Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kiri ta' postijiet tal-gvern — Standard contract

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra standard contract ta meta jinkera post tal-gvern lill-inkwilini mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma tikrix appartamenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' specimen contract li jsir bejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u nkwilini meta jinkrew postijiet tal-Gvern.

Bejgħ ta' postijiet tal-gvern — Standard contract

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra standard contract ta meta jinbiegħ post tal-gvern jew lill-inkwilini jew lil dawk li applikaw biex jixtru fond ġdid mill-awtorita tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' żewġ specimen contracts, wieħed jintuża meta jinbiegħ post mibni mill-Awtorita' tad-Djar u l-ieħor meta inkwilini jixtru fond taħt l-iskema ta' l-Awtorita', Sir Sid Darek.

Sħubija ta' Malta fl-UE — Jum nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jipproponi l-1 ta' Mejju (meta Malta saret membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea) bħalha jum nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Idejalment, għandha ssir diskussjoni dwar il-possibilità ta’ qbil dwar Jum Nazzjonali wieħed. Il-Gvern hu lest jiddiskuti dan is-suġġett ma’ l-Oppożizzjoni jekk hemm id-dispożizzjoni min-naħa tagħha.

Reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal il-bord għad-direttorat ta' l-immaniġjar tat-traffiku jirrakkomanda li jitneħħa reserved parking għal persuna b'diżabilita' skond id-dettalji li qed nibgħat separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-raġunijiet li wassal lid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku li titneħħa r-reserved parking huma: Ir-reserved parking ma kenitx approvata mill-Bord għar-Reserved Parking. Skond il-guidelines li fuqhom tinħadem l-applikazzjoni, l-applikant ma ssodisfax ir-rekwiżiti hawn taħt imsemmija biex ikun eliġibbli għar-reserved parking: L-applikant għandu garage; Id-diżabilita' ta' l-applikant mhix relatata ma nuqqas ta' mobilita'.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Applikanti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm nies/applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Minn liema kategoriji ġejjin? Kemm hemm f'kull kategorija? Minn liema lokalitajiet ġejjin? X'inhi l-medja ta' l-eta' ta' l-applikanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minbarra dik dwar il-kategorija ta' l-applikanti. Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar din l-informazzjoni. Ninsab infurmata wkoll li l-eta' medja ta' applikanti hi 44 sena.
Leg 10 PQ #5491 Sitting 129 2004-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipments matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u office equipment ieħor matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena hija ta' Lm 7,205.78. In-nefqa għall-istess perjodu tas-sena 2003 kienet ta' Lm 6,735.02

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-nefqa għall-kiri ta' photocopiers u other office equipment matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta’ Lm 3,977.21, u għall-istess perijodu tas-sena 2003 kienet ta’ Lm 3,468.97.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipments matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej. Diviżjoni tas-Saħħa 2003 - Xejn 2004 - Lm29.50 Segretarjat Ministeru tas-Saħħa 2003 - Xejn 2004 (Jan-Apr) - LM855.25 Sptar Żammit Clapp 2003 - Lm364.02 2004 - Lm353.10

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-nefqa għall-ewwel erba' xhur tas-sena 2004 għall-kiri ta' photocopiers u office equipment ieħor kienet ta' Lm1335.17ċ, filwaqt dik tas-sena 2003 għall-istess perjodu kienet Lm5385.20ċ.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda nefqa għall-kiri ta' photocopiers u other office equipment mill-ministeru matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2003 u tas-sena 2004. Informat ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport nefqet Lm602 għall-kiri ta' photocopiers matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2004, filwaqt li ma kien hemm l-ebda nefqa fl-istess perjodu fis-sena 2003.

Malta Enterprise

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5425 u ċioe' jgħid il-Malta Enterprise kemm għandha rappreżentanti u konsulenti barra l-pajjiż? Min huma u fejn qed joperaw? Jista' jiddistingwi bejn min hu rappreżentant u konsulent? X'remunerazzjoni għandhom il-konsulenti?

