Legislature:
Category:
Reset
Active:

Emissions tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti permezz ta' l-sms dwar emissions tal-karozzi minn meta ġiet introdotta din l-iskema? Kemm ġew ittestjati vetturi u kemm minnhom instabu difettużi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li kien hemm 121,831 rapporti permezz ta’ l-SMS dwar emissions tal-karozzi minn meta ġiet introdotta l-iskema (Awissu 2005) sa Awissu 2007. Minn dak iz-zmien ġew ittestjati 3,254 vetturi u minnhom 533 vettura m’għaddewx. Apparti dawn, 913 vettura ġew mitluba jgħamlu test imma dawn m’attendewx u b’hekk ingħataw restrizzjoni fuq il-licenzja tal-vettura li ma tippermettix li tiġġedded il-liċenzja tal-vettura qabel ma jsir it-test u il-vettura tgħaddi minn dan it-test.
Leg 10 PQ #27583 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz — Lapida

Question

Jista' l-Ministru jara tistax tiġi restawrata l-lapida mal-Palazz li tfakkar l-indipendenza għaliex l-interzjoni tagħha kollu waqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulutrali se tieħu l-passi meħtieġa dwar il-bżonn ta’ restawr fuq din il-lapida storika msemmija mill-Onor. Interpellant.

Studenti fl-Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-Universita' ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Zabbar maqsuma skond il-kors u f'liema sena qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li r-rizultati ta' l-ezamijiet supplimentari tal-MATSEC għadhom kif ġew uppublikati, l-Universita' għadha qed tipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet u għalhekk in-numru ta' studenti mistenni jinbidel. L-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata bi preċizjoni lejn l-aħħar ta' Ottubru.

Kont ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir iċċekkjar u reviżjoni tal-kont ta' l-ilma li l-account number tiegħu qed jintbagħat separatament u dan peress li l-ammont li rċeviet u qed tirċievi din il-familja huwa esaġerat u għoli ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Grand Harbour Regeneration Corporation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-Grand Harbour Regeneration Corporation? Min huma l-membri tagħha? Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kumpanija Grand Harbour Regeneration Corporation twaqqfet fl-10 t'Awwissu 2007. Il-membri tal-Bord huma: Mark Portelli, Marc Bonello, Ivan Falzon, Alec Mizzi, Emanuel Delia, Carmelo Formosa, Franco Azzopardi, Joseph Caruana. It-Terms of Reference tal-Kumpanija huma li tmexxi l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika fir-rigward ta' l-20 proġett propost mill-Gvern u biex wara li l-proċess ta' konsultazzjoni jkun lest, jimplimentaw il-proġetti taħt id-direzzjoni tal-gvern.

Numru ta' sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sensji li ngħataw mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, maqsuma xahar, xahar u minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ nies li bdew jahdmu din is-sena (2007) xahar, b’xahar kien hekk: Jannar – 5,440, Frar – 3,546, Marzu – 3,808, April – 4,592, Mejju – 4,688, Ġunju – 5,655, Lulju – 6,232, Awissu – 3,274. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġiljan — Dangerous structure

Question

Jista' l-Ministru jgħid, il-proprjeta' li tinsab fil-pjanta mmarkata bil-blu fil-Qaliet, f'San Ġiljan min huma s-sidien ta' din il-blokka ndikata fil-pjanta bil-blu u dan peress li jidher li f'din il-blokka hemm dangerous structure?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet żewġ applikazzjonijiet dwar is-sit imsemmi, kif ġej: PA 5158/04 u PA 0685/05. L-informazzjoni fuq dawn l-applikazzjonijiet, inklużi l-applikanti, hija diġà aċċessibbli pubblikament. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota li mhux neċessarjament li l-applikant ikun is-sid.
Leg 10 PQ #27615 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Miġja ta' Silent Warriors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi aġenti u/jew kumpaniji li kellhom x’jaqsmu mal-miġja ta-‘Silent Warriors” miċ-Ċina għal Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’kien it-tip ta’ xogħol li kull wieħed/waħda minn dawn l-aġenti/jew kumpanniji għamlu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża sabiex dawn is-‘Silent Warriors’ inġiebu Malta? Jista’ jgħid u jikkwantifika jekk kienx hemm profitti minn Heritage Malta in konnessjoni ma’ l-istess wirja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illli ma kien hemm ebda aġenti involuti fil-ftehim li sar biex tinġieb il-wirja tas-Silent Warriors miċ-Ċina. Il-ftehim beda wara mawra li kont għamilt fiċ-Ċina segwita minn żjara oħra ta’ Dr Mario Tabone bħala mistieden tal-Gvern Ċiniż, meta ltaqa’ ma’ l-awtoritajiet tal-mużew fiċ-Ċina. Minn dakinhar ’il quddiem il-kuntatti kollha saru direttament bejn Heritage Malta u l-awtoritajiet Ċiniżi. Ġie rreġistrat profitt sostanzjali minn din il-wirja, li se jiġi investit fil-wirjiet permanenti u l-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta.
Leg 10 PQ #27616 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Xogħlijiet ta' Caravaggio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u/jew jikkonferma jekk kienx hemm xi aġenti u/jew kumpanniji nvoluti fil-miġja ta’ xogħlijiet ta’ Caravaggio li se jiġu esibiti f’Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jghid x’kien it-tip ta’ xogħol li kull wieħed/waħda minn dawn l-aġenti/jew kumpanniji għamlu jew se jagħmlu in konnessjoni ma’ din il-mawra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Heritage Malta kellha aġent wieħed barra minn Malta li l-inkarigu ewlieni tiegħu kien li jistabbilixxi kuntatt mad-diversi mużewijiet u proprjetarji privati sabiex dawn isellfu l-kwadri tagħhom għal din il-wirja. Nifhem li dan l-istess aġent (RomArtificio) kellu l-aġent tiegħu f'Malta.

