Peress li kostitwenti li jixtiequ jixtru proprjeta' fi Triq Salvu Buhagiar, Wied il-Għajn għandhom bżonn ċertifikat mill-MEPA biex jottjenu self għal dak l-iskop u peress li l-proprjeta' taħbat fit-tielet sular u d-DCC riċentement ċaħħdet applikazzjonijiet għat-tielet sular f'dik it-triq, jista' il-Ministru jinvestiga għaliex meta hemm proprjetajiet bi tlieta u anke erba' sulari f'dik it-triq u dawn għandhom is-servizzi ta' l-ilma u tad-dawl, il-MEPA qed titlob lill-istess kostitwenti biex imorru fl-uffiċċju tagħhom biex jingħataw ċertifikat tat-twettiq għall-iskop imsemmi? Għaliex talbiet ta' din ix-xorta ma jistgħux jinqdew anke bis-servizz tal-mezzi elettroniċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li servizz ta' dawl u ilma huwa pprovdut wara li l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) taċċetta id-dikjarazzjoni tal-perit li l-iżvilupp sar skond il-permessi relevanti.
Dawn id-dikjarazzjonijiet jirrikjedu s-sottomissjoni ta' dokumenti awtentiċi minn perit, liema dokumenti, wara verifikazzjoni mill-Awtorita', huma meħtieġa sabiex wieħed japplika għal servizz ta' dawl u ilma. Sistema elettronika li tista’ tiffaċilita dan hija ppjanata li sseħħ bħala parti mill-programm ta' eGovernment.
Jista’ il-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li wara li erba’ veterinarji mill-Ġermanja offrew is-servizzi tagħhom bla ħlas lin-National Cats Society, il-veterinarji tal-Gvern f’Malta qed jheddu li jieħdu passi kontra tagħhom? F’każ li jirriżulta li dawn ir-rapporti huma minnhom, għandhom dritt il-veterinarji Maltin jieħdu passi kontra l-veterinarji barranin li ġejjin minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea u li offrew is-servizzi tagħhom bla ħlas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħal professjonijiet oħra, l-ebda veterinarju barrani, inklużi dawk Ewropej ma jistgħu jaħdmu f' Malta mingħajr ma jkollhom Warrant biex jaħdmu f' Malta. Il-Liġi għar-rigward attivita’ veterinarja taqgħa taħt id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja, u għaldaqstant huwa dover ta’ din id-Diviżjoni li tara li ma jsirux irregolaritajiet.
Sadattant, mhux eskluż li nippruvaw insibu l-mod kif, fil-parametri tal-liġi, għaqdiet bħan-National Cats Society, jistgħu ikunu megħjuna fil-funzjonijiet tagħhom favor il-ħarsien ta’ l-annimali.
Belt Valletta — Skola primarja ta' Sant'Iermu - komunikazzjoni permezz ta' e-mail
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta’ network li huwa meħtieġ għall-komunikazzjoni permezz ta’ l-email fl-iskola primarja ta’ Sant’ Iermu fil-Belt Valletta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol tan-network li hu meħtieġ għal komunikazzjoni permezz ta' l-email fl-iskola Primarja ta' Sant'Iermu fil-Belt Valletta kien komplut f'Ġunju tas-sena 2003.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm issellef flus il-kunsill Malti għall-isport mit-twaqqif tiegħu minn wara li għaddiet il-liġi dwar l-isport? Jekk fl-affermattiv, x’kien l-iskop għal dan is-self?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Sports bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi issellef Lm250,000 fil-bidu ta' din is-sena.
L-iskop tas-self kien biex jitħallsu l-kredituri li kellha il-Pixxina Nazzjonali qabel ġiet mogħddija lill-Kunsill Malti għall-Sports u l-kredituri tad-Dipartiment ta' l-Sports qabel ma' ġie xolt.
Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħol qed jagħmlu d-diretturi li huma fil-bord tal-kunsill Malti għall-isport? Xi ħlas qed jieħdu kemm bħala diretturi kif ukoll għal ħidma oħra li jistgħu qed iwettqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diretturi li huma fuq il-Bord tal-Kunsill Malti għall-Sports qed iwettqu dmirijiet skond il-Liġi ta' l-Isport.
Il-ħlas tad-Diretturi huwa ta':
Chairman - Lm6,000/sena
Membri - Lm1,000/sena
Ħidma oħra li mhux parti mill-obbligu tagħhom ta' Diretturi kien hemm:-
Ms.Kethryn Borġ - Acting Facility Manager - Pixxina Nazzjonali - Lm583.33/xahar għal tlett xhur.
Mr.Euchar Camilleri - Acting Facility Manager - Cottonera Sports Complex re-imbursement għal spejjeż ta' telekomunikazzjonijiet u transport - Lm400.00/sena.
Jista’ il-Ministru jgħid kif qed titmexxa l-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq fil-preżent? Kemm hemm ħaddiema u x’inhu x-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll meta ġew impjegati dawn il-ħaddiema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Pixxina Nazzjonali qed titmexxa mill-KMS. Fil-preżent sakemm jinħatar Facililty Manager il-pixxina qed titmexxa minn Acting Manager.
