Tista' il-Ministru tara li jittieħdu passi fil-parti komuni tal-fond tal-Gvern li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħa l-periklu u jsir up--grading?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jintervjeni biex il-Bord ta' l-Appell jibgħat gall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li twaqqaflu r-relief mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali b'konsegwenza li ma għandhux flus biex iħallas il-kontijiet ta' dawk u ilma, il-kirja ta' dar u għal mard li għandu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol tqis li l-ġustizzja titwettaq billi tisma' l-każi ta' l-appelli mid-deċiżjoni tal-ETC skond l-ordni li jkunu waslu għandha. L-appellanti kollha huma fl-istess sitwazzjoni (jew simili) taż-żagħżugħ imsemmi fil-Mistoqsija u għalhekk biex issir ġustizzja l-Awtorita' tħoss li din il-proċedura għandha tinżamm.
Jista' il-Ministru jinformani kemm ambaxxaturi tħallsu bejn l-1 ta' Settembru 2003 u t-30 ta' April 2004 mill-Malta Enterprise għall-vjaġġi barra mill-posting tagħhom? Jista' f'kull każ jgħid għal liema destinazzjoni, għal liema raġuni u kemm kienet l-ispiża għal Malta Enterprise?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 5810.
Jikkonferma l-Minstru dak li wieħed mill-Ambaxxaturi Maltin qed jgħid ma kulħadd u cioe' li se jsir roving ambassador for foreign investment? Jista' jgħid meta se jieħu din il-ħatra?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 5811.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi żgurat li t-tfal kollha ta' Birżebbuġa li suppost qed jattendu l-iskola primarja, fil-fatt qed jagħmlu hekk? Ittieħdu xi passi dwar tfal li jgħixu fil-familji li t-tagħrif dwarhom qed jingħata separatament biex jibdew jattendu l-iskola primarja peress li dawn ma jattendux regolarment?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-attendenza tat-tfal li huma miktubin fl-iskejjel Primarji A u B Birżebbuġa issir kuljum u regolarment jintbagħtu noti ta' assenteiżmu lil ġenituri tat-tfal li jkunu fallew. Fi tmiem ix-xahar isir rendikont u jekk tifel jew tifla tkun falliet mill-iskola għal aktar minn tlett ijiem mingħajr ċertifikat mediku jiġu kkuntattjati l-ġenituri ħalli jagħtu raġuni għal dan in-nuqqas. Jekk ir-raġuni ma tingħatax jew ma tkunx ġustifikata, jintbagħat rapport lis-Section Co-Ordinator (Accredited Social Worker) fil-Head Office sabiex jittieħdu l-passi neċessarji. Sal-lum iż-żewġ skejjel hawn fuq imsemmija dejjem hekk imxew, anke mat-tfal li joqgħodu fiż-żewġ toroq imsemmija separatament mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għad-dikjarazzjonijiet tal-gvern li kellhom jorħsu l-prezzijiet ta' l-ikel wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-ġwież tal-finisher tat-trobbija tat-tiġieġ sena ilu? Kemm fil-fatt hu fil-preżent?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-prezz tal-ġwież finisher tat-trobbija tat-tiġieġ jiddependi minn ħafna fatturi inkluż il-prezz ta' l-ingredjenti fuq is-suq internazzjonali li bih hu prodott lokalment. Il-prezz ta' dan il-prodott kien ta' Lm106.40 il-tunnelata mibjugħ bil-bulk u Lm108.40 mibjugħ fl-ixkejjer. Il-konsumatur għadu jista' jsib dan il-prodott bl-istess prezz.
B'riferenza għad-dikjarazzjonijiet tal-gvern li kellhom jorħsu l-prezzijiet ta' l-ikel wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-laħam tal-vitella minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u dawk li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea sena ilu? Kemm fil-fatt hu fil-preżent?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi fis-suq hemm diversi prezzijiet ta' qatgħat differenti ta' laħam li jvarja skond il-kwalita u l-oriġini tiegħu.
Madankollu l-Uffiċċju qed isegwi s-suq biex ikun jista josserva l-bidliet li jirriżultaw.