Response (DALLI, JOHN)

Overseas Representations 2004 Dubai Anthony Tabone Dubai Minila Mary Mathew (local) Dubai Ahmed Mohideen Libya Frans Attard Libya Salem Megadmi (local clerk) Libya Masood Rizvi (driver) France Josephine Vassallo Germany Sonja Winner (local secretary) Italy Andrew Spiteri Italy Lionella Bertazzon Italy Tatiana Rota United States of America Paula Calamatta Tabella 2 turi l-lista ta' Konsulenti Barranin li tagħmel użu minnhom il-Malta Enterprise. Dawn il-konsulenti jitħallsu dik li tissejjaħ "success fee", jiġifieri somma fissa għal kull proġett li jitqies eliġibbli taħt il-provvedimenti tal-Business Promotion Act u li jkun approvat mill-Malta Enterprise. External consultant Area of operation Paolo Tommasi Southern Italy Stefano Manchini Italy Alberto Casinghini Italy Mauro Frilli Italy Francesco Ventura Italy Michele Zambuto Italy Antonio Guadalupi Italy Antonio De Capoa Italy Oonagh Mc Nerney Spain Eric Desagneaux France Ivan Blondet France Jean Claude Masson Switzerland Tim Scarborough South Africa Dieter Prigoda Germany Michael Oldiges Germany Susan Mompalao de Piro Germany Terence Loane Ireland Warwick Robinson England

Mosta — Triq il-Fortizza - Barriera perikoluża

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilqugħ imsemmi fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 4908 għadu sal-lum ma sarx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi m`hux magħruf għaliex is-sid naqas milli jibni qlugħ mad-dawra ta' din l-art. Pero' in vista ta' dan in-nuqqas, il-Pulizija qed tieħu proċeduri quddiem il-Qorti kontra s-sid.

Tiswija ta' yatchs — Howard Johnson

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-yatchs li ssewwew mill-kumpanija Howard Johnson mill-perjodu April 2003 sa April 2004? Jista' jgħid ukoll kemm dam fil-Tarzna kull yatch?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kumpanija Palmer Johnson u mhux Howard Johnson ma għadx għandha konnessjonijiet mat-tarzna. It-tiswijiet tas-super yachts fl-aħħar sena saru mill-Malta Drydocks u mill-Malta Shipyards Ltd. u mhux minn Palmer Johnson.

Malta Shipyards — Imħażen - Baċir numru 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Shipyards għadhomx jagħmlu użu minn xi mħażen fuq il-ġenb tal-Baċir numru 1? Kif qed jintużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-imħażen ta' ma' ġenb Baċir Nru 1 it-Tarzna għandha xi materjal bla użu għall-lest biex jitneħħa jew jinbiegħ. Jiena nfurmat ukoll li dawn l-imħażen ma humiex meħtieġa għall-operat tat-tarzna.

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-numru ta' impjegati li ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport bejn Jannar u April 2003 huwa ħamsa.

Anzjani — Home help

Question

Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħu separatament tingħata l-home help li għandha bżonn u li fil-fatt kellha għax l-arranġament preżenti mhux adekwat għall-bżonnijiet tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-anzjana li dwarha qiegħed isaqsi kienet tirċievi 6 sigħat fil-ġimgħa għajnuna fid-dar. Peress li l-Part Time Social Assistant li kellha itterminat l-impjieg, ingħatat sagħtejn fil-ġimgħa temporanjament sakemm tiġi allokata Part Time Social Assistant oħra biex eventwalment jerġgħu jingħataw in-numru ta' sigħat f'servizz allokati lilha.

Mediċina Aridia — Problemi tal-bone density

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-mediċina Aridia hix tintuża għall-kura ta' persuni li jbatu bi problemi tal-bone density u li tiġi amministrata lilhom intra-venous fl-isptar San Luqa? Kemm ilha tintuża din il-mediċina? Kull pazjent kemm qed jintalab iħallas biex jingħata din il-mediċina? Minn meta bdew jintalbu ħlasijiet? Il-pazjenti kollha qed jintalbu jħallsu? Fuq liema bażi jiġi deċiż min iħallas u min ma jħallasx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.