Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dragonara Casino — Slot Palace

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jafx li l-bini magħruf bħala s-Slot Palace li jagħmel parti mill-bini tad-Dragona Casino, għandu ħsarat kbar, tant li anke parti mis-saqaf waqa'? X'sar biex din il-ħsara tissewwa u tkompli tikber?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dragonara Casino

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jafx f'liema stat ħażin huwa l-bini tal-Casino Dragonara? X'tip ta' superviżjoni qed tingħata mill-gvern biex jara li dan il-bini ma tkomplix issirlu ħsara u min hu responsabbli minnu llum jagħmel il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa mmedjata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pompi ġodda tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pompi ġodda tal-petrol li ġew approvati minn wara l-1 ta' Mejju 2004 'l quddiem? F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġew approvati? Kemm fil-fatt ġew rifjutati applikazzjonijiet fl-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Estenzjonijiet tal-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-estenzjonijiet tal-pompi tal-petrol eżistenti f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom ġew rifjutati u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Permess tal-Pulizija — Pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena kemm kien in-numru ta' pompi tal-fuel/oil eċċ f'Malta u Għawdex separatament li kellhom l-permess tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tan-negozju, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pembroke — Storbju bil-lejl

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex r-residenti ta' Pembroke jistgħu jgħixu bil-kwiet u dan minħabba n-nuqqas ta' liġi u enforcement fil-Sprachcaffe fejn hemm campus ta' l-istudenti u saħansitra studenti jiġġerru fit-triqat fis-sakra sal-5.00 am?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi rigward infurzar ta' liġi dwar użu mhux skond il-liġi ta' blokk bini mill-Isprachecaffe, il-Pulizija għaddiet rapport lill-Awtoritajiet kompetenti, ċioe' lill-MEPA u l-MTA. Rigward storbju minn żgħażagħ matul il-lejl f'żoni residenzjali ġo Pembroke, ninstab infurmat illi l-Pulizija tirrispondi għal complaints li jsirulha mir-residenti u barra minn hekk, tagħmel rondi ġo Pembroke skond l-esiġenzi tal-lokal. Rigward studenti li jiġġerrew barra sas-siegħat bikrin ta' filgħodu, wieħed irid japprezza li dan ma jikkostitwix ksur ta' liġi u għaldaqstant il-pulizija tillimita ruħha sabiex trazzan il-ksur tal-buon ordni u l-paċi pubblika u tagħmel l-almu tagħha sabiex tissalvagwardja l-mistrieħ tar-residenti tal-lokal. Ir-rondi f'Pembroke ser ikomplu bħal dejjem.
Leg 10 PQ #27484 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Inċentivi għall-mara fid-dinja tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuniet/inċentivi/skemi qed jiġu offruti lin-nisa f'Għawdex biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol in partikolari fl-imprenditorija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngharraf lill-Onor. Interpellant li dawk l-ghajnuniet li jigu offruti lin-nisa f'Ghawdex biex jinkoragixxi l-participazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol huma dawk li japplikaw ghall-gzejjer Maltin.
Leg 10 PQ #27485 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fuq faċilitajiet sportivi f'Għawdex fl-2007 u kemm kienet in-nefqa u min għamel ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ix-xogħlijiet li saru fuq l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex matul l-2007 huma kif ġej: Xogħol Nefqa Min għamel ix-xogħol Introduzzjoni ta’ kamra għat-Table Tennis Lm1,051.57 Ħaddiema tal-Kumpless Sportiv Tkomplija tal-Climbing Wall area Lm 568,76 Climbing Association Refurbishment tal-Kumpless Sportiv Lm2,486.41 Ħaddiema tal-Kumpless Sportiv Xewkija Football Ground Lm122.55 C.M.U. Kercem Playing Field Lm 322.91 C.M.U. Kercem Football Ground Lm 216.76 C.M.U. Kercem Tennis Court Lm 301.75 C.M.U. Kercem boċċi pitch Lm 199.42 C.M.U. Munxar Playing Field Lm 276.36 C.M.U. Nadur Football Ground Lm 127.54 C.M.U. Tax-Xħajma Model Aircraft Landing Site Lm 1,955.07 C.M.U./Public Works Nadur Playing Field Lm 832.15 Public Works Sannat Playing Field Lm 34.25 Public Works Xagħra Playing Field Lm 645.51 Public Works Dawn l-ispejjeż ma jinkludux il-pagi ta’ ħaddiema li għamlu x-xogħol
Leg 10 PQ #27486 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sheltering — Żgħażagħ bi very challenging behaviour

