Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Każ dwar residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat? Jekk fl-affermattiv, ħarġet id-derequisition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-post indikat mill-Onor. Interpellant għadu rekwiżizzjonat.

CIMU — IT hardware projects

Question

Billi skond l-istandards taċ-CIMU il-hardware projects ta' l-IT tal-gvern jistipulaw illi jridu jkunu bbażati fuq intel-based kits, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jagħmel kif għamil il-Gvern Franċiż u jneħħi din il-kondizzjoni ħalli jevita anti-trust action min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea billi l-UE hija kontra kuntratti li jispeċifikaw li proġetti ta' l-IT għandhom ikunu speċifikament iddisinjati b'intel processors? Jikkonferma l-Prim Ministru illi l-UE wissiet lill-gvernijiet nazzjonali membri li għandhom jiftħu l-kuntratti ta' l-IT hardwareibbażati fuq chips minn suppliers oħrajn jew inkella jirriskjaw li jieħdu azzjoni bil-qorti kontrihom? Il-Gvern Malti ġie mwissi f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istandards taċ-CIMU normalment jiġu riveduti kull tliet xhur. Jekk ikun hemm bżonn l-istandards jistgħu jiġu riveduti qabel dan il-perjodu. CIMU diġà qed jara x’implikazzjoni jista’ jkun hemm bi tneħħija ta’ l-istandard dwar l-intel fejn tidħol kompatibilità ma’ sistemi eżistenti. Ma jirriżultax li saret xi twissija lill-Gvern Malti dwar dan is-suġġett.

Pulizija — Permessi tal-ħwienet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sens jagħmel li permessi tal-ħwienet fil-lokalita' ta' Bormla, Isla u Birgu jħallsu daqs liċenzji f'lokalitajiet u toroq aktar kummerċjali bħal The Strand, Gżira, Msida Sea Front, Valley Road, Birkirkara, eċċ.? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħlas f'ċerti lokalitajiet jiġi ridott?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5298.
Leg 10 PQ #5582 Sitting 130 2004-05-17 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dipartiment tal-mużewijiet — Vacancy dwar safety

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk inħarġitx vacancy fid-dipartiment tal-mużewijiet dwar safety? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk din hix tailor-made għall-individwu partikolari li għadu mhux impjegat mal-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk l-Onor Membru qed jirreferi għal Heritage Malta, ninsab infurmat li din l-aġenzija għaddiet mill-proċeduri kollha tal-MIMCOL u l-ETC sabiex f'nofs April 2004 ħareġ avviż fil-gazzetti għal reklutaġġ ta' Manager Safety and Security. Dan l-avviż għalaq fit-3 ta' Mejju u kien hemm 'il fuq min erbgħin applikazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li twaqqaf Bord biex jagħmel il-proċess ta' rekluttaġ. Heritage Malta jiċħdu kategorikament li hemm xi arranġament ulterjuri.

Triq Dobbie — Residential Area - Local plan

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani kif triq Dobbie qegħda bħala residential area fil-local plan, u l-MEPA qiegħda tilqa applikazjonijiet għal bars u ristoranti? Jista' il-Ministru jara li Triq Dobbie tkun verament għar residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li għalkemm il-Pjan Lokali għadu ma ġiex approvat, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) xorta qed tipprova tipproteġi l-karattru residenzjali ta Triq Dobbie, f’ Paceville. Il- permessi li nħarġu għall-bdil ta' użu huma f' każi fejn oriġinarjament l-użu kien diġa kummerċjali. Lista ta' applikazzjonijiet għall-iżvilupp (fejn kien hemm bdil ta' użu) ipproċessati mill-MEPA fi Triq Dobbie huma dawn: Site at No. 2 Joe PA1560/01 Full development application for the change of use of ground floor supermarket and flats (at first, second and third floor levels) in existing four storey block into language school. The proposed development includes extension at roof level. GRANTED 3/12/01 Valentina Hotel PA4235/02 Full development permission for the demolition and re-erection of hotel, change of flats into rooms, additional floor and basement floor into garages GRANTED 10/11/03 Site at (no number quoted) PA960/99 Full development application for the demolition of a restaurant and 4 flats and the construction of a 6 storey building consisting of ground floor restaurant, 19 flats on 5 floors and 2 penthouses with 3 underlying basement floors PENDING APPEALS BOARD DECISION PA808/02 Full development application to change the use from shop to restaurant.PENDING APPEALS BOARD DECISION Il-Villagg Restaurant PA1320/97 Full development application to carry out alterations to existing restaurant. GRANTED 30/01/98.

