Tista’ il-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-iSchool of Arts biddlet isimha? X’sar l-isem il-ġdid u għaliex inħass il-bżonn li dan isir? Tista’ tgħid ukoll x’jiġi mgħallem ġewwa din l-iskola? Min huwa l-kap ta’ din l-iskola u kif ġie magħżul?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-isem ta' l-Iskola ta' l-Arti nbidel minn dak ta' "Skola ta' l-Arti Wistin Camilleri" ghal dak ta' "Ċentru ta' l-Arti u Ariġġjanat Wistin Camilleri" biex jirrifletti aħjar il-varjeta' akbar ta' korsijiet offruti f'dan iċ-Ċentru kif ukoll il-perspettiva ġdida versu l-istess korsijiet.
Il-korsijiet li huma offruti f'dan iċ-Ċentru huma kif ġej:
Art Attack (Juniors)
Basic Art (Juniors)
Basic Art (Adult)
Basic Art (O and A Levels)
CAD
Clay Modelling
Gilding
Graphical Design
Lace (Adult/Junior)
Stone and Wood
Carving
Thread Filigree
Monasteru
Macrame
Oil/Water
Parchment Craft
Pottery
Pyrography
Silver Filigree
Stained Glass
Textile Design
Ferrobattuto
L-Uffiċċjal inkarigat minn dan iċ-Ċentru huwa s-Sur Joe Attard wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal dan il-post.
Jista’ il-Ministru jgħid għalliema li huma attached ma’ l-MCAST kif se jintlaqtu mill-ftehim li għadu kif ġie ffirmat bejn l-MCAST u l-MUT? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn jistgħux imorru lura mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni? Il-ftehim li sar għal kemm-il sena sar? Dawn l-għalliema kif se jintlaqtu l-ħinijiet tagħhom? U jekk inhu l-każ li se jkun hemm xi żieda fil-ħin tagħhom, dawn se jitħallsu pro rata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema li huma fuq 'attachment' se jibqgħu igawdu l-istess kundizzjonijiet li kellhom sa issa. Dawn jistgħu jmorru lura mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jekk javżaw lill-MCAST qabel il-31 ta' Mejju 2004 ta' kull sena. Il-ftehim ma' l-MCAST sar għal tlett snin li jibda l-1 ta' Jannar 2004.
Informat ukoll li l-ħinijiet ta' l-għalliema fuq
'attachment'
jibqgħu dawk stabbiliti qabel il-ftehim bejn l-MUT u l-MCAST. M'hemmx previst żieda fil-ħinijiet ta' l-għalliema fuq
'attachment
'. Jekk għalliem jgħallem numru ta' sigħat aktar minn dak miftihem, jitħallas skond ir-rati stabbiliti mill-Kulleġġ.
Jista’ il-Ministru jgħid għalliem li jiddeċiedi li jsir impjegat ta’ l-MCAST b’mod permanenti u allura ma jibqax aktar attached, jiġix ikkunsidrat daqslikieku għadu kemm beda impieg ġdid? Kif se jkun fis-seniority ma’ dawk l-għalliema li daħlu ġodda ma’ l-MCAST minn barra f’dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid ukoll għall-fini ta’ pensjoni jekk ikunx hemm xi effett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalliem li jkun 'attached' ma' l-MCAST u jiddeċiedi li jsir impjegat tal-Kuleġġ jingħata kuntratt li jieħu konsiderazzjoni tad-data ta' meta beda l-'attachment' tiegħu ma' l-MCAST. L-anzjanita' fl-MCAST tibda togħod minn meta beda l-'attachment'. Informat ukoll li l-għalliema jibqgħu igawdu l-istess dritijiet tagħhom għall-pensjoni li kellhom qabel ma bdew jagħtu s-servizz tagħhom fl-MCAST.
Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u apparat teknoloġiku ieħor matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li nies impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħi fil-perjodu Jannar/April 2003 kien kif ġej:
L-Awtorita' Marittima ta' Malta 12
L-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards Nil
L-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni Nil
Minsteru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma ġewx ingaġġati mpjegati ġodda fil-perjodu ta' bejn Jannar u April 2003.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komuntia' — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Ministeru tas-Saħħa
Entita'
Numru ta' ingaġġ
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
5
Sptar Mater Dei
11
Sptar Monte Carmeli
3
Sptar Zammit Clapp
7
(3
full-timers
u 4
part-timers
)
Total
26
Ministeru tal-Politika Soċjali
Aġenzija Appoġġ
2
Ministeru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ mpjegati ġodda li ġew ingaġġati ma’ korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tat-Turiżmu u Kultura fil perjodu Jannar/April 2003 huwa kif gej:
Korporazzjoni/Aġenzija/Kumpanija
Għadd
Awtorita` għat-Turiżmu ta' Malta
1
Dipartiment tat-Turiżmu
1
Ċentru Malti għar Restawr
9
Fondazzjoni Patrimonju Malti
0
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
0
Heritage Malta
1
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
4 ( 1 b'kuntratt)
Total
16
Qrati — Persuni ta' nazzjonalita' barranija li weħlu l-ħabs
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li weħlu sentenza ħabs is-sena l-oħra u din is-sena u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni barranin li weħlu l-ħabs minn Jannar 2003 sal-10 ta’ Mejju 2004 huwa ta’ 94. Dawn instabu ħatja kif jidher hawn taħt:-
Omiċidju (attentat volontarju)
2
Importazzjoni ta’ droga
19
Frodi
9
Logħob ta’ l-azzard
2
Tibdil ta’ multa f’ħabs
5
Pussess u traffikar ta’ droga
6
Serq (attentat volontarju)
14
Ħsara Volontarja
3
Naqsu li jħallsu multa jew spejjeż
8
Ħrib minn post ta’ sigurta’
8
Evażjoni ta’ dazju
3
Ħruq volontarju
2
Feriti ta’ natura gravi
1
Traffiku
1
Ġurament falz
1
Pussess ta’ oġġetti projbiti
1
Theddid
3
Falsifikazzjoni
1
Ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ bail
3
Disprezz lejn il-Qorti
2
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum u jagħti breakdown ta kemm hemm repeating offenders?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri fl-10 ta' Mejju 2004 kien ta' mitejn u tmenin (280).
In-numru ta' drabi li daħlu l-ħabs, jew fuq arrest li l-każ għadu mhux deċiż, jew b'sentenza, hu kif jidher hawn taħt:-
L-ewwel darba 130
It-tieni darba 36
It-tielet darba 21
Ir-raba darba 17
Il-ħames darba 15
Is-sitt darba 12
Is-seba darba 4
Tmien darbiet jew aktar 45
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip kienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-ewwel erba` xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:
Cocaine 34.48grms
Heroin 621.799grms
Cannabis plants 2 plants
Cannabis grass 29grms
Cannabis resin 2kg478.57grms
Ecstacy 366.5 tablets
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa pprojbita ġol-ħabs is-sena l-oħra u din is-sena u x'kienu l-affarijiet li ppruvaw idaħħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw iddaħħlu xi ħaġa projbita ġol-Ħabs bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-10 ta' Mejju 2004 kien ta' ħamsa. Dawn ippruvaw iddaħħlu jew drogi, inkluża l-Cannabis, jew mobile phones.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vettuir kummerċjali llum? X'tip huma u kemm-il sena għandhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Sa l-aħħar ta' April 2004 kien hemm 53,850 vettura kummerċjali.
Biex l-awtorita' dwar it-trasport tinforma lill-Onor. Interpellant dwar it-tip u d-data ta' reġistrazzjoni tal-53,850 vettura tieħu ħafna żmien, u dan għaliex trid l-ewwel tagħżel it-tipi kollha u wara għal kull vettura trid issib id-data ta' reġistrazzjoni. Jekk din l-informazzjoni hija meħtieġa għal xi riċerka jew studju, nitolbok tagħtina aktar ħin u din l-informazzjoni tkun tista' tingħatalek.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni talli kkorrompew minorenni? Kemm minn dawn kienu Maltin, kemm minnhom kienu barranin u x'weħlu wieħed wieħed, is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta u sussidjarji tagħha xahar b'xahar fil-perojodu ta' Ottubru 2002 u April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformani jekk ix-xogħol fuq sit fi Triq Dobbie, ġewwa Paceville hux qiegħed jimxi mar-rekwiżiti tal-permess tal-bini, speċjalment fuq il-hoarding, ġaladarba hemm ħafna complaints ta' dħaħen u trabijiet ħerġin mill-istess sit ta' bini? Kemm-il darba saru inspections?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, saret spezzjoni mill-Enforcement Officer ta' l-Area, ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u rriżulta li hemm binja f' kantuniera ma' Triq Dobbie li qiegħda titwaqqa’. Dan ix-xogħol huwa kopert b' permess tal-MEPA li jġib ir-referenza ta' PA 960/99 maħruġ fl-4 ta' Gunju 2002. Is-sit hija mdawrha b' hoarding magħmul minn żewġ saffi ta' precast slabs fuq xulxin li għandhom għoli ta' madwar żewġ metri. Jista’ jkun li waqt din id-demolizzjoni qiegħed itir it-trab u l-kuntrattur ġie avżat biex inaddaf kemm jista' is-sit in kwestjoni u l-inħawi fil-qrib. Dan il-każ qiegħed jiġi monitored mill-Enforcement Officer inkarigat.
Awtorita' dwar it-trasport — Diretturi u assistenti diretturi
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tad-diretturi u l-assistenti diretturi li hemm fl-awtorita' dwar it-trasport, meta bdew l-impjieg tagħhom u f'liema lokalita' joqogħdu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Lista tad-diretturi u meta bdew l-impjieg:
D.O.E.
L. Zammit - Assistant C.E.O. Roads Nov 2002
M. Sammut Tagliaferro - Licensing & Testing Jan 2004
J. Caruana - Public Transport July 2002
R. West - Corporate Service Oct 2002
A. Testaferrata de Noto - Traffic Management July 2002
Mhux relevanti li jingħataw id-dettalji ta' fejn joqogħdu d-diretturi.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala x-xogħol ta' re-alignment tal-moll ta' Sant'Anġlu ilu wieqaf diversi ġimgħat? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħol ta' re-alignment fuq il-moll ta' taħt Sant'Anġlu għadu għaddej. Bħalissa x-xogħol għaddej fuq il-partijiet tal-ġenb u fil-ġimgħat li ġejjin ix-xogħol ipproġettat għandu jikkonċentra fuq il-parti tan-nofs.