Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Sqaq l-Għargħar

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li Sqaq l-Għargħar ġewwa Ħaż-Żabbar jiġi rranġat ħalli ma jibqax daqshekk ta’ inkonvenjent u periklu għar-residenti li jgħixu fih?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-manutenzjoni u r-resurfacing tat-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar u għaldaqstant l-awtorita' tat-trasport informat lill-kunsill lokali konċernat bis-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.

Air Malta — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-salarju u l-benefiċċji tac-CEO ta' l-Air Malta humiex tax free? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-liabilities li tħallas l-Air Malta f'taxxi għall-kondizzjonijiet ta' tax free lic-CEO tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Air Malta bħal ma tħallas it-taxxa u l-N.I. għall-piloti barranin impjegati magħha tħallas ukoll it-taxxa u l-N.I. għaċ-CEO. Ħallset hi direttament lill-Gvern dawn l-ammonti f'taxxa u bolla dovuti mingħand iċ-CEO tagħha: Taxxa Bolla Lm Lm 2002 16,346 305.52 2003 63,698 1,341.60

WSC/Korporazzjoni Enemalta — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom kontijiet pendenti mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u mal-korporazzjoni Enemalta? Kemm minn dawn huma ta' djar privati u kemm ta' negozji?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tat-taxxi interni — Employers li waqgħu lura fil-ħlas ta' bolla

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn azjendi kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-bolla ta' l-impjegati tagħhom u jagħti breakdown ta' kemm dawn jimpjegaw ħaddiema kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella mehmuża.

Gradwati ta' l-Universita' — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati ta' l-Universita' li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'degree għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Marzu 2004 kien hemm 64 gradwati li kienu jirreġistraw għax-xogħol. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-degrees differenti ta' dawn il-gradwati.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jirreġistraw għax-xogħol illum u ta liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Marzu 2004 kien hawn 135 persuna ta' nazzjonalita' barranija tirreġistra għax-xogħol, 128 fuq l-ewwel parti tar-reġistru u 7 fuq it-tieni parti tar-reġistru. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jirreġistraw.

Qrati — Kawżi tas-separazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kawżi tas-separazzjoni llum quddiem il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-14 ta' Mejju 2004 kien hemm 802 kawża pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) li minnhom 267 huma fl-istadju tal-medjazzjoni.

Awtorita' tad-djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibda tibbenefika mis-servizz care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant għal għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni fil-post indikat biex jiġi verifikat jekk il-familja konċernata tistax tibbenefika taħt din l-inizjattiva.

Awtorita' tad-djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-koppja anzjana li għandhom tifla b'diżabilita' u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibda tibbenefika mis-servizz ta' care & repair mill-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant għal għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni fil-post indikat biex jiġi verifikat jekk il-familja konċernata tistax tibbenefika taħt din l-inizjattiva.

Djar — Post tal-gvern li jinsab fi stat perikoluż

Question

Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment tal-construction & maintenance tal-postijiet tal-gvern jieħu passi biex jitneħħa l-periklu li l-inkwilina ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed tgħid li hemm fil-fond fejn tgħix?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ser jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu ndikat mill-Onor. Interpellant.

Djar — Upgrading ta fond tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir upgrading tal-partijiet komuni tal-fond indikat separatament? Tista' tgħid x'irriżulta meta xi xhur ilu saret spezzjoni fuq il-bejt indikat? X'kondizzjoni jinsab fih il-bejt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-partijiet komuni tal-post indikat mill-Onor. Interpellant huma f'kundizzjoni tajba. Ninsab infurmata wkoll li ser issir spezzjoni oħra tal-kontrabejt biex jiġi stabbilit il-kundizzjoni tiegħu.

Djar — Każ dwar xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtoritajiet se jibdew ix-xogħol ta' kostruzzjoni u/jew irranġar tal-fond indikat separatament? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Meta jitlesta dan ix-xogħol, l-inkwilini li kienu jgħixu hemm se jmorru lura bl-istess kondizzjonijiet u kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar evalwa x-xogħol meħtieġ fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant. Dan ix-xogħol jinkludi bdil ta' soqfa, sistema ġdida ta' dawl, bdil ta' aperturi u tqegħid ta' madum. Ix-xogħol ser isir bil-kuntrattur wara li toħroġ tender. Ninsab infurmata wkoll li l-inkwilini ser jibqgħu bl-istess kundizzjonijiet u kera skond il-kuntratt li kienu ffirmaw.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Uffiċċju legali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru u/jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu għandux uffiċċju legali? Jekk fl-affermattiv, min huma l-avukati f'dan l-uffiċċju?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru kien għandu Uffiċju Legali sa minn Awissu 2003 wara sejħa pubblika għall-applikazzjoni. Dan l-avukat jaqdi l-ħtiġijiet tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, b'kollaborazzjoni ma l-uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali. Barra minn hekk, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi, li sar jifforma parti mid-dekasteru minn Marzu li għadda, għandu Uffiċju Legali ieħor li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet partikolari ta' dak id-Dipartiment.
Leg 10 PQ #5951 Sitting 136 2004-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - skola tad-drama

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ingħatatx xi għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex lill-iskola tad-drama fin-Nadur? Jekk fl-affermattiv, fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li l-iskola tad-Drama ngħatat għajnuna sew finanzjarja li tlaħħaq Lm3100, kif ukoll ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni magħmula minn ħaddiema tad-Dipartiment tal-Customer Services u tal-Proġetti u Żvilupp rispettivi, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Rifuġjati Eritrej

Question

Il-Ministeru kien f'xi mod involut fil-kwestjoni tad-deportazzjoni tar-rifuġjati Eritrej li spiċċaw ġew ittorturati mal-wasla lura tagħhom f'pajjiżhom?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment kien biss involut fuq talba tal-Pulizija meta dawn talbu l-għajnuna tal-Ministeru biex jinġabru it-Travel Dcouments mill-Ambaxxati akkreditati lejn Malta ta' dawk il-persuni li ħa jkuna jintbagħtu lura pajjiżhom.

Tneħħija tal-levies — Tibdil fil-prezzijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex minħabba fiċ-ċaqlieq li suppost kellu jseħħ fil-prezzijiet dan l-aħħar minħabba t-tneħħija tal-levies, ma jkunx hemm price cartels, xi ħaġa li d-direttur ġenerali ta' l-affarijiet tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni wera li jinsab impenjat li jilqa' kontriha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li waħda mill-funzjonijiet tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni hi dik li jsegwi l-prezzijiet ta' numru ta' prodotti biex kemm jista' jkun jiġi assigurat li dawn jirriflettu kompetizzjoni ġusta fis-suq. Fejn ikun hemm dubji li l-kompetizzjoni qed tiġi mxekkla permezz ta' xi ftehim bħal kartell jew abbuż ta' dominanza, l-uffiċċju jagħmel investigazzjoni permezz tal-poteri li għandu taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni.

Dipartiment ta' l-artijiet — Art li tittieħed mill-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li proprjetarju ta' biċċa art li ttieħdet mill-gvern bħala pussess u użu, jerġa' jingħata lura din il-proprjeta' anke jekk jintalab iħallas l-ispejjeż tal-bini?

Response (BORG, TONIO)

Ma hemm ebda diffikulta li proprjeta` li tittieħed mill-gvern taħt it-titolu ta' pussess u użu, tingħata lura lis-sidien jew l-eredi tagħhom dejjem jekk il-gvern ma għamilx użu minnha.