Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Safar fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn kemm ilu Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta' l-Investiment, kemm-il darba siefer fuq xogħol governattiv? Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali f'kull okkażjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Mill- 24 ta' Marzu 2004 'l hawn, sifirt fuq xogħol kif se ngħid:
Data
Destinazzjoni
Membri Oħra tad-Delagazzjoni
25 ta’ Marzu sa 27 ta’ Marzu
Brussels
Is-Sur Robert Aquilina
9 ta’ April sa 12 ta’ April
Tripoli
Is-Sur Robert Aquilina
14 ta’ April sa 17 ta’ April
Dublin
Is-Sur Frank Zammit, is –Sur John Inguanez
18 ta’ April sa 20 ta’ April
Pariġi
Waħdi
22 ta’ April sa 24 ta’ April
Sirakuża
Waħdi
25 ta’ April sa 28 ta’ April
Luxembourg
Is-Segretarju Parlamentari Dr. Michael Frendo, is-Sur Frank Zammit, is-Sur John Inguanez
5 ta’ Mejju sa 6 ta’ Mejju
Dublin
Is-Sur Alfred Zarb, is-Sur Frank Zammit, is-Sur John Gatt Rutter
8 ta’ Mejju sa 9 ta’ Mejju
Ruma
Waħdi
11 ta’ Mejju
Catania
Dr. Mario Costa, is-Sur Jonathan Muscat
12 ta’ Mejju sa 13 ta’ Mejju
Strasbourg
Is-Sur Frank Zammit
16 ta’ Mejju sa 29 ta’ Mejju
Brussels
Is-Sur John Inguanez, is-Sur Pierre Mallia
Washington / London
Is-Sur Frank Zammit, Dr. Mario Costa
China
Is-Sur Frank Zammit, Dr. Mario Costa, is-Sur Chris Baldacchino
Jista' il-Ministru jgħid x'pakkett finanzjarju għandu ic-CEO tal-korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li ic-CEO tal-Enemalta Corporation għandu dan il-pakkett finanzjarju:
Salarju LM23,000
Expense Allowance LM 500
Disturbance Allowance LM 500
Total LM24,000
Huwa jgawdi wkoll minn beneficcji oħra bħall uzu ta' karozza, ħlasijiet ta' kontijiet ta' telefon u internet. Hu kopert ukoll minn poloz ta' Assikurazjoni.
It-telf li qed isir illum fit-Tarzna wara li tnaqqsu dawk in-nies kollha bl-early retirement u wara li daħlu fis-seħħ il-provvedimenti tal-ftehim kolletiv il-ġdid, jista' il-Ministru jgħid kemm qed ivarja minn dak li kien proġettat mill-management u approvat mill-management innifsu?
Mit-telf kollu li sar f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnu hu dovut għall-: a) penalitajiet minħabba li l-management naqas li jilħaq l-obbligi tiegħu? b) kemm minnhom kienu bad debts li qatgħet it-Tarzna dwar flejjes li l-management ma ġabarx? c) kemm tħallsu flus lil barranin u/jew lill-kuntratturi barranin mis-sena 2002 'il quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li l-provedimenti tal-ftehim kollettiv gdid, l-aktar f'dak li ghandu x'jaqsam mar-riformi fil-prattici tax-xogħol, għadhom ma ġewx implimentati kollha minħabba diretivi ta' azzjonijiet industriali. Il-varjazzjoni ta' telf attwali kontra l-Budget hu biss ta' 2.5% għola minn dak 'budgeted'. Rigward it-tieni parti tad-domanda:
(a) L-ammont totali ta' penalitajiet fl-aħħar tliet snin (2001 sa 2003) kien biss ta' LM87,000.