Bdil ta' uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-iskejjel li bidlu l-uniformi tagħhom fil-bidu tas-sena skolastika li bdiet? X’kienu r-raġunijiet għal dan? Jista’ jgħid jekk jingħatawx konsiderazzjonijiet għall-familji li mhux dejjem ikunu jistgħu jħallsu għall-uniformijiet ta’ wliedhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Baħrija inbidlet l-ingravata u dan għax kien spiċċa l-istokk. Fl-iskola Primarja ta' Ħal-Tarxien il-Year 1 biss biddel l-uniformi għax il-Kunsill ta' l-Iskola xtaq jagħti identita ġdida lill-iskola. Fl-iskola ta' Sta Venera Boys Junior Lyceum saret uniformi ġdida peress li l-iskola hija ġdida wkoll. Fl-iskola ta' San Benedittu BSS/BJL żdiedet il-beritta, dan sar bl-approvazzjoni tal-Kunsill Skolastiku fuq rakkomandazzjoni tal-Health and Safety. Fl-iskola ta' St Julian's kull ma nbidel hu l-qalziet, l-culottes u Tshirt tal-PE kit.
Leg 10 PQ #27618 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Pajjiżi li żar il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-pajjizi li żar minn meta ħabbar li se jikkontesta għal Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth sal-lum? Kemm kienet l-ispiża f’kull każ u kemm kien hemm persuni li akkumpanjawh f’kull żjara u min kienu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

It-tagħrif dwar żjarat konnessi mal-kandidatura Maltija għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth ser jingħata f'laqgħa apposta tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar l-Affarijiet Ewropej u Barranin.

Xiri ta' demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-isptarijiet privati jixtrux demm mingħand il-gvern u jekk dan jingħata b'xejn jista' jgħid jekk pazjenti li jingħataw d-demm ġo sptarijiet privati hux qed jiġu mitluba iħallsu għalih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jintalab ebda ħlas għad-demm provdut miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm lil sptarijiet privati.

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tneħħitx iċ-ċittadinanza jew dritt li jgħixu Malta lill-barranin li nstabu li kienu kisbu dawn id-drittijiet għax iżżewġu Maltin u wara nstab li ż-żwieġ kien wieħed ta' konvenjenza f'dawn l-aħħar 5 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ħames snin kien hemm tliet persuni li nħarġet ordni fir-rigward tagħhom li kienet tipprivahom miċ-ċittadinanza Maltija skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 14 ta’ l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), wara li kien irriżulta li l-għan taż-żwieġ ta’ dawn il-persuni kien sabiex ikunu jistgħu joqogħdu Malta u jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni. Fl-istess perjodu ma nħarġet ebda ordni, skond l-artikolu 4(2) ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217), fejn kien iddikjarat li xi persuna barranija miżżewġa mara Maltija jew raġel Malti m’għadhiex tgawdi l-istatus ta’ ‘persuna eżenti’ taħt is-sub-artikoli 4(g) jew (h), liema status jagħtiha d-dritt li toqgħod u taħdem f’Malta. Inżid ngħid iżda li persuna barranija miżżewġa raġel jew mara Maltija titlef awtomatikament l-istatus ta’ ‘persuna eżenti’, sempliċiment jekk ma tibqax tgħix mar-raġel jew mal-mara – sew jekk kien żwieġ ta’ konvenjenza jew le. Meta l-Awtoritajiet ta’ l-Immigrazzjoni jsiru jafu li tali koppja m’għadhomx jgħixu flimkien, jieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun ikkonfermat lill-persuna barranija konċernata li m’għadhiex tgawdi dan l-istatus. Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm diversi konfermi f’dan ir-rigward, iżda ma tinżammx statistika dwar dawn il-każi.

Hydro therapy pool

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm hydrotherapy pool ġol-Isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei ma hemmx Hydrotherapy Pool. Ser tinbena waħda ġdida fiċ-Ċentru ta' rijalibitazzjoni ġdid viċin San Vincenz de Paule. Sa dak iż-żmien ser tibqa' tintuża l-pool ta' l-Isptar San Luqa.

Każi ta' pick pocketing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' pick pocketing u scratch and grab din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt dwar is-suġġett, ċioe' Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878, 25834, 27456, 27458, 27462 u 27465.