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet ta' sheltering jeżistu f'Għawdex għal żgħażagħ bi problemi ta' challenging/very challenging behaviour?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi zghazagh bniet be problemi ta' challenging / very challenging behaviour jigu offruti sheltering f'Lourdes Home, Ghajsielem filwaqt li zghazagh subein bl-istess problemi jigu riferuti l-Appogg. Huwa mahsub ukoll li fil-futur isiru arrangamenti necessarji biex zghazagh subien ikollhom facilitajiet ta' sheltering f'Ghawdex stess.
Leg 10 PQ #27487 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sheltering — Vitmi ta' vjolenza domestika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet ta' sheltering jeżistu f'Għawdex għan-nisa u tfal li huma vitmi ta' vjolenza domestika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi nisa, tfal bniet ta' kull eta' u subien sa 9 snin li jkunu vittma ta' vjolenza domestika, jigu offruti sheltering fid-dar Carolina Cauchi li tifforma parti minn Lourdes Home f'Ghajnsielem. Subien ta' l-fuq minn 10 snin, iffaccjati bi problemi ta' vjolenza jigu riferuti l-Appogg. Huwa mahsub ukoll illi fil-futur isiru arrangamenti necessarji biex zghazagh subien ikollhom facilitajiet ta' sheltering f'Ghawdex stess.
Leg 10 PQ #27488 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Attractions Incentives Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif intagħżlu l-benefiċċjari tal-Gozo Attractions Incentives Scheme?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-beneficcjari tal-Gozo Attractions Incentive Scheme ntaghzlu skond il-kriterji stabbiliti mill-istess formola ta' l-applikazzjoni li mlew l-applikanti. Il-Gvern, tramite l-Ministry of Finanace National Lotteries Good Causes Fund, nieda din l-iskema biex jigu kontribwiti ghajnuniet finanzjarji lil diversi organizzazzjonijiet li organizzaw attivitajiet skond kif stbbiliti fl-istess kriterji. Huwa l-hsieb tal-Gvern li jerga' johrog sejha ghall-applikazzjonijiet ghal attivitajiet li se jigu organizzati matul is-sena li gejja.
Leg 10 PQ #27489 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Lezzjonijiet tal-parentcraft

Question

B'riferenza għal-lezzjonijiet tal-parentcraft li jsiru għan-nisa waqt it-tqala tagħhom, liema lezzjonijiet isiru f'sala fl-Isptar Mentali ta' Għawdex; peress li n-nisa li jattendu l-kors, inkluża l-interpellanti sottofirmata, iħossu li dan il-post mhux adattat għalihom tenut kont tal-kondizzjoni tagħhom li ċertament mhix kompatibbli ma' pazjenti ta' saħħa mentali, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata u jinstab post iktar adattat fejn jistgħu jsiru dawn il-korsijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Awtoritajiet ta' l-Isptar diġaż kkunsidraw li ser jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex il-lecture room li qiegħda fl-inħawi tax-Xjuħ Irġiel ssir librerija filwaqt li fejn illum hemm il-librerija ssir il-lecture room. Preżentament il-lectures li llum jsiru fil-lecture room li qiegħda fl-inħawi tax-Xjuħ Irġiel u mhux Sala Mentali, hemm aċċess ieħor separat għal din il-lecture room mill-ġonna ta' l-istess sptar Ġenerali ta' Għawdex u mhux neċessarjament wieħed jgħaddi direttament mill-kuriduri ta' l-isptar.

Trasferiment ta' uffiċjal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni inqala inġustament l-uffiċjal, li ismu qed jidher separatament, minn Division 12 tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li inizzja proċeduri ta' mandat ta' inibizzjoni u sussegwentement kawża kostituzzjonali fil-konfront tad-Direttur tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u issa ġie trasferit f'St Michael's Ward fl-Isptar San Luqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċċjal li saret riferenza għalih fil-mistoqsija ġie trasferit minn sezzjoni għal oħra għax hekk kienu jirrikjedu l-esiġenzi tas-servizz. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-gwardjani tal-Ħabs jagħtu is-servizz tagħhom lill-korp dixxiplinat bħal m'hu dak tal-Pulizija u l-Armata.