B'riferenza għad-dikjarazzjonijiet tal-gvern li kellhom jorħsu l-prezzijiet ta' l-ikel wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-cube roll minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u dawk li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea sena ilu? Kemm fil-fatt hu fil-preżent?
B'riferenza għad-dikjarazzjonijiet tal-gvern li kellhom jorħsu l-prezzijiet ta' l-ikel wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-Lucerto minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u dawk li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea sena ilu? Kemm fil-fatt hu fil-preżent?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5658 u cioe' jista' jagħti l-lista ta' 15-il kuntrattur Taljani li wrew interess fil-bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ bil-fondi tal-protokoll Taljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li qed tingħata għall-P.Q. 5658.
Awtorita' dwar it-Trasport — Diretturi u assistenti diretturi
Question
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5659 li titratta dwar id-diretturi u l-assistenti diretturi li hemm fl-awtorita' dwar it-trasport, meta bdew l-impjieg tagħhom u f'liema lokalita' joqogħdu, jista' il-Ministru jirrispondi l-parti l-oħra tal-mistoqsija, jiġifieri jagħti l-istess dettalji dwar l-assistenti diretturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-awtorita' dwar it-trasport m'hemmx assistenti diretturi.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5520, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Wasteserv hux responsabbli għall-ġbir ta' arretrati dovuti għar-radam fil-miżbla tal-Qortin? Jekk fl-affermattiv, x'qed isir sabiex dawn il-flus jinġabru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija WasteServ Malta Ltd m' hijiex responsabbli għall-ġbir ta' arretrati dovuti għar-radam fil-miżbla tal-Qortin. Din ir-responsabbilta’, fil-fatt, taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex, u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5722 fejn intqal li biċċa art kbira fil-Freeport ingħatat b'kera lil Carmelo Caruana Freeport Operations Ltd., jista' il-Ministru jgħid jekk dan sarx b'mod dirett jew wara sejħa għall-offerti? F'każ li saret sejħa għall-offerti, jista' jpoġġi kopja ta' din is-sejħa fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
L-art ingħatat b'kera lil Carmelo Caruana Freeport Operations Limited għal perjodu determinat u għal proġett speċifiku wara li l-istess kumpanija rebħet kuntratt minn grupp internazzjonali fil-qasam taż-żejt.
Il-kuntratt jinvolvi 't-transhipment' ta' materjal konness mal-esplorazzjoni taż-żejt illi minħabba l-kobor tiegħu ma jistax jiddaħħal fil-'warehouses' li hemm il-Freeport.
Mhux normali li f'każi bħal dawn issir sejħa għall-offerti
Ministeru għar-Riżorsu u Infrastruttura — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuqu kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ammont ta' flus li ntefqu fuq kiri ta' karozzi fis-snin 2002, 2003 u 2004 huwa kif ġej:-
Sena Ammont
2002 Lm149,387
2003 Lm174,494
2004 (Jannar - April) Lm37,272
Ministeru għal Għawdex — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tagħha, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li hija responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħlasijiet fuq kiri ta’ karozzi tal-Ministeru għal-Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma kif murija fit-tabella hawn annessa.
INFIQ FUQ KIRI TA’ KAROZZI FIS-SNIN
2002
2003
2004(Sa April)
Lm
Lm
Lm
Segretarjat Privat
1,612.90
1,089.65
897.25
Segretarjat Permanenti/Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
2,037.20
3,265.60
1,229.36
Dipartimet tal-
Customer Services
12,808.12
12,667.72
4,075.17
Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp
6,231.25
8,860.41
0.00
Ħlasijiet totali
22,689.47
25,883.38
6,201.78
Ministeru tas-Saħħa — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Nefqa fuq kiri ta' vetturi
Taqsima
2002
Lm
2003
Lm
2004
(sa April)
Lm
Diviżjoni tas-Saħħa
13,357.16
10,632.22
3,992.62
Medicines Authority
(Medicines Regulatory Unit)
98.25
1,789.30
530.29
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'
9,602.68
14,084.36
4,517.61
Totali
23,058.09
26,505.88
9,040.52
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-nefqa fuq kiri ta' karozzi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kif ukoll id-Diviżjonijiet u Dipartimenti, u mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kienet ta' :
Sena Ammont
2002 Lm 111,834
2003 Lm 151,640
2004 Lm 87,509