Membri parlamentari — Biljetti ta' l-ajru

Question

La fil-media u fora oħra hemm mistoqsijiet fuq kemm għandu membru bħali, titjiriet b'xejn, jista' il-Ministru jikkonferma kemm għandu biljetti b'xejn fis-sena (eskluż xogħol parlamentari) membru parlamentari? Fuq ir-rotot ta liema linja ta' l-ajru jingħataw dawn il-biljetti? Kemm jitħallsu taxxi ta' l-ajruport mill-membru u kemm jitnaqqaslu taxxa minn kull biljett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f' xi seduta oħra.

Isla — Moll li hemm fix-Xatt

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol biex jiġi rranġat il-moll fix-Xatt ta' l-Isla? Kemm se jiġi jiswa? Kemm se jdum biex jitlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi minħabba n-natura tal-ħsara, il-Marine Section tad-diviżjoni tax-xogħlijiet ġiet mitluba mill-kunsill tagħmel aktar studji dwar x'qed jikkaġuna il-ħsarat biex eventwalment ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet fil-baħar mill-Malta Maritime Authority.

MEPA — Applikazzjonijiet

Question

Jistgħu jsiru xi forma ta' emendi ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, fejn applikazzjoni li ġiet rifjutata kemm-il darba, l-applikant ma jkunx jista' jerġa' japplika fuq l-istess fond, speċjalment fuq l-istess ġeneru ta' negozju, qabel numru ta' snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Att għall-Ippjanar ta' l-Iżvilupp ma jaħsibx għal proċedura kif issuġġerita mill-Onor. Interpellant. Is-suġġeriment se jiġi meqjus, għalkemm diffiċli wieħed jara kif tista’ tiġi mplementata.

Marsa — Inċineratur tal-biċċerija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jitħaddem l-inċineratur tal-biċċerija fil-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-inċineratur tal biċċerija qiegħed jaħdem temporanjament biex jieħu il-Category 1 animal waste, jiġifieri dawk l-annimali li jmutu fuq ir-razzett. Fi ftit tal-ġimgħat oħra se jiġi nstallat inċineratur modern li qed jiġi ffinanzjat mill-Protokol Finanzjarju Taljan.

Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan l-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.

Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Direct orders

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma d-direct orders u x'kien il-valur tagħhom li ngħataw mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Min jawtorizza l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan l-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.

Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann — Ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif intgħażlu l-ħaddiema mill-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li jdawru t-turisti? Kif intgħażlu l-periti u l-konsulenti l-oħra? Qatt saret sejħa pubblika qabel ma saret l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan il-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.

Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellha dħul il-fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann minn meta twaqqfet sal-lum? Kemm hu d-dħul tal-fondazzjoni mill-kirjiet tal-ħwienet li hemm fil-blokk? Kif intużat l-għotja ta' Lm300,000 li saret mill-gvern lill-korporazzjoni? Min jivverifika l-kotba ta' l-accounts tal-fondazzjoni? Dawn isiru indipendentement minn dawk tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann intalbet tgħaddi l-informazzjoni lil dan il-Ministeru u tweġiba tingħata malli din l-informazzjoni tkun inġabret.

Toroq — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5470, jista' il-Ministru jispjega għala mhux l-orħos offerta rebħet it-tender? X'inhi r-raġuni għad-differenza bejn it-tendered price u l-value of award li f'xi każi tammonta għall-miljuni ta' liri?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kuntratti li ġew mogħtija biex isir ix-xogħol iffinanzjat mill-ħames protokol Taljan ingħataw wara li l-board appuntat apposta għamel ir-rakomandazzjonijiet tiegħu għal din l-aġġudikazzjoni. Ma nħossx li jkun idonju li d-deliberazzjonijiet ta' dan il-board ikunu ppubblikati. Fir-rigward tad-differenza ta' bejn il-valur ta' l-offerta u l-valur ta' l-aċċettazzjoni, din qed tirriżulta peress illi l-finanzjament taħt dan il-protokol jillimita n-nefqa fuq dawn il-proġetti għal 30 miljun Euro u għalhekk liema ammont ma jistax jinqabeż.

Birkirkara — Triq Mannarino - parking

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk fi Triq Mannarino, f'Birkirkara jistax isir parking temporanju minħabba l-ħwienet fuq in-naħa ta' Singer, għaliex nies li jridu jixtru minn dawn l-inħawi mhux qed isibu fejn jipparkjaw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-iSteering Committee for the Creation of Residents' Parking Schemes nieda terms of reference ġodda għall-implimentazzjoni ta' controlled residents' parking schemes. Dawn intbagħtu lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex u fid-19 ta' Mejju 2004 se tiġi organizzata laqgħa mill-awtorita' dar it-trasport ta' Malta fejn kull kunsill huwa mistieden sabiex jiġu spjegati u diskussi dawn it-terms of reference. L-għan ta' dawn it-terms of reference huwa sabiex meta kunsill lokali japplika sabiex fil-lokalita' rispettiva tiegħu issir controlled residents' parking scheme, l-istess kunsill ikun informat rigward l-informazzjoni li għandu jippreżenta lill-kumitat bħala parti mill-applikazzjoni. Din l-informazzjoni hija neċessarja sabiex il-kumitat ikun jista' jevalwa r-rikjesta tal-kunsill u jipproponi skema addattata li tindirizza l-problema tal-parkeġġ fil-lokal. It-talba mill-kunsill lokali ta' Birkirkara għall-Timed Parking fi Triq Mannarino qed tiġi evalwata.

Palazz tal-President — Irħama tifkira tad-dħul ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li titwaħħal irħama mal-faċċata tal-Palazz biex bħall-avvenimenti l-oħra ewlenin ta' pajjiżna, titfakkar il-kisba ta' dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mill-poplu tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li naqbel mas-suġġeriment li ssir tifkira ta’ din il-ġrajja storika. Biss, din id-deċiżjoni m’għandhiex tkun limitata biss għall-faċċata tal-Palazz kemm fid-dawl tan-numru ta’ irħam ġa mwaħħlin mal-faċċata kif ukoll għall-effett li jista’ ikun hemm fuq l-estetika ta’ dan il-post storiku.

Pulizija — Vetturi li ġew ittowjati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed away vetturi din is-sena u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba xhur ta' din is-sena kien hemm 403 vettura li ġiet irmunkata mill-Pulizija, filwaqt li kien hemm vettura oħra li ġiet ikklampjata, f`dawn il-lokalitajiet: Airport Naxxar Sliema Żurrieq B'Kara Paola San Ġiljan Għawdex Cospicua Qawra Valletta Ħamrun Qormi Żabbar Mosta Rabat Żejtun

Pulizija — Klandestini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini miżmuma mill-pulizija llum? X'eta' għandhom u ta liema sess huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 165 immigrant illegali li qed jinżammu mill-forzi tas-sigurta`. L-iżgħar fosthom għandu 17-il sena, filwaqt li l-akbar wieħed għandu 46 sena. Minn dawn tnejn huma nisa.

Prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li għolew u/jew raħsu mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u b'kemm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-prodotti li raħsu bħala riżultat tat-tneħħija tal-levies kienu ħafna. Eżempji ta' kategoriji ta' prodotti ta' l-ikel li l-prezzijiet tagħhom raħsu huma għaġin, prodotti magħmulin mit-tadam, prodotti tat-tiġieġ, marġerina u gallettini. Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni se jkompli jsegwi s-suq biex jassigura li l-prezzijiet li hemm huma riżultat ta' Kompetizzjoni ġusta.