Uffiċjal nqala mix-shift tiegħu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-uffiċjal korretiv, li ismu qed jidher separatament, ġie trasferit minn diviżjoni 11 għad-diviżjoni Yours u nqala' mix-shift tiegħu, wara li rraporta sejba ta' mobile u foil maħruġ fuq żewġ priġunieri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċjal li saret riferenza għalih fil-mistoqsija ġie trasferit minn sezzjoni għal oħra għax hekk kienu jirrikjedu l-esiġenzi tas-servizz. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-gwardjani tal-Ħabs jagħtu s-servizz tagħhom lill-korp dixxiplinat bħal m'hu dak tal-Pulizija u l-Armata.

Swieqi — Triq Josef Calleja

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx pjanijiet li ssir Triq Josef Calleja fi Swieqi? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellant illi Triq J Calleja fis-Swieqi hija waħda mit-toroq li tinsab fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru sas-sena 2008. Fil-ġimgħat li ġejjien ser jibda xogħol fuq il-bankini. Sadattant għaddej ukoll il-proċess ta’ esproprijazzjoni biex din it-triq tkun tista’ tingħaqad ma’ Triq il-Mensija skond il-pjan lokali.

Scengen visas

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma d-data ta' bidu ta' scengen visas, is-sistema li se tintuza u l-proċeduri, biex kull tour operator li diġa' jaħdem lejn Malta jkun avżat minn issa?

Response (BORG, TONIO)

Il-ħsieb hu li l-pajjiżi li jiġu ċċertifikati li għandhom kollox lest biex isiru parti mix-Scengen, ikunu jistgħu joħorġu Scengen Visas sa l-aħħar ta’ din is-sena. Id-dħul ta’ dawn il-pajjiżi fis-Scengen irid jiġi approvat mill-Kunsill tal-Ministri.

Kappara — Ġnien Camilleri

Question

Wara xhur fejn il-Kappara reġgħet ġiet minsija mil-lat ta' ġnien Camilleri, toroq bil-ħmieġ, ħaxix ħażin ma' kullimkiern, plots miftuħin u periklu ta' saħħa minn dubbien, u ma ngħataw l-ebda risposti mill-kunsill lokali, jista' l- Viċi Prim Ministru l-ewwel jagħmel enfasi fuq il-kunsill li l-flus tal-gvern ċentrali qegħdin imorru verament lejn il-Kappara? Jaħsibx li verament wasal iż-żmien għal kunsill tal-Kappara apparti, ġaladarba hemm tant differenza bejn San Ġwann u l-Kappara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jevalwa l-istat ta' effiċjenza fis-servizzi mogħtija mill-Kunsill Lokali San Ġwann ġewwa l-Kappara. Flimkien ma' dan, qed ikun mistħarreġ xi flus ġew allokati mill-Kunsill Lokali San Ġwann speċifikament għar-raħal żgħir (hamlet) tal-Kappara u l-mod kif intefqu dawn il-flus, sabiex jiġi assigurat li l-hamlet tal-Kappara tingħata l-attenzjoni li jixirqilha. Risposta dettaljata tingħata f'xi seduta oħra wara li jkun sar l-eżerċizzju msemmi hawn fuq.

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teachers nisa impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Kemm minnhom huma miżżewġin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : Grad Skejjel Primarji Skejjel Sekondarji Għalliem miżżewġa u Post Sekondarji Sub Co-Ord 2 33 23 Teachers 676 1200 1208 Instructors 105 145 287 P/T Instructors 6 3 9 Temporary Teachers 1 1 1 Informat ukoll li n-numru ta' għalliema Peripatetic hu ta' 175 li minnhom 133 huma miżżewġa.

Immigranti llegali — Working permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti llegali li ngħataw il-working permit? L-immigranti llegali huma obbligati li jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma tagħtix permessi tax-xogħol għal immigranti illegali. