Legislature:
Category:
Reset
Active:

Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu preżentement sal-ġurnata tal-lum u jagħti breakdwon ta' fejn qegħdin jaħdmu, e.g. komunita', djar residenzjali, SVPR, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Part-time Social Assistants li qegħdin jaħdmu preżentament sal-ġurnata tal-lum huwa 497. Dawn huma mqassma kif ġej. Komunita' 302 St.Vinċenz de Paul 37 Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali (Valletta) 3 (Qormi) 1 Adult Training Centres 6 Day Centres 55 Appoġġ (Birgu) 2 Dipartiment ta' l-Edukazzjoni 1 Dipartiment għall-Anzjani u Kura Komunitarja 22 Dipartiment ta' l-Agrikoltura 2 Telecare 3 Djar Residenzjali tal-Anzjani 59 Kunsill Nazzjonali għall-Anzjan 1 Dipartiment Health Information 3 Total 497

Belt Valletta — Ċentru ta' customer service għall-anzjani

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4111 dwar ċentru ta' customer service għall-anzjani fil-Belt Valletta, jista' il-Ministru jgħid xi progress kien hemm biex dan iċ-ċentru jasal biex jinfetaħ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA biex ix-xogħol fil-Customer Care Centre tal-Belt Valletta jitkompla, id-Dipartiment ħallas bank guarantee lill-istess MEPA sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet tar-restawr. Bħalissa l-proġett kollu qed ikun re-evalwat fid-dawl ta' tibdiliet li seħħew f'dawn l-aħħar xhur.

Djar ta' l-anzjani — Anzjani residenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani residenti (irġiel u nisa) preżentement sal-ġurnata tal-lum: a) f'San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' residenti preżentement huwa kif ġej: Irġiel Nisa Total a) San Vinċenz de Paul 344 686 1030 b) Djar Residenzjali tal-Gvern 151 460 611 c) Djar privati taħt l-iskema tal- private public partnership 26 80 106

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi djar privati oħrajn ta' l-anzjani minbarra t-tnejn li diġa' hemm preżentement fl-iskema tal-public private partnership, li applikaw u eventwalment intgħażlu biex jagħtu servizz f'din l-iskema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikaw diversi djar privati oħrajn għall-iskema private public partnership.Dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu evalwati minn Bord ta' l-Għażla.

Djar ta' l-anzjani — Kontribuzzjonijiet miġbura mingħand l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-bidu ta' din is-sena sal-ġurnata tal-lum mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fid-djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati permezz tal-private public partnership; d) mill-Home Help/Care Service? Minn dan it-total kollu li nġabar, x'ammont għadda s'issa d-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-welfare committee?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #6358 Sitting 146 2004-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - ħsarat fl-air condition units

Question

Peress illi fil-wards ta' l-isptar Ġenerali ta' Għawdex kien hemm ħsarat fl-air condition units, tant illi diversi pazjenti u anke staff ilmentaw minħabba dan, tista' il-Ministru tara li t-tiswijiet meħtieġa jsiru mill-aktar fis possibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Air Condition Units fis-swali ġenerali ta’ l-irġiel u tan-nisa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma koperti bil-garanzija. Il-kuntrattur intalab li jsewwihom u anke intbagħtet ittra uffiċjali lill-istess kuntrattur sabiex dan jieħu l-azzjoni meħtieġa u b’hekk isiru t-tiswijiet mill-iktar fis possibbli.
Leg 10 PQ #6359 Sitting 146 2004-07-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - Asfaltar ta' toroq

Question

Peress illi Triq Santa Maria, Triq id-Duluri, Triq il-Munġbell, Triq Għar Qawqla u l-Pjazzetta ta' Għar Qawqla, kollha f'Marsalforn, Għawdex jinsabu fi stat ħażin ħafna u peress illi skond il-kunsill lokali x-xogħlijiet f'dawn it-toroq għandhom isiru mill-Ministeru għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid meta se jinbdew ix-xogħlijiet u meta huwa previst li jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-manutenzjoni tat-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali konċernat. Filwaqt li fejn hemm bżonn ta' rikostruzzjoni tat-toroq imsemmija, dawn jidħlu fil-programm tal-Ministeru skond il-prioritajiet tal-gżira kollha.

Produzzjoni tad-dulliegħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Liċenzji/permessi ta' stabbilimenti kummerċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6084, jista' il-Ministru jinformani jekk is-somma ta' Lm514,370 tkoprix il-pagamenti dovuti kollha? Jista' jinformani kemm hi ċ-ċifra ta' flus li għad trid titħallas?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ċ-ċifra ta' Lm514,370 ma tkoprix il-pagamenti kollha. Iċ-ċifra tal-flus li għad trid titħallas hija ta' madwar Lm415.

Belt Valletta — Proġett tal-lift għal Barrakka ta' Fuq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'risposta kien hemm għall-proġett tal-lift għal Barrakka ta' Fuq fil-Belt Valletta nkluż l-ismijiet ta' dawk kollha li wrew interess? F'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il-proġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Informat li d-data tas-sottomissjoni għal proposti għada ma għalqietx u għalhekk mhux f'pożizzjoni li nagħti informazjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Qawra — Proġett ta' aquarium

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'rispons kien hemm għall-proġett ta' aquarium fil-Qawra, inkluż l-ismijiet ta' dawk li wrew interess? F'liema stadju wasal il-proċess ta' dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li konsorzjum wieħed, Oceanaria, irreġistra formalment l-interess tiegħu skond kif indikat fid-dokument "Qawra Coast Development Brief Registration of Interest", maħrug għall-pubbliku mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura f'Diċembru 2003. It-talba ta' ditta barranija biex titħalla tissottometti id-dokumenti mitluba ma ġietx milquha għax il-perjodu indikat fil-Processing Schedule kien skada. Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, fuq rakkomandazzjoni tas-Selection Committe mqabbad mill-istess Ministeru, qiegħed issa iħejji d-dokument biex jitlob lill-konsorzjum Oceanaria jissottometti informazzjoni dettaljata. Wara, tittieħed deċiżjoni finali jekk il-Gvern għandux jipproċedi biex jiffirma kuntratt ma' dan il-konsorzjum jew le.

Ħ'Attard — Triq il-Pitkali - fawran ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni għal fawran regolari ta' drenaġġ fi Triq Pitkali, f'Ħ'Attard li seħħ matul dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li d-darbtejn li far id-drenaġġ fi Triq il-Pitkali, Ħ-Attard huwa minħabba l-ammont ta' drenaġġ li jintefa' fid-discharge point fis-sistema tad-drenaġġ li tgħaddi minn dan il-post. Din il-problema ġiet solvuta billi nbidlet id-discharge point għal post ieħor.

Ħaż Żebbuġ — Triq Imdina

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir sistema effiċjenti u adegwata li tneħħi l-ilma tax-xita minn Triq Imdina, f'Ħaż Żebbuġ (il-parti mit-Triq tar-Rabat sal-Bieb ta' De Rohan) peress li ma kull ħalba xita din it-triq tant tegħreq li l-vetturi ma jkunux jistgħu jgħaddu minnha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq l-Imdina hemm ippjanat li ssir culvert għall-ilma tax-xita tul Triq l-Imdina sa Wied is-Sewda. L-istess xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini ta' catchments għal-ġbir tal-ilma fil-bidu ta' kull side street kif ukoll manholes jkunu jistgħu jintużaw biex jitqabbdu culverts ġodda fil-futur.

Nigret l/o Rabat — Għajn Qajjed h/e - stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' lift fi Block D, Għajn Qajjed Housing Estate, Nigret l/o Rabat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.

Ħal Luqa — Librerija reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi miftuħa mill-ġdid il-librerija reġjonali ta' Ħal Luqa li ngħalqet fil-25 ta' Mejju 2004 minħabba x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-iskola primarja tal-lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-librerija Reġjonali ta' Ħal Luqa topera mill-iskola primarja tal-Lokal fejn bħalissa qed isir xogħol ta' kostruzzjoni.

WSC — Postijiet tal-kiri - kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax jikkonsidra li tinstab sistema aktar ġusta rigward kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma fuq postijiet tal-kiri għax ikun hemm ħafna każi fejn meta jidħlu inkwilini ġodda jkollhom iħallsu l-kontijiet ta' ħaddieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli lokali — Segretarji eżekuttivi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il segretarju eżekuttiv kellu kull kunsill lokali individwalment minn mindu twaqqfu u kemm damu fil-kariga kull wieħed? Kemm kienu s-segretarji eżekuttivi li mxew minn kunsill lokali għall-ieħor u minn liema kunsill telqu u fejn marru? Kemm-il segretarju eżekuttiv irriżenja mill-kariga tiegħu fiż-żmien tal-kuntratt ta' l-impjieg? Jista' jgħid jekk is-segretarji eżekuttivi humiex uffiċjali pubbliċi? X'inhi r-raġuni ta' dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu dawk il-votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-12 ta' Ġunju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 05/07/2004PM) (Seduta Numru: 146)

Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti li talbu l-għajnuna lil kummissarji elettorali biex jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew li saru fit-12 ta' Ġunju? Jista' jagħti l-figura għal Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 05/07/2004PM) (Seduta Numru: 146)