Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-Public Service Commission għandha każijiet pendenti u kemm ilhom pendenti? X'inhi l-proċedura li timxi fuqha biex titratta l-każijiet pendenti? Hija parti mill-proċedura stabbilita tal-PSC li tibgħat biex tisma' lil kulmin ikun involut fil-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għandha tmien każijiet ta’ dixxiplina li huma pendenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ilhom pendenti dawn it-tmien każijiet.
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tikkonsidra b’mod immedjat kull każ ta’ dixxiplina li jiġi sottomess lilha sakemm ikollha l-informazzjoni kollha neċessarja. F’kull każ ta’ dixxiplina, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku timxi mar-Regolamenti uffiċjali u ippubblikati, li jistabilixxu lil min il-Kummissjoni għandha tisma’ qabel ma tiddeċiedi dwar każ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26870 jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija tat-Triq ix-Xatt ta' Ta' Xbiex jiġifieri jekk hux il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jew il-kunsill lokali ta' Ta' Xbiex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-responsabilta' għat-tiswija ta' Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex ma taqax taħt l-ADT imma taħt il-Kunsill Lokali rispettiv.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' bini li huwa skedat ġo tas-Sliema u jista' jagħti wkoll il-grad ta' skedat li għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) iżżomm din it-tip ta’ informazzjoni kif rikjesta mill-Onorevoli Interpellant fuq is-sistema ta’ l-informatika tagħha u din hija aċċessibbli mill-pubbliku minn fuq il-website ta’ l-istess Awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħataw permessi biex jiġu mportati rettili? Jekk jingħataw il-permessi, jista' jagħti lista tar-rettili li f'dawn l-aħħar ħames snin ġew importati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-preżent, min-naħa ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), m’hemm l-ebda restrizzjoni għall-importazzjoni ta’ rettili, dejjem jekk il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni, bħal ma huma il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati/permessi neċessarji, jiġu osservati.
Madanakollu, l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin hija regolata wkoll minn dipartimenti governattivi oħrajn bħalma huma d-Diviżjoni ta' l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd, il-
Port Health
u d-Dwana.
Is-sezzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) responsabbli mill-importazzjoni ta’ annimali u pjanti mħarsa ma żżommx id-dettalji ta' l-eżemplari kollha imma biss ta' dawk li huma mħarsa mill-Konvenzjoni dwar Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi ta' Fawna u Flora Slavaġġ li Jinsabu fil-Periklu ta' Estinzjoni (CITES).
Barra minn hekk, l-importazzjoni minn pajjiżi membri tal-Komunità Ewropea ma tirrikjedi l-ebda permess min-naħa ta’ ħarsien ta' l-ispeċi taħt l-imsemmija konvenzjoni u għaldaqstant ma jeżisti l-ebda tagħrif dwar din l-importazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx xi fabbriki jew importaturi f'pajjiżna li jagħmlu separazzjonijiet ta' l-iskart? Jekk le, xi pjanijiet qegħdin isiru biex dan iseħħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’Malta hawn diversi fabbriki u importaturi li jisseparaw għal skopijiet ta' riċiklaġġ l-iskart li jiġġeneraw huma fil-ħidma u l-proċessi tagħhom. Saret kampanja edukattiva permezz ta’ proġett, li sar b’fondi mill-Unjoni Ewropea, fejn intrapriżi żgħar kellhom l-opportunità li jilqgħu nies biex jinfurmawhom dwar kif huma jistgħu jisseparaw l-iskart tagħhom. Saru wkoll seminars informattivi fuq l-istess suġġett li fihom kienu mistiedna jipparteċipaw nies mill-industrija. Ma teżistix informazzjoni dettaljata ta' dawn. Informazzjoni bħal din tinġabar b'riżultat ta' Avviż Legali 106/07. Dan l-Avviż Legali, fost affarijiet oħra, jitlob lil dawk li jirriċiklaw l-iskart biex jibagħtu ċerta informazzjoni bażika lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq din l-attività. Dan l-Avviż Legali ħareġ f'April 2007 u jidħol fis-seħħ f'qasir żmien.
Peress li b'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 27068, ma ngħatax l-ammont ta' spezzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb billi jgħid mis-sena 2003 sal-lum kemm spezzjonijiet saru fil-kmamar tan-nar, minn min u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27068.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, mis-sena 2003 sal-lum x'passi ħadet u qed tieħu l-MEPA biex tħares it-tempji tal-Ħaġrat fl-Imġarr minn kull żvilupp ta' bini qribhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, peress li t-Tempji Ta' Ħaġrat fl-Imġarr huma skedati, kull applikazzjoni għal żvilupp madwarhom tgħaddi minn proċess rigoruż li jinkludi konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għall-Wirt Kulturali fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u ankè ma' Heritage Malta, li għandhom ir-responsabbiltà ta' l-immaniġġjar tat-Tempju Ta' Ħaġrat. Applikazzjonijiet li jkunu fiż-żona ta' żvilupp kif approvata mill-Parlament fl-1988 jiġu kkunsidrati skond kif provdut fl-Att dwar l-Iżvilupp u l-Pjan ta' Struttura, u dan kemm-il darba ma jikkompromettix il-konservazzjoni u l-pajsaġġ tas-sit arjkeoloġiku protett mill-liġi. Barra minn hekk l-applikanti jintalbu jagħmlu provvedimenti u josservaw diversi kundizzjonijiet sabiex ma jinħoloqx impatt fuq it-tempju, fosthom li ma jitqattgħux basements, ma jintużax makkinarju goff, fejn hemm bżonn ix-xogħol isir bl-idejn, u li jsir monitoraġġ arkeoloġiku għall-ispejjeż ta' l-applikant, u garanzija bankarja. Applikazzjonijiet barra ż-żona ta' żvilupp ma jiġux rakkomandati.
Ta' min jgħid li fiż-żona ta' żvilupp fl-inħawi tat-Temju ta' Ħaġrat fadal biss żewġ plots ta' djar mhux mibnijin bejn binjiet eżistenti, u plot ieħor fejn diġà hemm garaxx u għandu permess biex tinbena dar. Il-kumplament tal-blokk inbena kollu bejn is-snin ħamsin u il-lum. Madankollu, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tapplika l-provvedimenti tal-liġi skond kif spjegat fuq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament se jkun jista' jifdi ċ-ċens fuq dawn il-plots li huma ndikati separament f'Santa Marija Estate, Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
In vista tal-fatt li s-sid tal-plots in kwestjoni hija kumpanija, il-fidi ma jaqax taħt l-Iskemi mħabbra mill-Gvern.
B'danakollu il-kumpanija tista' titlob biex tixtri d-dirett dominju permezz ta' ħruġ t'offerti. Fil-każ preżenti kull relazzjoni oħra ma' terzi ta' enfitewsi temporanja tibqa' vigenti, anki wara x-xiri tad-dirett dominju.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri ntużaw biex il-Birzebbuga Water Polo and Aquatic Sports Club u l-art ta' ħdejh għaddew lill-privat? Jista' jpoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra ta' l-art li għaddiet lill-privat? Jista' jgħid min hu l-privat li lilu ġiet trasferita din l-art pubblika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-pjanta tal-art hija l-istess pjanta ta’ l-art li kienet ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta 343 tal-11 ta’ Lulju, 2000. Il-pjanta kienet gie imħejjija mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Il-KMS m’għandux tagħrif illi din il-fakulta' sportiva ġiet mgħoddija lill-privat.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isir użu minn bozoz energy savers minn dawn l-entitajiet kif ġej:
Malta Standards Authority 10%
Malta Maritime Authority 90%
Malta Communications Authority 65%
kif ukoll 50% mill-bozoz li jexegħlu l-kuriduri tad-Diviżjoni tal-Kummerċ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-policy tat-Taqsima tax-Xogħolijiet u dik tas-Servizzi hi li fejn hemm bozoz jew spotlamps li jistgħu jinbidlu f'bozoz energy savers mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jinbidlulhom ukoll l-fittings tad-dawl tagħhom, dawn jiġu mibdula. Mill-banda l-oħra, fil-każ tat-tubi, l-policy hi li meta kemm it-tubu kif ukoll il-fitting ma jibqgħux jiffunzjonaw jinbidlu m'oħrajn li jkunu energy savers. S'issa l-persentaġġ ma jaqbiżx il-ħamsa fil-mija.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Sptar Mater Dei
Il-maġġoranza tal-lampi huma jew energy saving jew inkella huma kkontrollati minn electric ballasts li jnaqqsu d-domanda ta' enerġija elettrika. F'ħafna miż-żoni l-oħra (showers, toilets, kuriduri) id-dawl jinxtegħel awtomatikament minn sensors kif il-persuna tkun preżenti.
