Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm part-time clerks mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid ukoll fejn qegħdin jaħdmu u x'inhuma l-kondizzjonijiet tagħhom? Jista' jgħid kemm hemm li jaħdmu extra hours jekk il-każ huwa hekk?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm bħalissa 147 skrivani part-time, li jinsabu mqassma fuq xogħol klerikali fid-diversi skejjel primarji, sekondarji Junior Lyceums ta' l-istat.
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma kif spjegati fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet li jiġu ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern minn żmien għal żmien.
L-iskrivani part-time jaħdmu bejn 20 u 25 siegħa fil-ġimgħa, fil-ħinijiet tal-iskola. Huma intitolati għal-leave bi ħlas u leave għal-mard, benefiċċji oħra bħal leave għal-maternita', kif ukoll għal bonus annwali, l-ħlas supplimentari ta' kull ġimgħa fuq bażi prorata u f'każ li jlaħħqu 1040 siegħat fis-sena, jingħataw l-increments. L-ingaġġ tagħhom huwa ta' natura temporanja, u huma ma jaħdmux matul il-vaganzi, kollha jew parti, ta' l-iskola.
F'każ li jkun hemm il-ħtieġa, Kap ta' l-iskola jista' jitlob sabiex jingħata l-permess biex iħaddem skrivan part-time 'extra hurs'.
Nies li qed jiġu kkurati minħabba abbuż ta' alkoħol
Question
Tista’ il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4855 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilha u cioe' tista' tgħid fil-preżent kemm hemm nies li qed jiġu kkurati minħabba abbuż ta’ l-alkoħol? Tista’ tgħid kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom għandhom bejn id-19 u l-25 sena? Kemm minnhom huma taħt it-18–il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament l-Aġenzija Sedqa għandha 110 klijenti li qed jikkuraw ruħhom mill-abbuż ta' l-alkoħol, li minnhom 34 huma nisa.
In-numru ta' klijenti bejn id-19 u l-25 sena hu 8, filwaqt li hemm persuna waħda taħt it-18-il sena.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kumpanniji/azjendi parastatali
Question
Jista' il-Ministru jelenka dawk il-kumpanniji jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm hu maħsub li hemm ħaddiema żejda ġo kull kumpannija jew azjenda u xi grad għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Gazzetta tal-Gvern relatata għall-ħatra tal-Ministri.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tkun tista' tingħata biss meta jiġi konkluz - kemm il-darba jkun inbeda - "complementing exercise" f'dan ir-rigward.
Sigurta' Soċjali — Persuni li bbenefikaw minn early retirement scheme
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni li bbenefikaw minn xi forma jew oħra ta' early retirement scheme is-sena l-oħra u din is-sena? Fejn kienu jaħdmu u xi grad kellhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta Soċjali ma jipprovdix għal Skemi ta' Irtirar Kmieni, liema skemi jiġu mnegħdija mill-azjendi li magħhom ikunu jaħdmu l-impjegati li jibbenifikaw minnhom.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern għal dawk l-ex ħaddiema tad-Dockyard illi issa qegħdin jaħdmu mal-gvern jew mal-kunsilli? Dawn se jibqgħu jitħallsu mill-gvern 'il quddiem? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema? Kemm hemm mal-kunsilli u kemm hemm mal-gvern? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawk mal-gvern u ma liema dipartimenti qegħdin jaħdmu? Dawk mal-gvern u dawk mal-kunsilli se jkollhom l-istess opportunitajiet li jibqgħu fejn qegħdin? X'se jsir minn dawk illi mhux se jinżammu mill-kunsilli jekk dawn jintalbu jħallsulhom il-paga u ma jaslux?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mis-cybercrime unit tal-pulizija minn mindu din twaqqfet u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol tas-Cyber Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija huwa li tipprovdi assistenza speċjalizzata fl-informatika matul l-investigazzjonijiet u mhux tiprosekwixxi quddiem il-Qorti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti s-sena l-oħra mill-iskwadra ta' l-Administrative Law Enforcement u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġet is-sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija huwa kif ġej:
Nsib32
Kaċċa204
Ġlied ta’ klieb3
Pussess ta’ speċi protetti64
Importazzjoni illegali ta’ speċi protetti9
Żamma ta’ annimali kontra l-liġi8
Kontravenzjonijiet dwar telegrafija20
Evażjoni ta’ dazju15
Kontravenzjonijiet b’dgħajjes187
Kontravenzjonijiet taħt Litter Act21
Kontravenzjonijiet taħt Environment Protection Act47
Kontravenzjonijiet tat-traffiku153
Oħrajn178
Qrati — Persuni mħarrka mill-iskwadra ta' kontra l-vizzji
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-iskwadra ta' kontra l-vizzji u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena l-Iskwadra ta' kontra l-Vizzji ressqet quddiem il-Qorti 133 persuna fuq diversi akkużi fosthom prostituzzjoni, bigamija, korruzzjoni ta' minorenni, logħob illegali, pornografija, stupru u attakk u resistenza fuq uffiċjali tal-Pulizija.