(b) Il-provision for bad and doubtful debts tat-tarzna f'dawn l-aħħar snin kien kif ġej:
2001 LM5.3 miljuni (dawn jirreferu l-aktar għal debitu kbir li kien ilu jakkumula għal ħafna snin minn klijent wieħed kbir partikulari. Il-bicca kbira ta' dan id-debitu nġabar fl-2004 wara negozjati konkluzi b'success mill-management tat-tarzna ma' dan il-klijent. Dawn in-negozjati solvew ukoll kwistjonijiet oħrajn pendenti ma' dan il-klijent li kellu claims sostanzjali kontra t-tarzna).
2002 irkuprar ta' bad debts ta' LM364,206 l-aktar wara li l-management tat-tarzna ġabar flus mingħand klijent lokali li kien qed jirrifjuta li jħallas debitu antik minħabba kwistjoni li kellu mat-tarzna fl-imgħoddi.
2003 irkuprar ta' bad debts ta' madwar LM2 miljuni. (Dan l-aktar minħabba il-ftehim milħuq ma' klijent partikulari li laħaq ftehim mal-management tat-tarzna biex iħallas l-ammont dovut minnu, kif ukoll biex isir
ftehim fuq kwistjonijiet oħra pendenti bejn il-klijent u t-tarzna. Dan il-klijent kellu claims sostanzjali kontra t-tarzna marbuta ma incident li sar ħafna snin ilu iżda li t-tarzna kienet għadha ma għamlitx provisions għalihom fil-kotba tagħha. Għadhom qed isiru diskkussjonijiet mal-awdituri fuq il-figuri
finali għal din is-sena).
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant hi meqjusa bħala ta' natura kummercjali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk issa li Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, hemmx il-ħsieb li jiġi liberalizzat is-settur tat-trasport pubbliku b'mod partikolari n-numru ta' karozzi tal-linja, minibuses u taxis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġibna tingħata f'seduta oħra.
Elezzjonijiet tat-12 ta' Ġunju — Offerta għall-provvista tat-trasport
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid min tefa' l-offerta għall-provvista tat-trasport lill-kummissjoni elettorali għall-elezzjonijiet tat-12 ta' Ġuju, 2004? Min rebaħ din it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tingħata tweġiba hekk kif l-informazzjoni mitluba tasal mingħand il-Kummissjoni Elettorali.
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Biljetti ta' l-ajru
Question
Jista' il-Minstru jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru għad-delegazzjonijiet li mexxa kemm ilu Ministru ta' l-Affarijiet Barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Jiena nfurmat li fil-każ ta' xiri ta' biljetti ta' l-ajru, id-dipartiment responsabbli jitlob kwotazzjonijiet mill-Air Malta u minn aġenzija privata u jordna l-biljett minn fejn jirriżulta l-irħas. Jien nfurmat li b'dan mhux biss id-dipartiment qed ikollu servizz aħjar talli f'dawn l-aħħar xahrejn ġew frankati il-fuq minn LM5,000 lira.
Issa qegħdin nidentifikaw possibbilta oħra ta' frankar ta' flus.
Is-sistema li qed tintuża s'issa mill-Ministeru hu li fejn għandna ambaxxati, ikunu nies mill-ambaxxati li jagħmlu l-arranġamenti fil-lukandi meħtieġa waqt vjaġġar ta' uffiċċjali. Qed insibu li f'dan il-każ nistgħu nġibu prezzijiet aħjar jekk nużaw is-servizzi ta' l-Air Malta jew ta' aġenziji privati lokali.
Għalhekk qegħdin nagħtu struzzjonijiet lid-dipartiment fil-Ministeru li jieħu ħsieb l-ivjaġġar biex jibdel is-sistema u jibda jitlob kwotazzjonijiet kif jagħmel fil-każ tal-biljetti ta' l-ajru, iqabbel dawn mal-prezzijiet li jkollhom l-ambaxxati u jagħti struzzjonijiet lil min ikun l-irħas biex jagħmel l-allokazzjoni.
Ikun tajjeb jekk jirnexxielna nġibu l-istess servizz bi prezz inqas.