Kariga Nru Data ta' l-Ingaġġ
Front Office Staff 3 29/03/2004
Maintenance 2 29/03/2004
Maintenance Assistant 1 29/03/2004
Gym Manager 1 29/03/2004
Sports Attendant 3 29/03/2004
Sports Attendant 1 19/01/2004
Sports Attendant 1 01/03/2004
Watchman 1 Pre-KMS 1998
Watchman 2 Pre-KMS 2001
Paint Room Operators 6 Pre-KMS 1993
Part Time Clerk 1 Pre-KMS 2003
Time Keeper 1 10/01/2004
(Maintenance Duties)
Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħol sar jew qed isir mill-ewwel tas-sena sal-preżent fil-Pixxina Nazzjonali? Min qed jagħmel dan ix-xogħol, kemm se jigi jiswa u saret xi sejħa pubblika għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol li sar u li qed isir mill-ewwel tas-sena sal-preżent fil-Pixxina Nazzjonali kien:-
-Qlugħ ta' madum mill-art tal-Main Pool u minflok isir surface ġdid
- Rea Ceramics
-Irranġar ta' floodlighting
- Ħaddiema tal-KMS
-Irranġar tad-deckfloor
- Ħaddiema tal-KMS
-Roof maintenance ta' partijiet fl-East Block
- Ħaddiema tal-KMS
-Tibjid ta' dressing rooms
- Ħaddiema tal-KMS
-Tiswija ta' Gym Equipment
- Skond l-oriġinal supplier
Barra minn hekk il-Kunsill qed jagħmel evalwazzjoni dettaljata tal-bżonijiet ta' manteniment tal-Pixxina.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-Pixxina Nazzjonali tissellifx flus jew inkella tieħux biss il-fondi allokati lilha mill-Gvern ċentrali fil-budget? F’kaz li l-Pixxina tissellef, jista’ jgħid kemm isselfet f’dawn l-aħħar sentejn, x’inhi r-raġuni għal dan is-self u min ta l-awtorizzazzjoni tiegħu għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Pixxina Nazzjonali ma tisselifx flus iżda tingħata fondi allokati lilha mill-Gvern Ċentrali fil-budget.
Il-Pixxina Nazzjonali b'effett mill-1 ta' Marzu 2004, ġiet mogħddija lill-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza Maltija is-sena l-oħra u din is-sena u minn liema pajjiż oriġinarjament kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni barranin li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija is-sena l-oħra u din is-sena huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandna ambaxxati Maltin ġo pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u fejn? Xi pjani futuri għandu l-ministeru biex jinfetħu oħrajn, meta u fejn?
Response (DALLI, JOHN)
Malta għandha ambaxxata fi tlettax-il pajjiż ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri
Fl-Awstrija,
il-Belġju,
id-Danimarka,
Franza,
il-Greċja,
il-Ġermanja,
l-Irlanda,
l-Italja,
l-Olanda,
r-Renju Unit,
Spanja,
l-Isvezja, u
l-Ungerija.
Il-ftuħ ta' ambaxxati Maltin f'pajjiżi oħrajn isir fuq programm studjat, li jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi, bħal importanza strateġika u ekonomika, fost oħrajn.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew estraditi persuni minn Malta s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm-il talba ta' estradizzjoni saret, minn min u kemm ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3722. Ninsab infurmat illi ma kienx hemm bdil mindu ngħatat din it-Tweġiba u li l-estradizzjoni indikati fl-2003 kienet lejn l-Italja.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm fizzjali fl-armata llum u x'rank għandhom? Kemm minn dawn marru f'kulleġġi militari barranin biex ħadu l-commission u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont u r-rank ta’ fizzjali li qegħdin iservu fil-Forzi Armati ta’ Malta sal-11 ta’ Mejju 2004 huwa kif jidher hawn taħt:
Brigadier - 1
Kurunell - 1
Tenent Kurunell - 1
(Tabib)
Tenent Kurunell - 5
Maġġur - 23
Kaptan - 1
(Tabib)
Kaptan - 27
Logutenent - 28
Total 87
Minn dan in-numru, tmienja u sittin (68) marru f’kulleġġi militari barranin b’konnessjoni ma’ l-għoti tal-kummissjoni. Il-kummissjonijiet ittieħdu mill-Ingilterra, l-Italja, l-Istati Uniti u l-Ġermanja.
Tista' il-Ministru tagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tagħha, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' sabiex nipprovdi lill-Onorevoli Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar.
Jista' il-Ministru jagħti
breakdown
tas-safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta sabiex nipprovdi lill-Onorevoli Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista` jintuża aħjar.
Jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar uffiċċju tiegħu, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta sabiex nipprovdi lill-Onorevoli Interpellant bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista’ jintuża aħjar.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta sabiex nipprovdi lill-Onorevoli Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar u l-ispiża ta' ġbir ta' nformazzjoni bħal din, hi sostanzjali.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown tas-safar li sar mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Waqt li ma jkolli l-ebda diffikulta sabiex nipprovdi lill-Onor. Membru bl-informazzjoni mitluba għal din is-sena u għas-sena li għaddiet, ma nara l-ebda bżonn li tingħata l-informazzjoni mitluba għal ħames snin wara xulxin. Il-ħin li jkun hemm bżonn sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar.
Dipartiment tas-saħħa — Spezzjonijiet fi stabbilimenti ta' l-ikel
Question
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' stabbilimenti ta' l-ikel u tax-xorb li d-dipartiment tas-saħħa spezzjona matul il-perjodu bejn Jannar u Mejju 2004, kull xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni għall-istess perjodu ndikat għas-sena 2000, ma tistax tingħata peress li f'dik is-sena tali statistika kienet tinġabar b'mod differenti.