Dipartiment tas-saħħa — Grad sanitarju li għandhom l-istabbilimenti ta' l-ikel
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tal-grad sanitarju li għandhom l-istabbilimenti kummerċjali ta' l-ikel, jiġifieri ristoranti, pizzeriji, eċċ., lokal lokal, f"Malta u Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' permessi kummerċjali li l-korp tal-pulizija awtorizza fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jagħti breakdown lokal lokal fejn jinsabu dawn il-liċenzji/permessi eċċ.?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern fl-ewwel ħames xhur tas-sena mill-permessi/liċenzji tat-television/videos/satelliti, etc. f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien id-dħul fl-istess perjodu għas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba sa fejn jirrigwardja lil-Ministeru tiegħi. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza il-msitoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Malta matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total ta' ċittadini li żaru iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan:
Sena
Kliniċi Speċjaliżżati
Kura mill-Infermiera
Servizz mit-Tabib
1998
3660
8434
17284
1999
3796
7904
17225
2000
5030
7872
17257
2001
6097
5338
17257
2002
6191
5015
12442
2003
7265
5713
10798
2004
8103
5291
12902
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total ta' ċittadini li żaru iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan:
Sena
Kliniċi Speċjaliżżati
Kura mill-Infermiera
Servizz mit-Tabib
Spizerija
1998
23140
9367
30859
27081
1999
21813
9233
30757
19048
2000
19448
10410
31281
13487
2001
21113
10710
31281
15449
2002
21627
10878
32029
18205
2003
23549
11120
32453
19734
2004
24239
11097
32369
20733
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat/visti li saru miċ-ċittadini fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2003, 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total ta' ċittadini li żaru ċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara matul l-ewwel ħames xhur għal kull sena rispettivament huwa dan:
Sena
Kliniċi Speċjaliżżati
Servizz mit-Tabib
Spiżerija
1998
Nil
7447(Berġa)
Nil
1999
2887*
8462
Nil
2000
4200*
6948
Nil
2001
5224*
6800
Nil
2002
7404
5671
Nil
2003
9367
6461
18328
2004
12152
6889
19017
*Stima
Il-gvern għandu ħsieb li jintroduċi Financial Leasing Legislation? Dan se jsir permezz ta' legal notice jew leġislazzjoni fil-Kamra? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-attività ta’ financial leasing diġà tinsab regolata bħala waħda mill-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Financial Institutions Act (Kap 376) ta’ l-1994. Fil-fatt tinsab elenkata hħala t-tieni attività fl-iskeda għall-imsemmi Att.
Min iwettaq dan in-negozju, ikun jeħtieġ liċenzja mill-Malta Financial Services Authority li hija inkarigata bil-liġi sabiex tissorvelja dan it-tip ta’ negozju.
Pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal tnaqqis fil-VAT rate
Question
Malta applikat biex tibbenefika mill-konċessjoni tal-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi membri fl-Unjoni li kienet miftuħa sal-1 ta' Mejju 2004 biex ikunu jistgħu jnaqqsu il-VAT rate tagħhom fuq labour intensive services aktar u aktar billi s-settur turistiku li tant niddependu fuqu huwa meqjus bħala settur labour intensive?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-settur turistiku mhux inkluż fil-lista ‘K’ ta’ servizzi li jkattru x-xogħol (labour intensive services) tas-Sitt Direttiva dwar il-VAT.
Ta’ min iżid, madanakollu, illi l-ivvjaġġar internazzjonali huwa eżenti bi kreditu u l-akkomodazzjoni turistika hija taxxabbli bir-rata mnaqqsa ta’ 5%. Dan ilu hekk minn qabel Malta ssieħbet formalment fl-Unjoni Ewropea.
Billi l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għamlet il-konvenju fuq ix-xiri ta' l-appartament tagħhom fis-sena 2000, tista' il-Ministru tagħti indikazzjoni meta mistenni jsir il-kuntratt tal-bejgħ tal-fond indikat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li tiġi stabbilita l-provenjenza ta' l-art li fuqha hi mibnija l-proprjeta' indikata mill-Onor. Interpellant biex tkun tista' tikkonkludi l-kuntratt tal-bejgħ ta' l-istess proprjeta'.
Billi saru diversi stqarrijiet min-naħa tal-Prim Ministru li diversi ħaddiema li ġew issensjati mill-azjendi u kumpanniji li kienu jaħdmu magħhom reġgħu ġew ingaġġati mill-istess ditti, jista' il-Ministru jagħti lista komprensiva - ditta b'ditta - ta' kemm issensjaw nies u kemm minnhom reġgħu ġew ingaġġati ma' l-istess kumpanniji?
Response (GALEA, LOUIS)
Jista' l-Onorevoli Ministru jindika għal liema perjodu jixtieq din l-informazzjoni.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ġiex finalment stabbilit jekk il-liċenzja tal-gvern fuq is-satellite dishes hijiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u jekk le, jekk humiex se jsiru refunds lill-persuni konċernati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-kwistjoni qiegħda tiġi kkunsidrata, fid-dawl tar-regolamenti li huma fis-seħħ illum.
Billi issa għaddew xhur mindu għalaq l-istazzjon Voice of the Mediterranean, jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni jekk l-apparat sofistikat tar-radju inbiegħx u jekk iva, lil min u b'liema prezz?
Response (DALLI, JOHN)
Nikkonferma li l-apparat li kien jintuża mill-Voice of the Mediterranean għadu ma nbiegħx. Il-Ministeru qed jitlob lill-Gvern Libjan sabiex jaħtar rappreżentant tiegħu ħalli, flimkien ma' l-uffiċċjali tal-Ministeru tiegħi, jkun jista' jinbeda dan il-proċess.