Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — CDAU - Persuni bħala AD/HD

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'kollox li fl-aħħar erbgħa snin ġew dijanjosati bħala AD/HD mis-CDAU? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien u x'etajiet differenti huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Saħħa — Skart li qed jintrema fil-miżbla tal-Magħtab

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa tawx jew/u ntalbux jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-effett ta' l-iskart li qed jintrema l-Magħtab u jitħalla mikxuf u jitħassar u jinten fix-xemx? Jista' jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa bagħtux uffiċjali jispezzjonaw is-sit biex jinvestigaw l-effett ta' x'qed isir hemmhekk fuq is-saħħa tan-nies?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma li peress tali sit jaqa' taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment ta' l-Ambjent ma mar l-ebda uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa jispezjona s-sit indikat. Għaldaqstant, għal aktar informazzjoni nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi tali mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Ambjent.

Pulizija — Investigazzjoni dwar bejgħ illegali ta' frott

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jqabbad il-pulizija jinvestigaw hux isir bejgħ illegali ta' frott mill-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant huwa kopert b'liċenzja maħruġa mis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ għal retail sale of food in specialised stores selling predominantly fruit and vegetables, including pre packed foodstuffs. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija ma rriżultax li kien qed ikun hemm xi bejgħ kontra l-liġi.

Pulizija — Investigazzjoni dwar bejgħ illegali ta' frott

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux il-permessi kollha meħtieġa biex iservi ta' maħżen ta' ħxejjex u minnu wkoll isir bejgħ dirett?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6242 f'din l-istess Seduta.

Mellieħa — Art għall-bini ta' pompa tal-petrol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni waddbu offerta biex jieħdu l-art li fuqha nħarġu l-permessi meħtieġa biex jiftħu pompa tal-petrol fil-Mellieħa wara l-ground tal-football? Jista' jgħid x'kien il-valur ta' l-offerti li ntefgħu waħda waħda? Fejn wasal il-proċess ta' l-għażla għal min se jieħu l-art u jiftaħ il-pompa tal-petrol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm erba` offerti għall-għotja b'ċens ta' l-art li fuqha nħarġu l-permessi meħtieġa biex issir pompa tal-petrol fil-Mellieħa. Il-valur ta' l-offerti li ntefgħu huwa kif ġej:- I. Lm7,350.00 II. Lm5,500.00 III. Lm5,000.00 IV. Lm2,100.00 Il-proċess tat-Tender qiegħed fi stadju ta' aġġudikazzjoni.

Persuna ta' nazzjonalita' barranija — Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għaċ-ċittadinanza Maltija fis-26 ta' Ottubru 1999 minkejja li hi miżżewġa Maltija, għadha sal-lum ma ġietx mogħtija ċ-ċittadinanza Maltija? Jista' jindaga dwar dan il-każ peress li ħaddieħor li applika warajh ingħata ċ-ċittadinanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li dwarha qiegħed jistaqsi li l-Onor. Interpellant kienet ġiet infurmata, b'ittra li ġġib id-data tat-22 ta' Marzu 2001, li minħabba li l-applikazzjoni tagħha kienet saret wara l-15 ta' Awissu 1999, ma kienx possibli, skond id-dispożizzjonijiet ta' artikoli 6 u 27(2) ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), li din l-applikazzjoni tkompli tiġi kkunsidrata. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata se tagħlaq ħames snin miżżewġa fit-13 ta' Lulju 2004 u għalhekk wara din id-data tkun eliġibbli sabiex terġa' tapplika għal reġistrazzjoni bħala ċittadin ta' Malta kemm il-darba fid-data ta' l-applikazzjoni il-koppja ikkonċernata jkunu għadhom jgħixu flimkien.

Gozo Channel — Mollijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6133 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid xi drittijiet għandha l-Gozo Channel fuq il-mollijiet tal-port ta' l-Imġarr, Sa Maison u Ċirkewwa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum, il-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd; kif kien il-każ tul dawn l-aħħar snin għandha l-awtoriżazzjoni mill-Awtorita' Marittima ta' Malta sabiex tuża dawn il-mollijiet sabiex tkun tista' taqdi l-obbligi tagħha.

Ħames Protokoll Taljan — Għażla b'lots

Question

Jista' il-Ministru jgħid u jispjega fid-dettall il-proċess għall-għażla b'lots li bbenefikaw mill-ħames Protokoll Taljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħol ta’ bini ta’ toroq iffinanzjat mill-ħames protokoll bejn Malta u l-Italja nqasam fi tliet ‘LOTS’ sabiex ix-xogħol ikun jista’ jitlesta fiż-żmien allokat. Il-proċess ta’ l-għażla sar minn Bord maħtur mill-Ministeru fuq kriterji stabbiliti fid-dokument ta’ l-offerta, li huma l-prezz, kapaċita’ teknika u finanzjarja ta’ kull kuntrattur li tefa’ din l-offerta.

