Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk issa bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jgħix f'Malta jistax jibbenefika minn xi skema ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 5391 f'din l-istess Seduta.

ATP — Uffiċjali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport fil-futur jistgħux iwaqqfu karozzi għall-għarrieda? Min se jkunu dawn l-uffiċjali? Kemm se jkun hemm uffiċjali nvoluti? X'poter se jkollhom? X'tip ta' apparat se jużaw dawn l-uffiċjali? Xi jkun jikkonsisti t-test fuq il-karozza? Kemm tkun tiswa l-multa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat li uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta se jingħataw is-setgħa li jwaqqfu vetturi fit-triq biex ikunu jistgħu jsirulhom spezzjonijiet skond ir-Regolamenti ta' l-2003 dwar Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur. L-uffiċjali se jkunu l-Enforcement Officers ta' l-awtorita'. In-numru se jkun skond l-esiġenzi ta' l-operat. Dawn se jkollhom poteri ta' infurzar tar-regolamenti dwar it-traffiku u t-trasport. L-ispezzjonijiet isiru biex ikun assigurat li l-vetturi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi. Fir-regolamenti li bdew iseħħu fit-30 ta' April hemm stabbilit li l-ogħla ammenda tista' tkun ta' Lm50.

WSC — Kont ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont li qed jintbagħat separatament ħareġ fuq il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament meta dan ilu ma jgħix f'dan il-fond aktar minn 14-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li skond il-file, il-konsumatur kien applika biex jitneħħa l-arloġġ tad-dawl fil-31 ta' Awissu 1995, imma għall-arloġġ ta' l-ilma ma' nstabet l-ebda applikazzjoni biex jitneħħa l-arloġġ. Is-servizz ta' l-ilma ġie maqtugħ fil-21 ta' Diċembru 1999. Il-kont pendenti li jammonta Lm131.68 huwa kompost minn Lm13.39 elettriku, sakemm inqala l-arloġġ u Lm118.29 għal-kirjiet ta' l-arloġġ ta' l-ilma li għadu nstallat.

Uffiċċju Konġunt — Skemi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi kollha li għandu l-uffiċċju konġunt?

Response (BORG, TONIO)

L-Uffiċċju Konġunt jbiegħ jew jifdi ċ-ċens ta' dawk il-postijiet kollha amministrati minnu, dment li huma użati bħala residenza ordinarja jew bħala postijiet ta' villeġġjatura.

Infermiera u qwiebel ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti bħalissa minn entitajiet privati biex iġibu u jimpjegaw f'Malta nurses u midwives minn barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx.

Dipartiment tas-saħħa — Infermiera u qwiebel ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tad-diviżjoni tas-saħħa meta jkollha talbiet biex jinġiebu nurses u midwives barranin biex jaħdmu f'Malta? Xi proċess isir qabel jingħataw il-permess biex jiġu u jaħdmu f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull min jagħmel talba sabix jinġiebu infermiera u qwiebel barranin biex jaħdmu f'Malta jingħata parir li l-ewwelnett jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet ta' l-Att Nru XII ta' l-2003 li jirregola l-professjonijiet tas-Saħħa. Dan ikun ifisser li jingħata bidu għall-proċess ta' reġistrazzjoni ta' l-infermier/a jew qabla konċernat/a mill-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel. Tali talbiet għal reġistrazzjoni jsiru fuq bażi ndividwali. Kemm il-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel, kif ukoll id-Diviżjoni tas-Saħħa ma jidħlux f'merti ta' xi permessi jew kundizzjonijiet oħra meħtieġa minn awtoritajiet kompetenti oħra f'dawn il-każi li għalihom qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant.

Infermiera

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm nurses telqu mis-servizz pubbliku biex imorru jaħdmu mas-settur privat f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fid-Diviżjoni tas-Saħħa u fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' infermiera li jitilqu mis-Servizz Pubbliku ma jagħtux raġuni għal dan. Għaldaqstant, m'inhiex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija.

OPM — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5174 u cioe' jista' jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt bi tweġiba għall-mistoqsija numru 5174.

Prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Minsitru jagħti breakdown tal-prodotti ta' l-ikel li huma kontrollati bil-529 kondizzjoni ta' salvagwardja li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO, issa li pajjiżna sar membru fl-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li tali informazzjoni hija pubblika. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant hu ġentilment mitlub li jirreferi għall-website relattiv li fih ikun jista’ jsib l-informazzjoni kollha li tinteressah.

Prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tal-prodotti ta' l-ikel li huma kontrollati bil-85 kondizzjoni ta' kwoti li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO, issa li pajjiżna sar membru fl-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tiegħi għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 5484

Toroq — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-iffinanzjar tax-xogħlijiet tat-toroq mill-protokol Taljan, x'inhu l-persentaġġ ta' ħlas li se jsir mit-Taljani?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi l-ammont disponibbli għall-iffinanzjar ta' xogħlijiet fit-toroq mill-protokol Taljan hwua ta' 30 miljun Euro (30,000,000), u ma dawn mhux maħsub li se jiżdiedu fondi oħra għal xogħlijiet li se jitwettqu taħt dan il-programm.

Xiri ta' computers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm il-għala xiri ta' computers li jġibu r-riferenza ta' Q000008 ingħata lil min ittenderja t-tieni l-ogħla valur mill-bidders l-oħrajn? Kemm mit-tenderers l-oħrajn kienu to specifications jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-għażla tax-xiri ta’ computers b’referenza Q000008 ittieħdet wara li ġew ikkunsidrati numru ta’ kriterji li kienu essenzjali fid-deċiżjoni finali. Dawn il-kriterji kienu: - l-aħjar kwalita ta’ sistema ibbażata wkoll fuq l-esperjenza akkwistata tal-mudell partikolari; - li l-ikkunsinna tal-computers issir fi żmien stipulat; - prova ta’ commitment u serjetà tad-ditta billi tagħti garanzija fuq il-computers aktar miż-żmien mitlub; - l-għażla tkun ibbażata fuq l-aħjar valur aktar milli l-irħas offerta. Fuq dawn il-kriterji msemmija hawn fuq, kien hemm ditta waħda li kienet to specification.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipments matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

OPM — Kiri ta' apparat teknoloġiku

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u apparat teknoloġiku ieħor matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’seduta oħra.
Leg 10 PQ #5490 Sitting 128 2004-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' office equipment

Question

Tista' il-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha għall-kiri ta' photocopiers u other office equipments matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fit-tabella hawn taħt. Dipartimenti Nefqa għall-kiri ta’ photocopiers matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2004 Nefqa għall-kiri ta’ other equipment matul l- ewwel 4 xhur tas-sena 2004 Nefqa għall-kiri ta’ photocopiers matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2003 Nefqa għall-kiri ta’ other equipment matul l- ewwel 4 xhur tas-sena 2003 Segretarjat Privat Xejn Xejn Xejn Xejn Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi Xejn Xejn Xejn Xejn Dipartiment tal- Customer Services Nutara tal-Gvern Reġistru ta’ l-Artijiet Qrati t’Għawdex Lm66.92 Lm127.35 100.64 Xejn Xejn Xejn Xejn Lm47.12 Lm98.08 Xejn Xejn Xejn Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp Xejn Xejn Xejn Xejn Totali Lm294.91 Xejn Lm145.20 Xejn

Personal computers — Sejħa għall-offerti

Question

Billi għadha kif ħarġet sejħa għat-tenders għall-ħames personal computers ftit jiem biss wara li ġew allokati ħames computers lill-supplier lokali u billi fiż-żewġ każi l-ammont involut ma jaqbiżx l-Lm2,500, ma jaħsibx il-Prim Ministru li dan seta' sar biex ordni tinqasam fi tnejn u b'hekk ma jkunx hemm bżonn li d-dipartiment joqgħod jirrikorri għad-dipartiment tal-kuntratti biex jagħmel dan l-e-procurement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma ħarġet l-ebda sejħa għat-Tenders għax-xiri ta’ computers. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-quotations li ħarġu riċentament, ninsab infurmat li dan l-Uffiċċju kien ilu li rċieva mingħand cost centre talba għax-xiri ta’ computers. Madanakollu, kien inħass il-bżonn li dan ix-xiri isir bis-sistema l-ġdida ta’ l-e-procurement, liema sistema bdiet taħdem mill-15 ta’ April 2004. Fir-rigward tat-tieni sejħa, dan l-Uffiċċju kien irċieva talba oħra mingħand cost centre ieħor wara li kienet ħarġet l-ewwel sejħa. Għaldaqstant, mhux minnu li dan l-Uffiċċju qasam dan ix-xiri f’żewġ ordnijiet sabiex jevita li jirrikorri għand id-dipartiment tal-kuntratti.

Miżbla tal-Magħtab — Radam ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartiment għall-immaniġjar ta' l-iskart kellu jdaħħal mit-tariffi għar-radam ta' l-iskart fil-landfills tal-Magħtab, tal-Qortin kif ukoll fl-impjant tal-kompostaġġ (separatament) minn meta ġew intordotti dawn it-tariffi, għal kull sena separatament? Kemm fil-fatt ġabar flus kull sena d-dipartiment?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

UE — Kontribuzzjoni finanzjarja ta' Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5402 u cioe' jista' jgħid x'inhu kkalkulat li se tkun il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' Malta lill-Unjoni Ewropea matul is-snin 2004, 2005 u 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.