Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti dwar vetturi misruqa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew misruqa vetturi din is-sena u x'kienu? Kemm instabu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 365 vettura misruqa, li minnhom 245 ġew misjuba. It-tip tal-vetturi irrapurtati misruqa kienu 56 kummerċjali, 22 tal-kiri, 251 karozzi privati u 36 mutur.

Dipartiment tas-Saħħa — Każi ta' food poisoning

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il każ ta' food poisoning ġie rappurtat f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? X'kienet il-kawża f'kull każ? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taxxi Interni — Taxxa ta' l-income

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tat-taxxa ta' l-incomeli għandha tinġabar mid-dipartiment kawża tal-fatt li tax payers għadhom ma ħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ammont ta’ Lm133,351,801 huwa dovut sas-sena ta’ stima 1998. Dan l-ammont jinkludi taxxa u multi mposti fuq stimi (assessments) ex-officio li għadhom qed ikunu kkontestati mit-Taxpayers. Il-bilanċi tat-taxxa għas-snin ta’ stima 1999 sa 2004 huwa kif jidhru fit-tabella annessa.

Prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformani kif il-politika tal-gvern tista' tiggarantixxi l-kompetittivita' f'pajjiżna, meta pajjiżna ma jistax jixtri bil-prezzijiet kompetittivi l-prodotti ta' l-ikel għall-poplu tagħna, għat-tjur u l-bhejjem u tal-materja prima ta' l-industrija ta' l-ikel u xorb mis-swieq internazzjonali? Jista' jispjega kif din il-politika mhux tiżvantaġġja l-kompetitttivita' ta' pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onor. Interpellant jaf li l-Gvern innegozja l-aħjar kundizzjonijiet possibli waqt in-negozjati li saru biex Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropeja. Waqt li l-Onor. Interpellant jaf li ħafna mill-prodotti ta' l-ikel raħsu b'mod sostanzjali, nixtieq ninfurmah li l-Gvern daħħal skema ta' sussidji, li seta jagħmel grazzi għan-negozjati tajba li kkonkluda ma' l-Unjoni Ewropeja, biex jassigura li nibqgħu nimpurtaw il-materja prima bl-aħjar prezz possibli biex nassiguraw il-kompetitivita' ta' l-industrija lokali.

Ta' Qali — Pitkalija ċentrali - prezz tat-tadam

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tat-tadam fil-pitkalija ċentrali f' Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ta' Qali — Pitkalija ċentarli - prezz tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-kaboċċi, pastard u ħass fil-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ta' Qali — Pitkalija ċentrali - prezz tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-pezz medju tal-patata, qarabagħli u ħjar fil-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 10 PQ #6178 Sitting 143 2004-06-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti li żaru Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm żaru Malta turisti f'Mejju li għadda b'paragun ma' l-istess xahar tas-sena ta' qabel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-istatistika uffiċċjali għal Mejju għadha ma kienitx ippublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika. Minn indikazzjonijiet mis-suq jidher li Mejju ta' din is-sena ser ikun ftit aħjar minn Mejju tas-sena l-oħra.

Impjiegi — Ħaddiema li ngħataw is-sensja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6107 u cioe' billi saru diversi stqarrijiet min-naħa tal-Prim Ministru li diversi ħaddiema li ġew issensjati mill-azjendi u kumpanniji li kienu jaħdmu magħhom reġgħu ġew ingaġġati mill-istess ditti, jista' il-Ministru jagħti lista komprensiva - ditta b'ditta - ta' kemm issensjaw nies u kemm minnhom reġgħu ġew ingaġġati ma' l-istess kumpanniji bejn l-1 ta' April sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant jispeċifika liema perjodu qed jirreferi għalih.

Wardija — Arbli tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta ħaditx il-passi meħtieġa biex tilqa' għall-ilmenti li saru minn residenti fil-Wardija biex jitneħħew arbli tad-dawl li twaħħlu fil-post u kerrħu l-ambjent? Meta ttieħdu jew se jittieħdu dawn il-passi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-arbli msemmija għandhom għalfejn jitneħħew bi spejjeż addizzjonali għall-Korporazzjoni.

Impjiegi — Ħaddiema li ngħataw is-sensja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji f'Mejju 2004 u bl-etajiet - taħt it-30 sena u 'il fuq minn 30 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li ġew jirreġistraw wara li sfaw issensjati (redundants) f'Mejju 2004 maqsuma skond l-etajiet kien hekk :- Sensji Taħt il-25 sena Minn 25 sena 'il fuq Total Mejju 2004 60 123 183

MCAST — Studenti li qed isegwu kors ta' Electrical and Electronics Technician Diploma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif wieġeb l-istut tal-inġinerija tal-MCAST għall-ittra li ntbagħtet xahar ilu (14 ta' Mejju 2004) f'isem studenti li jattendu t-tielet sena tal-kors ta' l-Electrical and Electronics Technician Diploma ta' l-istess istitut u li kopja tagħha ntbagħtet lil diversi istituzzjonijiet u persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi koppja ta' l-ittra tal-Prinċipal ta' l-MCAST dwar il-każi.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Impjiegi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol qed tagħmel il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Meta daħlet taħdem u x'kien ix-xogħol oriġinali tagħha? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-ħlas u l-benefiċċji li din il-persuna qed tieħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari numru 4376 imwieġba fit-8 ta' Marzu, 2004, Seduta numru 108.

Għaqdiet sportivi — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ il-Ministru jghid liema huma dawk l-għaqdiet eċċ. li għandhom il-kirjiet kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4713 u li ma għandhomx il-ħlasijiet tagħhom regolari? Meta ħallsu l-aħħar u kemm hija s-somma li trid titħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Jidhirli li din il-Mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni għaliex il-ħlas taċ-ċnus u kirjiet isiri lill-Kummisarju ta' l-Artijiet.

Għaqdiet sportivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, f'dawn l-ahhar għaxar snin, mill-1994 sa din is-sena, fejn ġara li għaqda sportiva ma ħallsitx dak dovut minnha bħala kirja u għalhekk ma tħallietx tkompli tuża dawk il-faċilitajiet assenjati lilha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isports ma kellu l-ebda post mikri minnu lill-Għaqdiet Sportivi. B'hekk ma kien hemm l-ebda kera dovuta. Informat ukoll li hemm lista' ta' kredituri magħmula minn Għaqdiet Sportivi li sal-lum għadhom qed jagħmlu użu mill-faċilita' tal-Pixxina. Fil-futur hemm il-ħsieb illi Għaqdiet li għandhom kera dovuta jinżammu milli jidħlu.

Tipjip tat-tabakk

Question

Skond l-iskeda ta' l-Att dwar it-tipjip tat-Tabakk, jista’ il-Ministru jispjega liema huma kkonsidrati bħala 'postijiet oħra' f'dak li hemm f'numru.8 li tghid 'Bini u postijiet oħra fejn isir l-isport'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kull post fil-magħluq fejn jiġi pprattikat xi tip ta' sports, bħall-Pixxina Nazzjonali, gyms u postijiet simili huma koperti bl-Att dwar it-Tipjip tat-Tabakk imsemmija.

Tipjip

Question

Issa li l-Liġi dwar it-trażżin tat-tipjip ilha xahar minn meta daħlet fis-seħħ, jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tad-dipartiment hux qegħdin iżuru postijiet biex jaraw li l-liġi qed tigi osservata kif ukoll li hemm espost b'mod ċar li ma jistax isir tipjip fejn dan huwa pprojbit? Ħadu passi biex il-liġi tkun effettiva?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm sa issa m'humiex isiru spezzjonijiet speċifiċi dwar il-Liġi referuta, uffiċċjali tad-Dipartiment waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjonijiet li jsiru fuq bażi regolari, qegħdin jieħdu nkonsiderazzjoni l-osservanza għal tali Liġi, kif ukoll li jkun hemm espost b'mod ċar li ma jistax isir tipjip fejn dan ikun il-każ. Dwar tipjip fuq il-post tax-xogħol nissuġġerixxi l-Onor. Interpellant li jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Occupational Health and Safety Authority.

Pulizija — Każi ta' omiċidju

Question

Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid kemm u liema huma l-każi ta'omiċidju, mill-1980 s'issa, fejn qatt ma tressqet persuna akkużata bi qtil? Meta kien sar il-qtil? F'kull każ, l-investigazzjoni qed titkompla?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi sakemm il-każ ma jkunx solvut l-investigazzjoni tal-Pulizija tibqa' miftuħa.

Qrati — Persuni mħarrka fuq reati konnessi ma droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma droga din is-sena, kemm kellhom eta' u ta liema sess kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti 280 persuna fuq akkużi konnessi mad-droga. L-eta' tagħhom hija bejn is-16 u l-56 sena, filwaqt li 224 huma rġiel u 56 huma nisa.