Gozo Channel — Proprjeta' mikrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il proprjeta' għandha mikrija lilha l-Gozo Channel u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-propjetajiet li għandha mikrija għanda l-Gozo Channel huma dawn is-segwenti:- L-Ufficju tagħhom li jinsab f'Haywharf, Sa Maison; L-Ufficini tagħhom li jinsabu c-Cirkewwa; It-Ticket Booth tac-Cirkewwa; L-Ufficini li jinsabu ġewwa Shore Street, Mgarr Għawdex Garaxx ġewwa Mġarr Road, Għajnsielem, li jintuża bħala workshop u store. Il-Kumpannija tħallas ukoll parti mill-kera (limitat għal LM60 fix-xahar) fuq erba' propjetajiet oħra, li jintużaw għall-akkomodazzjoni ta' xi mpjegati barranin tagħha.

Qorti ta' Għawdex — Sigurta'

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex ma hemmx sigurta' biżżejjed, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li l-Qorti ta' Għawdex għandu jiġi mgħammar b'apparat ta' sigurta' bħal Malta?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tagħmel did-domanda lill-Ministeru konċernat (Ministeru ta' Għawdex).
Leg 10 PQ #6261 Sitting 144 2004-06-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Sistema ta' Air Condition

Question

Peress li fl-Awla ż-żgħira tal-Qorti f'Għawdex ma kemmx air condition unit u peress li f'din l-awla qed ikun hemm sħana kbira tista' il-Ministru tara li jiġi installat aircondition unit f'din l-awla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Minħabba l-fatt illi mpinġija mal-ħitan ta' l-awla ż-żgħira tal-Qorti ta' Għawdex hemm affreski antiki, qed tiġi kkonsultata s-Sopraintendenza għal Patrimonju Kulturali Malti sabiex jiġi żgurat li bl-eventwali istallazzjoni ta' tali air conditioning units ma ssirx ħsara lill-istess affreski. Hekk kif ikollna dawn il-pariri tekniċi, jittieħdu l-passi sabiex din l-awla tiġi mgħammra bl-arja kundizzjonata, jekk ikun il-kaz.
Leg 10 PQ #6262 Sitting 144 2004-06-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex hemm ilmenti dwar inkonvenjenti kkawżati minn ġrieden kif ukoll hemm riħa tinten ħierġa mis-sigrieta ta' l-Awla ż-żgħira, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tingħata attenzjoni biex tiġi riożolta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tas-Saħħa u ttieħdu passi neċessarji sabiex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat.

Persuni bi problemi mentali

Question

Bħalma f'Malta hemm entitajiet, bħal per eżempju r-Richmond Foundation, li jgħinu persuni bi problemi mentali biex isibu x-xogħol tista' il-Ministru tara li dan is-servizz jiġi estiż ukoll għall persuni minn Għawdex li għandhom l-istess kondizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-suġġett tal-Mistoqsija ma jaqax taħt ir-responsabilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'. Iżda ta' min jgħid li l-entita' msemmija, bħal entitajiet oħra simili, hi organizzazjoni mhux governattiva u l-Gvern ma jiddettax fejn tipprovdi s-servizz.

Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 28/06/2004PM) (Seduta Numru: 144)

Arbitru tas-Sigurta' Soċjali — Appelli

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm bejn Mejju 2003 u Mejju 2004 saru appelli lill-Arbitru tas-Sigurta' Soċjali? Kemm minnhom ġew mirbuħa mill-individwi u kemm minnhom ġie mogħti raġun id-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Kirkop sa nofs ta' Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm zgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena u bejn 50 u 60 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta Mejju 2004 kien hemm 55 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Ħal Kirkop. Ħal Kirkop Taħt l-20 sena Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 Total -24 sena -29 sena -44 sena sena 'l fuq Irġiel 4 3 5 11 15 38 Nisa 6 5 0 4 2 17 Total 10 8 5 15 17 55

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Santa Venera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Santa Venera sa nofs ta' Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 136 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Santa Venera. Santa Venera Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn it-30 Minn 45 sena Total sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena 'l fuq Irġiel 20 11 12 34 38 115 Nisa 3 8 6 2 2 21 Total 23 19 18 36 40 136 Nisa

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Ħal Qormi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Qormi sa nofs Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 447 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru f'Ħal Qormi. Ħal Qormi Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 sena Total sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena 'l fuq Irġiel 39 46 47 112 133 377 Nisa 27 18 3 14 8 70 Total 66 64 50 126 141 447

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol — Ħal Luqa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Ħal Luqa sa nofs Ġunju 2004? Kemm hemm irġiel u nisa? Kemm hemm żgħażagħ fl-etajiet bejn 16-il sena u 25 sena, bejn 26 sena u 30 sena? Kemm hemm persuni fl-etajiet bejn 30 u 40 sena, bejn 40 u 50 sena, bejn 50 u 60 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Mejju 2004 kien hemm 111 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Ħal Luqa. Ħal Luqa Taħt l-20 Bejn l-20 Bejn il-25 Bejn 30 Minn 45 Total sena - 24 sena - 29 sena - 44 sena sena 'l fuq Irġiel 7 17 9 31 24 88 Nisa 5 4 1 9 4 23 Total 12 21 10 40 28 111

Interviews ta' Security

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jibgħat għal dawk li għaddew mill-interview ta' security li sar fil-21 ta' April 2004, biex jingħataw l-appointment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li r-riżultati tat-tieni parti tal-eżami għad-dħul fil-grad ta' Security Guard, li kienet tikkonsisti f'intervista, intbagħtu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, minn fejn għandhom joħorġu r-riżultati finali. Hu mistenni li l-appointments jingħataw skond il-vakanzi f'dan il-grad.