Dipartiment Kura Primarja tas-Saħħa
Il-policy tad-Dipartiment hi li gradwalment il-bozoz kollha, fejn dan hu teknikament prattiku, ser jinqalbu bħala energy savers. Meta jinfetħu Ċentri tas-Saħħa ġodda dawn qed jiġu attrezzati mill-ewwel bill-bozoz energy savers. Ċentri tas-Saħħa oħra li għandhom kmamar jew daħliet li jibqgħu mixgħula għal ħinijiet twal diġa' twaħħlu energy saving bulbs. Bejn wieħed u ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw 20% ta' bozoz li huma energy savers.
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Il-persentaġġ ta' bozoz ta' energy savers huwa kif ġej:
Dar għall-Anzjani tal-Gżira, Msida u Mosta - 0% - 5%
Dar għall-Anzjani tal-Floriana, Mtarfa, Bormla u Zejtun - 75% - 85%
Residenza ta' San Vinċenz de Paul - 10%
Sptar Monte Carmeli
Qed isir użu minn bozoz energy savers u dan jammonta għal 10%.
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
Hemm madwar 10% tal-bozoz użati li huma energy savers. Dan l-ammont huwa mistenni li jiżdied matul iż-żmien.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva il-bozoz energy savers jiġu wżati fil-Ministeru tiegħi, anki jekk il-persentaġġ huwa zgħir imħabba l-fatt li l-uffiċjini huma kważi kollha mgħammra bit-tubi u mhux bil-bozoz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi qed juża bozoz energy saving kull fejn isir xogħol ġdid, bħal fid-Direttorat ta’ l-Affarijiet ta' l-EU, fil-Microvinification Laboratory u fl-uffiċċju tal-Crop Husbandry.
Barra minn dan, it-tubi ta' l-uffiċini kollha tal-bini tal-Ministeru nbidlu għal tubi ta’ tip
energy efficient
li jiffrankaw sa massimu ta’ 50% enerġija elettrika. Il-mira tal-Ministeru hija li fi ftit żmien jinbidlu l-istallazzjonijiet kollha elettriċi għal sistemi li jiffrankaw l-enerġija. Sal-lum il-Ministeru diġà bidel bejn 40% u 50% tal-bozoz kollha għat-tip
energy saving
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li fil-prezent, fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, mhux qiegħed isir uzu minn bozoz energy saving, peress li jintuzgħu neon daylight tubes.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex sal-ġurnata li fiha qed isir din il-mistoqsija, is-sussidju fuq xgħir(barley) u qamħirrun (maize) għall-ewwel parti ta' din is-sena (Jannar - Ġunju 2007) għadu ma tħallasx?
Għal liema raġuni għadhom ma ħarġux l-allokazzjonijiet lanqas għal perjodu Lulju - Diċembru 2007?
Jaf li l-importaturi ta' dan il-ġwież għadhom ma ġewx mgħarfa xi kwota għandu kull wieħed u lanqas kemm se jkun is-sussidju, meta dawn ma kellhomx għażla ħlief li jixtru b'għajnejhom magħluqa? Jista' jikkonferma jekk dan is-sussidju hux finanzjat lokalment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-pagament jirrekjedi verifiki ta' dokumenti, inklużi dawk tad-Dwana. Dawn il-pagamenti issa tħallsu.
Rigward l-allokazzjonijiet, dan il-proċess konkluż ukoll. Dan sar wara analiżi dettaljati tas-swieq internazzjonali u laqgħat mal-Ministeru tal-Finanzi u ż-żewġ operaturi ewlenin biex tiġi stabbilita r-rata ta' sussidju, liema sussidju hu ffinanzjat mill-Gvern skond it-Trattat ta' Sħubija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti rregolari f'Malta f'detention centres bħalissa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa f'Malta hawn 1,705 immigranti fiċ-ċentri ta' detenzjoni u dawn huma mqassmin kif ġej:-
Ta' Kandja - 71
Lyster - 803
Safi - 831