Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ma ġietx notifikata mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-ittra tagħha għall-iskema tal-bdiewa tat-18% cubic meter?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li t-talba tal-persuna indikata qed tiġi processata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u din il-persuna nżammet infurmata b'dak li qed jiġri permezz tat-telefon.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda ma' korporazzjonijiet, aġenziji u kumpaniji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu Jannar / April 2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
La fil-media u fora oħra hemm mistoqsijiet fuq kemm għandu membru bħali, titjiriet b'xejn, jista' il-Ministru jikkonferma kemm għandu biljetti b'xejn fis-sena (eskluż xogħol parlamentari) membru parlamentari? Fuq ir-rotot ta liema linja ta' l-ajru jingħataw dawn il-biljetti? Kemm jitħallsu taxxi ta' l-ajruport mill-membru u kemm jitnaqqaslu taxxa minn kull biljett?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li kull Membru Parlamentari huwa ntitolat kull sena għal 4 biljetti economy class b'xejn mill-Air Malta. Dawn jistgħu jiġu wżati fuq ir-rotot kollha fejn topera l-Air Malta ħlief għal Moska u St. Petersburg.
Kull Membru Parlamentari iżda jkun irid iħallas minn butu t-taxxi kollha ta' l-Ajruport u anke Lm4.00 'security tax'.
L-Air Malta tibgħat 'FSS return' lill l-Iskrivan tal-Kamra biex tinfurmah b'min ikun ibbenifika minn din il-konċessjoni.
Żwieġ bejn persuni ta' l-istess sess — Affarijiet li jikkonċernaw taxxi
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-taxxi jirrikonoxxix same sex marriages li saru ġewwa pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' taxxi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jirrikonoxxi għall-iskopijiet tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul dak iż-żwieġ li jkun rikonoxxut mil-liġi Maltija.
(Tweġiba mogħtija: 25/05/2004PM)
(Seduta Numru: 133)
Peress illi l-ħaddiema tal-Gozo Ghannel, sepċjalment dawk li jaħdmu fl-art huma esposti ħafna għax-xemx, jista' il-Ministru jara li jiġi fornut sunblock ta' SPF ogħla minn dak li ġie fornut ta' SPF 20?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat illi minn stħarriġ li l-GCCL għamlet ma Dermatoloġista, ġie spjegat li sunblock 'l fuq minn SPF15 huwa kollu tajjeb għax dan jirreferi għall-qawwa tax-xemx.
Pero huwa mportanti li l-ħaddiema jridu jindilku nofs siegħa qabel ma jiġu esposti għax-xemx u kull meta jħossu l-bżonn huma.
Għaldaqstant, il-Kumpanija Gozo Channel ma tħossx li hu neċessarju li jingħata sunblock b'SPF ogħla minn dak li diġa qiegħed jiġi pprovdut lilhom.
Għawdex — Nadur - Triq il-Qala - problemi ta' drenaġġ
Question
Peress illi r-residenti ta' Triq il-Qala, fin-Nadur Għawdex qed jilmentaw minħabba problemi ta' drenaġġ in konsegwenza ta' xogħlijiet f'residenza privata li affettwaw is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Qala, tant li meta tkun ix-xita jfur id-drenaġġ minn ġol-gandott u jidħol fid-djar, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma jidhirx li kien hemm rapporti ta' sbroff ta'drenaġġ fi Triq il-Qala Nadur.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jogħġobha tgħaddi aktar dettalji anki privatament dwar ix-xogħol privat imsemmi fil-mistoqsija, il-Korporazzjoni tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.
Bypass ta' l-Imrieħal — Gradilji li hemm fuq il-pont
Question
Jista' il-Ministru jara li jinbidlu l-gradilji li hemm fuq il-pont li mill-bypass ta' l-Imrieħel jagħtu għal Marsa, peress li huma kollha imkissrin u qed ikunu ta' periklu għas-sewwieqa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi d-direttorat tat-toroq ħa l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex dawn l-expansion joints jitgħattew temporanjament b'materjal flessibbli sakemm dan il-lastiku apposta jkun jista' jiġi mibdul kompletament.
Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Lezzjonijiet bi ħlas
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'jitlob id-dipartiment ta' l-edukazzjoni mingħand min jixtieq jibda jagħti lezzjonijiet (privat) bi ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li kull uffiċjal pubbliku għandu jitlob il-permess qabel ma jwettaq xogħol privat barra l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu, bħal ma hu miktub fil-Public Service Management Code 7.3.3.2. li jirrigwarda xogħol privat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi pjani ta' bini ta' skejjel ġodda fil-ħames snin li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn se jsir dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva. Fil-fatt bħalissa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tikkonsidra l-abbozz li ħejjiet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada dwar Pjan Strateġiku mifrux fuq numru ta' snin. Meta dan il-Pjan ikun finalizzat inkun nista' nagħti tweġiba sħiħa. Sadanitant qed tinbena l-iskola l-ġdida fil-Karwija, limiti ta' Ħal Kirkop u qed isir xogħol ta' permessi u pjanti fuq skola ġdida fiż-Żokkrija, limiti tal-Mosta, u skola oħra f'Pembroke.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar: a) meta ntuża l-aħħar il-Baċir nru. 1; b) meta ntuża l-aħħar il-moll ta' madwaru; c) meta ntużaw l-aħħar l-imħażen li hemm fuq il-moll; u d) x'sar fattwalment minn dak iż-żmien sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Bacir Nru. 1 u l-moll l-aħħar li ntużaw kien fl-2001. Ħafna mill-imħażen ta' madwar il-Bacir ġew imnadfa iżda tnejn minnhom fihom xi materjal bla uża li ser jitneħħa.
Qed jiġu diskussi bejn il-MEPA u l-Gvern diversi skemi ta' użu li jista' jsir mill-Bacir u l-moll imma jidher li għadha ma itteħditx decizjoni finali. Il-proġett kollu issa waqa' taħt il-Ministeru responsabbli għall-iżvilupp urban.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' 15-il kuntrattur Taljani li wrew interess fil-bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ bil-fondi tal-protokoll Taljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Birgu — Postijiet proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema postijiet fil-Birgu huma proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proprjetajiet fil-Birgu li huma amministrati mill-Uffiċċju Konġunt huma dawk li qed jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista tista' ma tkunx sħiħa peress li sal-lum għadhom qed isiru korrezzjonijiet u addizzjonijiet f'Annex 8.
Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet se jsiru fis-sena li qegħdin fiha fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett mill-konsorzju responsabbli mit-tisbiħ?
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Xiri ta' proprjeta'
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' minn barranin din is-sena u ta liema nazzjonalita' kienu x-xerrejja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjetà mmobbli f’Malta mill-1 ta’ Jannar 2004 sat-30 t’April, 2004 jammonta għal 256.
Iċ-ċittadinanza tax-xerrejja tidher fl-annessa Tabella A. In-numru globali ta’ tlett mija u sitta u tmenin (386) hu dovut għax proprjetà waħda tkun setgħet inxtrat minn koppja li ċ-ċittadinanza ndividwali tagħha tkun diversa.
(Tweġiba mogħtija: 25/05/2004PM)
(Seduta Numru: 133)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi mal-liġi tal-VAT u x'kien ir-reat f'kull kas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni mtellgħa l-Qorti fuq reati konnessi mal-liġi tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 1999 sa April 2004 huwa kif jidher hawn taħt:
a) Denunzja ta’ taxxa mhux mibgħuta 14,049
b) Nuqqas ta’ għoti ta’ irċevuta/żamma ta’
records
2,759
ċ) Misapproprazzjoni 28
d) Nuqqas ta’ persuni li jikkonformaw ma’ deċiżjoni 403
tal-Qorti
(Tweġiba mogħtija: 25/05/2004PM)
(Seduta Numru: 133)
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni H18571, quddiem id-dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? X'tama hemm li la darba għandha madwar 150 punt tiġi pprovduta akkomodazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Dipartiment għal-Construction and Maintenance — Postijiet tal-Gvern
Question
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għal-Construction and Maintenance tal-postijiet tal-Gvern jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu mill-fond li l-indirizz qed jitbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtiega.