Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-asfaltar tat-triq f'Tas-Sirena, il-Baħrija, Rabat, liema triq qiegħda fi stat ħażin ħafna tant li qed tikkawża ħsarat fl-inġenji tar-raba'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi filwaqt li t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm għal-asfaltar ta' toroq madwar Malta kollha, sabiex tkun tista' ssir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet, l-Awtorita' ser tgħaddi din il-mistoqsija parlamentari lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, ħalli f'każijiet ta' ħsarat estensivi dawn ikunu jistgħu jiġu rranġati kif meħtieġ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-bozza li tinsab f'252, Triq Bir ir-Riebu, Sqaq Nru. 1, ir-Rabat tiġi rranġata u dan għaliex il-kunsill lokali tal-lokal ilu jaf biha għal żmien konsiderevoli u s'issa għadha ma ġietx irranġata?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li din il-bozza ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali. Għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija ir-responsabbilita tal-Kunsill.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Santa Marija, fir-Rabat, Malta tiġi mdawwla aħjar u dan għaliex fiha jgħixu 22 familja, hemm disgħa garaxxijiet u bozza waħda biss u minkejja li l-kunsill lokali jaf bil-problema, ilu żmien biex isolviha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twaħħil ta' bozoz ġodda ġie devolut lill-Kunsilli Lokali u m'għadux resposabbilita ta' l-Enemalta.
Ħ'Attard — Triq Ferdinandu Inglott - sinjali tat-traffiku
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema hi r-raġuni li għalkemm hemm sinjali ċari tat-traffiku mwaħħlin fi Triq Ferdinandu Inglott, Ħ'Attard (triq li hija maqsuma f'żewġ biċċiet) dawn mhumiex qed jiġu obduti u qatt ma jkun hemm sorveljanza tal-pulizija jew wardens, u dan b'periklu konsiderevoli għal tfal żgħar ta' l-iskola li tinsab viċin tat-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm jista' jkun, il-Pulizija jattendu fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant fil-ħinijiet meta t-tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola.
Għal dak li jirrigwardja l-Gwardjani Lokali, bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani sabiex l-għajn storika li hemm fit-Telgħa tas-Saqqajja r-Rabat tiġi restawrata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien għamel applikazzjoni mal-MEPA għar-restawr ta' l-għajn. La darba jinħarġu l-permessi, dan ix-xogħol jiġi nklus fil-programm ta' restawr.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-Bank Ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal-Finanzi l-Onor. Dalli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 05/07/2004PM)
(Seduta Numru: 146)
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi barra minn Malta mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-kumpannija Malta Enterprise minn kemm ilha li twaqqfet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-ex brigadier ta' l-armata li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jinħatar ambaxxatur ta' Malta f'pajjiż Nordiku fejn joqogħdu qraba tiegħu mill-viċin?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ma jirriżultalix li l-informazzjoni li għandu l-Onorevoli Interpellant hija korretta.
Jista' il-Viċi Ministru jgħid min hu responsabbli li jinġabru karozzi mingħajr liċenzja, number plates u nuqqasijiet oħra, għax mid-dehera għadu mhux ċar jekk hux il-Kunsill Lokali jew il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tneħħija ta' vetturi abbandunati huwa regolat bir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru fir-Regolamenti tat-Traffiku u ċioe' l-Avviż Legali Numru 94 ta' l-1997 kif sussegwement emendat. Skond ir-regolament 8A ta' dawn l-istess regolamenti wara li ssir il-proċedura stabbilita', vettura abbandunata tista' titneħħa, kemm mill-Kummisssarju tal-Pulizija kif ukoll mill-Kunsill Lokali.
Dwar "nuqqasijiet oħra" nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji.
Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa mit-Traffic Control Board sabiex id-dħul lejn iċ-ċimeterju M.Addolorata minn dawk ġejjin mill-Kottonera jkun faċilitat u mhux iridu jitilgħu jduru mar-roundabout ta' Sta. Luċia jew jispiċċaw jistennew għal ħafna sabiex xi ħadd iċedilhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Min ikun ġej mill-Kottonera, mhux bilfors jgħaddi minn Vjal Sir Paul Boffa sabiex ifur il-fuq lejn iċ-ċimiterju. Teżisti ukoll rotta alternattiva li jgħaddu minn Raħal Ġdid u jgħaddu minn Triq il-Palma, Raħal Ġdid.
Min ikun ġej mill-Kottonera jgħaddi minn Vjal Sir Paul Boffa jista' jdur għat-Telgħa taċ-Ċimiterju u jdur għall-entratura prinċipali fejn hemm il-marki
yellow box junction
mal-art.
Jidhirli li dawn iż-żewġ alternattivi jaqdu tajjeb il-ħtiġijiet tan-nies tal-Kottonera.
Tista' il-Ministru tara kif inħadmet is-somma li qegħda tingħata lill-persuna indikata under seperate cover bħala children's Allowance u dan minħabba l-fatt li din il-persuna ma' ħadmitx fis-sena 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kkomunika bil-miktub mal-persuna ndikata dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li l-informazzjoni dwara qed tintbagħat separatament ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita' provdut ma jappartjenix lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jivverifika d-dettalji tal-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux permess li jkunu pparkjati fit-toroq quddiem residenzi xarabanks, caravans u trakkijiet? Jekk fin-negattiv x'jista' jsir sabiex dan l-abbuż jispiċċa?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4247.
Fil-każ tal-caravans, ninsab infurmat illi jekk dawn m'humiex intiżi biex jinsaqsu fit-triq u allura jinġibdu jew jinġarru, hawnhekk jitqies illi huma 'oġġetti f'xi triq' u għaldaqstant skond l-Avviż Legali 119/2002 dawn ikunu jenħtieġu permess mill-Kunsill Lokali biex jitqiegħdu fit-triq. F'dan il-każ, l-istess Avviż Legali jipprovdi għall-pieni fejn ikun hemm abbuż.
Tista' il-Ministru tara x'inhi l-possibilita' li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament tkun tixtri l-garage mikri lilha mill-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar lesta li toħroġ il-garage indikat għall-bejgħ bl-offerti. Il-kerrej preżenti jingħata l-jedd ta' l-ewwel rifjut.
Jista' il-Ministru jassigura li dawk li għandhom beach concessions fil-bajjiet biex jarmaw id-deck chairs u l-umbrelel iżommu l-ispazju mikri lilhom u xejn aktar?
Jista' f'kull każ jiġi mmarkat b'mod ċar liema jkun l-ispazju mikri lilhom għal dan l-iskop?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jikkonferma li s-CT Scan ta' l-isptar reġgħet bil-ħsara? Jekk fl-affermattiv, jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' jgħid jekk il-pazjenti li kellhom appuntament għas-CT Scan humiex jintbagħtu għat-test f'xi sptar privat? Jekk fl-affermattiv, din il-miżura qed tintuża mal-pazjenti kollha li kellhom l-appuntamenti u li huma rikoverati fl-isptarijiet governattivi b'mod ugwali?
Kemm qed jiswa kull test li qed isir fl-isptarijiet privati? Liema huma jew huwa l-isptar previst li qed isiru dawn it-tip ta' testijiet fih?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma li s-CT Scan reġgħat bil-ħsara u qegħdin nistennew li jaslu spare parts din il-ġimgħa.
Ser jintbgħatu għat-testijiet ġewwa sptar / clinic privati dawk il-pazjenti kollha meqjusa bħala urġenti. L-oħrajn ser jingħatalhom appuntament mill-ġdid.
L-isptarijiet jew kliniċi privati ntalbu jgħatu kwota ta' kull test biex tittieħed l-offerta l-aktar vantaġġjuża. Kemm qed jiswa kull test hija domanda ta' natura kummerċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani jekk il-messaġġiera li saru pensjonabbli qabel il-15 ta' Jannar 1979 (skond staff list maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni tal-1977, paġna 46, li qed tintbagħat separatament, humeix intitolati għal sitt xhur sick leave u dan kif hemm stipulat fil-kondizzjonijiet ta' l-appuntament mogħti lil kull membru li għandhom indikazzjoni ta' stilla ħdejn isimhom? Jekk fin-negattiv, għaliex? Qed ngħaddi separatament kopja ta' ittra fuq persuna, fejn wieħed jista' jistudja l-każ ġaladarba li dan il-persuna qiegħed bla paga.
Response (BORG, TONIO)
Peress li s-suġġett imsemmi jikkonċerna impjegati taċ-Ċivil, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iScott Willson report dwar il-miżbla tal-Magħtab li kien ġie ppreżentat lill-gvern Malti xi xhur ilu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fis-seduta numru 138 ghall-mistoqsija numru 6091.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista kollha ta' l-apparat mediku għall-isptar Mater Dei skond il-ftehim bejn il-Fondazzjoni għas-servizzi mediċi u INSO aktar kmieni din is-sena?
F'din il-lista, jista' il-Ministru jinkludi: 1) id-ditta ta' kull apparat f'kull każ? 2) il-mudell ta' kull apparat f'kull każ? 3) l-ammont f'kull każ ta' dak l-apparat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant mhux se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għax huma ta' natura kummerċjali.