B'riferenza għad-dokument li qed jintbagħat separatament, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-VAT ma jridx jindaga t-talba hemm spjegata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-cash register indikat fil-mistoqsija nxtara b’sussidju mogħti mill-Gvern fis-sena 1994. Kienet il-proċedura ta’ dak iż-żmien li cash registers mixtrija b’sussidju jiġu ritornati lid-Dipartiment meta negozju jingħalaq bħal ma kien f’dan il-każ biex b’hekk jiġi trasferit għal negozju ieħor.
Jirriżulta li l-cash register imsemmi kien ġie trasferit fuq negozju ieħor.
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-VAT sejjer jitlob kopja ta’ dawn id-dokumenti sabiex ikun jista’ jindaga jekk ikun il-każ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6069, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema partijiet mill-art li hija murija bil-bordura l-ħamra, hija mikrija? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skopijiet hija mikrija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq il-pjanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jara li kull meta tiżviluppa xi problema fl-Istamperija tal-Gvern li taffettwa x-xogħol, id-direttur u ċ-chief printer jindirizzaw l-istaff b'mod diċenti u mhux bl-użu ta' kliem xejn deni u oxxen u ta' theddid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub ikun aktar speċifiku għax il-mistoqsija hija vaga ħafna.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) x'kienet ir-raġuni li l-image setter (CREO), fl-Istamperija tal-Gvern li għadha kif ġiet installata, mhijiex l-istess waħda bħal dik li kienet inħarġet it-tender oriġinali? 2) Jista' jgħid għalfejn din il-bidla kienet awtorizzata u x'differenza kien hemm fil-prezz, jekk kien hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Imagesetter (CREO) li ġiet installata fl-Istamperija tal-Gvern hija l-istess waħda li ġiet awarded fit-tender oriġinali (CREO Dolev 800 V2 Imagesetter).
Ma kien hemm ebda bidla mill-award oriġinali u għalhekk ma kien hemm ebda differenza fil-prezz.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) wara l-istallazzjoni ta' l-image setter (CREO) kemm ġew minfuqa flus s'issa fuq films u kimika? b) Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-istess films u kimika jibdew jinxtraw permezz ta' l-offerti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara l-installazzjoni ta’ l-Imagesetter (CREO) il-flus minfuqa f’films u kimika kienu:
Films 711mms x 60m Lm2009
Films 508mms x 60m Lm1172
Kimika Lm 145
Il-films u l-kimika mixtrija huma skond kif irrikmandat mill-manifattur ta’ l-istess Imagesetter u marbuta mal-garanzija ta’ l-istess makna.
Il-films u l-kimika jiġu mixtrija skond ir-regolamenti finanzjarji.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fil-konfront ta' l-iżviluppaturi ta' Forti Chambrai li kisru l-kondizzjonijiet tal-kuntratt li bih ingħataw il-proprjeta'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferena għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6080, jista' il-Ministru jivverifika l-fatti għax jien għandi fil-pussess tiegħi korrispondenza ffirmata minn perit li ismu qed jintbagħat separatament, f'isem l-MDC?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li la l-Malta Enterprise u lanqas il-Malta Development Corporation ma jimpjegaw lil xi persuna bl-isem il-ġdid indikat mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, Perit bl-isem indikat fil-Mistoqsija oriġinali numru 6080 huwa mpjegat mal-Malta Industrial Parks Limited.
Jista' il-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li minkejja l-bdil tal-kanna ta' l-ilma fit-toroq: Luqa Briffa, Mattew Pulis u Nazju Ellul fil-Gżira, l-ilma mill-vit xorta għadu kulur is-sadid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' passiġġieri li ġew Malta bit-titjiriet ta' l-Air Malta bi prezz sussidjat sabiex jivvotaw fl-elezzjoni tal-MEP's? Kemm ġie jiswa dan is-sussidju? Dan is-sussidju jagħmel tajjeb għalih il-gvern jew l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tinfetaħ Triq Olaf Gollcher f'Birkirkara peress li din it-triq hi importanti għar-residenti ta' din l-area għax tgħaqqad il-bypass ta' Birkirkara mal-parti l-qadima tar-raħal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet spezzjonata minn perit ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u nstab illi biex din tkun tista' tinfetaħ jeħtieġ li tittieħed parti minn għalqa li tinsab fit-tarf ta' din it-triq. L-awtorita' mistennija tikkonsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant sabiex tara x'inhu l-aħjar li jsir.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5934 u cioe' jista' jgħid jekk persuna jkollu permess ta' ħanut fuq ismu u dan jgħaddi boarded out b'invalidita', jistax iżomm il-permess tal-ħanut fuq ismu u jaħdem it-tifel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi billi r-regolamenti fil-liġi tal-Kummerċ ma jiddistingwux bejn l-istat ta' saħħa ta' l-applikant jew liċenzjat, din il-materja ta' saħħa ma titteħidx in kunsiderazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzja tal-kummerċ. Mill-banda l-oħra dan huwa bla preġudizzju għal xi kundizzjonijiet li jaqgħu taħt il-liġi tas-servizzi soċjali, għal min qed jirċievi xi benefiċċju soċjali dwar invalidita.
Li wieħed ikollu liċenzja fuq ismu, mhux impedut li jimpjega sew lil ibnu sew persuna oħra biex tmexxi n-negozju.
Jekk mill-banda l-oħra liċenzjat irid jittrasferixxi l-liċenzja fuq terza persuna (f'dan il-każ ibnu) il-persuna liċenzjata tkun meħtieġa tapplika fit-taqsima tal-kummerċ fuq il-formola apposta.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5563 u cioe' jista' jgħid meta jiftaħ l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq it-tender tal-provvista tal-ħobż se tkun miftuħa għall-kulħadd?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li f'dan l-istadju għadu kmieni li tingħata informazzjoni ta' kif ser issir il-provvista tal-ħobż, minħabba li hemm alternattivi varji dwar kif il-proċess ta' l-ikel se jkun.
Kummissjoni għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel — Ħaddiema
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' nies li hemm jaħdmu mal-Kummissjoni għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel? Tista' tgħid kemm mill-budget allokat għal din il-kummissjoni għal din is-sena intnefaq s'issa? Tista' tgħid fiex intnefaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta' persuni jaħdmu mall-Kummissjoni għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa hu 7. L-ammont allokat din is-sena għal din il-Kummissjoni hu Lm72,000. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex Triq l-Arkata Normanna, f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li se jsiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.