Inħeġġeġ liċ-Chairman tal-Public Accounts Committee biex jitlob lill-Awditur Ġenerali jagħmel eżerċizzju fejn jara l-prezzijiet li bihom jinxtraw il-biljetti ta' l-ajru fis-settur pubbliku kollu, iqabbilhom mal-prezzijiet li qed jitħallsu fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u jara jekk hux il-każ li kull min mhux qed juża s-sistema li qed tintuża f'dan il-Ministeru fil-fatt jagħmel hekk.
Ministru għat-Turiżmu u Kultura — Żjarat barra minn Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara għamel barra l-pajjiż fix-xahar ta' Mejju u x'kien l-iskop ta' kull żjara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-perjodu msemmi kont Berlin bejn il-5 u s-7 ta' Mejju għal-konferenza "The Cultural Year of the Accession Countries"li għaliha attendew il-Ministri tal-Kultura mill-għaxar pajjiżi ġodda fl-UE, u bejn is-17 u t-22 ta' Mejju fi Franza u l-Italja. Fl-ewwel każ għal-laqgħa tal-Ministri tal-Kultura tal-pajjiżi membri fl-UE fil-kuntest tal-"Cannes Film Festival", u fit-tieni każ għal għadd ta' avvenimenti li jippromwovu lil Malta mil-lat kulturali u turistiku f'Cervia.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkonfiskati armi bla liċenzja mingħand individwi f'Għawdex fis-snin 2003 u 2004 u kemm minnhom ġew irritornati lura lis-sidien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003, il-Pulizija qabdet 12-il arma tan-nar in konnessjoni ma' xi ksur ta' liġi f'Għawdex. Dawn kollha ġew esebiti l-Qorti fi proċeduri kriminali li ttieħdu kontra l-persuni rispettivi, li f'għaxar każi minnhom il-Qorti ordnat konfiska, f'każ ieħor ġie illiberat u l-ieħor għadu mhux deċiż. Infurmat ukoll illi matul din is-sena, ġew maqbuda 12-il arma tan-nar oħra. Arma minnhom ġiet esebita u l-Qorti ordnat il-konfiska, filwaqt illi l-11-il arma l-oħra għad iridu jiġu esebiti quddiem il-Qorti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk sarux xi testijiet biex jikkonferma li l-użu ta' l-ilma riċiklat li qed jintuża għat-tisqija mhux qed ikun ta' dannu għas-saħħa pubblika u għall-ambjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li peress lil-użu ta' l-ilma riċiklat li ser jintuża għat-tisqija jaqa` taħt ir-responsabbilita` tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, nissuġġerixxi li jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn tali Dipartiment.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titwessa' Triq in-Nissieġ, Żabbar (fil-parti d-dejqa li tagħti għal Triq San Ġużepp, Żabbar) għaliex fi Triq in-Nissieġ, hemm sidien tal-karozzi tal-linja ġodda li għandhom il-garages tagħhom f'din it-triq u qed isibu problema biex jidħlu għall-garages tagħhom minħabba l-parti dejqa tat-triq?
Saret talba mill-kunsill lokali ta' Ħaż Żabbar biex din il-parti tat-triq titwessa'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet spezzjonata minn perit ta' l-awtorita' dwar it-trasport u nstab illi biex din tkun tista' titwessa' trid tittieħed parti minn għalqa li tinsab faċċata ta' l-imsemmija garages.
L-awtorita' mistennija tibda t-taħditiet ma' l-awtorita' għall-ambjent u l-ippjanar sabiex jiġi stabbilit x'l-aħjar li jsir biex ikun jista' jitneħħa l-inkonvenjent għar-residenti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid fiex wasal il-pjan tal-gvern imħabbar mis-segretarjat għas-self-employed li jipprovdi biċċa art biex tiġi żviluppata f'zona industrijali għall-intrapriżi lokali li jkunu jridu jkabbru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord tal-MEPA approva erbatax-il sit madwar Malta filwaqt li ser jitressaq appell quddiem il-Bord biex terġa tkun ikkunsidrata t-talba għal sit f'Għawdex. Sa dan it-tant, qegħdin isiru tħejjijiet mis-Segretarjat għas-Self Employed u Entrapriżi ż-żgħar biex is-sidien ta' l-artijiet magħżula jiffirmaw ftehim mal-Gvern qabel ma titressaq it-talba għal-Partial Review ta' l-Istructure Plan fil-Parlament.
Jista’ il-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erbgħa xhur, minn Jannar sa April, kemm kien hemm viżitaturi li żaru l-mużewijiet f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu minn gruppi organizzati mill-iskejjel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li in-numru ta' viżitaturi li żaru l-mużewijiet f'Malta u Għawdex minn Jannar sa April ta' din is-sena kien ta' 137,861 li minnhom 27,825 kienu studenti.
Ma tinżamx statistika li turi kemm minnhom kienu gruppi organizzati mill-iskejjel.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-iskejjel ta’ l-Istat, indipendenti u tal-Knisja li ħadu gruppi organizzati biex iżuru mużewijiet u kemm kien hemm studenti minn kull skola?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma tinżamx statistika mqassma kif mitluba mill-Onor Membru.
Nista, madankollu, ngħid li matul l-2003 kien hemm 46,741 studenti taħt it-12-il sena li żaru il-mużewijiet ta' Heritage Malta. Ma hemmx statistika li turi kemm kien hemm studenti bejn it-13 u it-18-il sena.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex pjani konkreti biex tħajjar it-turiżmu reliġjuż? Japprezza l-Ministru li pajjiżna għandu patrimonju rikk ħafna f'dan il-qasam?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kemm l-Awtorita` tat-Turiżmu ta' Malta kif ukoll Heritage Malta jqisu l-patrimonju reliġjuż bħala komponent importanti ta' l-istrateġija promozzjonali u dan bil-għan aħħari li jitkattru r-raġunijiet li għalihom it-turisti jżuru il-gżejjer tagħna. Ninsab infurmat li bdew taħdidiet ma' awtoritajiet u organizzazzjonijiet konċernati biex jitfassal pjan ta' ħidma msejjes propju fuq it-turiżmu reliġjuż.
Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk il-lukandi li huma magħrufa bħala ta' ħames stilel? X'inhu n-numru totali ta' sodod fihom? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm lukandi ta' din il-klassi li tnaqqsitilhom xi stilla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-lukandi ta' ħames stilel huma dawn:
Lukanda
Sodod
Corinthia Palace
316
Corinthia San Ġorġ
500
Corinthia Marina
400
Crowne Plaza
364
Hilton International
588
Intercontinental
902
Kempinski San Lawrenz
214
L-Imġarr
158
Le Meridien Phoenica
270
Radisson Bay Point
504
Ta’ Ċenċ
166
Westin Dragonara
624
Xara Palace
34
Total
5040
Ma kien hemm l-ebda lukanda ta' din il-klassi li tnaqsitilha stilla dawn l-ahhar snin.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi ta' erba’ stilel, tliet stilel, żewg stilel u stilla waħda? Kemm hemm sodod f'kull klassi? F'dawn l-aħħar ħames snin kemm hemm li tnaqsitilhom il-klassi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni hija kif murija hawn taħt:
Klassi ta’
Hotel
u
Aparthotel
Numru
Sodod
4 Stilel
55
17,848
3 Stilel
63
13,716
2 Stilel
33
3,581
Lukandi ta' stilla waħda m'għadhomx aktar jagħmlu parti mis-sistema ta' klassifikazzjoni tal-lukandi. Ma jirriżultax li f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm xi lukanda li tnaqqsitilha stilla.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda maċ-ċivil u ma aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu fil-perjodu Jannar/April 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda maċ-ċivil u ma aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu fil-perjodu Jannar/April 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq il-waiting list biex issirilhom xi operazzjoni? X'inhi t-tip ta' operazzjoni f'kull kas u kemm ilhom jistennew f'kull kas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.