra mill-Għajnuna Soċjali, single parents jistgħu jikkwalifikaw wkoll għall-Allowance tat-Tfal kif ukoll għall-Benefiċċju ta’ l-Enerġija.
Dawn jikkwalifikaw għal din l-Għajnuna kemm il-darba jkollom il-kustodja tat-tfal, u l-ammont ta’ kapital (flus il-bank, proprjeta’ mhux użata bħala r-residenza tagħhom, eċċ.) ma’ jeċċedix €14,000 (Lm6,000). Id-dħul (eżempju; interessi, manteniment, dħul minn xogħol bi qliegħ, eċċ.), fil-każ ta’ġenituri b’wild wieħed li jabitaw għal rashom, ma’ jridx jeċċedi €93.11 (Lm39.97) fil-ġimgħa. F’każ ta’
single parents
li jabitaw mal-ġenituri tagħhom jew ma’ familja oħra, id-dħul ma jridx jeċċedi €69.83 (Lm29.98) fil-ġimgħa. L-ammonti ta’ dħul imsemmija jiżdiedu b’€8.16 (Lm3.50) fil-ġimgħa għal kull wild ieħor minbarra l-ewwel wieħed.
Ir-rata fil-ġimgħa li titħallas bħala Għajnuna Soċjali hija d-differenza bejn dawn l-ammonti, skond il-każ, u d-dħul attwali tal-ġenitur. Ninsab infurmata li n-numru ta’
single parents
li qed jirċievu din l-Għajnuna hu 2,160.
Ir-rata ta’ l-
Allowance
tat-Tfal tvarja skond id-dħul u n-numru ta’ tfal fil-familja, iżda minn din is-sena, f’ebda każ din l-
Allowance
ma tkun anqas minn €250 (Lm107) fis-sena għal kull wild. L-ammont tal-Benefiċċju ta’ l-Enerġija’ jvarja peress li dan hu bażat fuq il-konsum tipiku ta’ familja bl-istess numru ta’ persuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn veikoli bil-mutur li għandhom personlized number plates illum? Kemm daħħal flus l-ADT din is-sena minn fuq dawn il-plates?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-informażżjoni mid-Direttorat tal-Liċenżji u Ttestjar li sal-31 ta’ Diċembru 2007 kien hemm 966 vettura li għandhom personalised number plates.
Kien hemm dħul ta’ € 175,216 (Lm 75,220) fuq dawn il-
plates
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Park and Ride f'Pembroke bediex jintuża? Jekk fl-affermattiv, kemm hu stmat li użawh vetturi? Din il-faċilita' hi koperta bil-permess tal-MEPA?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-
Park and Ride
f’Pembroke beda jintuża temporanjament waqt iż-żminijiet tal-festi, bejn l-14 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar. Kien hemm madwar 1,200 vettura li għamlu użu mill-
parking area
. Ingħata permess minn għand id-Dipartiment tal-Artijiet filwaqt li ma kienx hemm bzonn permess tal-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument "Manual on the engagement of staff with private secretariat" datat 12 ta' Mejju 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-perjodu imsemmi ġiet mikrija karozza Mercedes S Class għal disat' itjiem bil-prezz ta' Lm51 kull jum peress li l-karozza tiegħi kienet għat-tiswija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tal-karozza tiegħi, minn Jannar 2007 sa Settembru 2007 swiet Lm1185.94 u dik tas-second car swiet Lm23.60 fuq l-istess perjodu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin segwew korsijiet fl-MCAST f'Malta kull sena mill-1998/1999 sal-2006/2007 u kemm hemm studenti din is-sena akkademika ġdida? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar il-fergħat ta' l-MCAST f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Studenti Għawdxin fl-MCAST
Korsijiet f'Malta Korsijiet fl-MCAST Għawdex
Sena Skolastika Total Sena Skolastika Total Total Sħiħ
2001-2002 5 5
2002-2003 26 26
2003-2004 84 2003-2004 172 256
2004-2005 86 2004-2005 186 272
2005-2006 122 2005-2006 191 313
2006-2007 118 2006-2007 188 306
2007-2008 114 2007-2008 225 339