Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li titlesta l-kumplament tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-kumplament tax-xoghol fuq il-‘bypass’ ta’ San Pawl huwa maqsum f’zewg partijiet.
L-ewwel parti tikkonsosti fir-rikostruzzjoni tar-‘
roundabout
’ li tinsab f’Xatt il-Pwales. Dan ix-xoghol beda u mistenni li jispicca f’Dicembru ta’ din is-sena.
It-tieni parti tikkonsisti fil-bini ta’ parti mis-‘
Southbound carriageway
’ fl-inhawi maghrufa bhala ta’ Fjuri. Din ix-xoghol huwa mistenni li jibda hekk jigi rrinfurzat il-klasies tat-triq li kien skavat minn terzi. Ix-xoghol fuq it-triq huwa ppjanat li jiehu madwar hames gimghat biex jitlesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema snin qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ħalib frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija qed tirreferi għal informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhijiex etika li tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minn wara l-vaganzi tas-sajf, il-ġurnalisti li jiġu jirrapportaw is-seduta parlamentari m'humiex jitħallew jipparkjaw mill-pulizija, kif kien isir qabel fil-pjazza ta' quddiem il-parlament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ġie deċiż li parti mill-pjazza San Ġorġ tkun riżervata kuljum għall-Membri Parlamentari li llum qegħdin iservu fil-Parlament Malti. Dan ma jfissirx illi kull min irid jipparkja fil-pjazza ta' quddiem il-Palazz ma jistax jagħmel dan. Dan għaliex mhux il-pjazza kollha hija riservata, imma biss ħamsa u sittin spazju ta' vettura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet l-antiporta ta' barra ta' l-entratura (main entrance) ta' Kastilja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa parti minn proġett ta’ bibien ta’ sigurtà għall-Berġa ta’ Kastilja. It-tender għal dan il-proġett inħarġet fl-2002 u ġiet mogħtija f’Settembru 2003. L-ispejjeż kollha tal-proġett ammontaw għal Lm71.684,54.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex prattika normali li persuna li tkun ħallset provisional tax żejda minflok tieħu refund tara li l-flus li tkun ħallset żejda jmorru sabiex tħallas penali dovuti lill-gvern fil-qasam tat-taxxi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25017 toħroġ minn:- Kap 372 – Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Artikolu 48 (2c):
“Il-Kummissarju jkollu jedd inaqqas minn kull ħlas lura dovut lil persuna kif dikjarat fis-subartikoli (2A) jew (2B) kull taxxa, taxxa addizzjonali jew imgħax li jista’ jkun dovut minn dik il-persuna taħt l-Atti dwar it-Taxxi.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.?
Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24345.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq safar li sar matul Jannar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħti m’hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25074 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer?
Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25074.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
L'Onor Interpellant jifhem li hu difficli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-konitijiet. Zgur hu li fejn ittieħdu mizuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pozittiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li huwa diffíċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu impatt pożittiv.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qiegħed isir kull sforz biex il-konsum tad-dawl u l-ilma jiġi kkontrollat.
Informazzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittiehdu miżuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pozittiv.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar investiment kapitali mill-Armata s-sena l-oħra? Kif sar? Kemm ħarġet direct orders l-Armata s-sena l-oħra, lil min u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-investiment kapitali li sar is-sena l-oħra mill-Armata, kif sar, kemm ħarġet direct orders lil min u għaliex jinsabu f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.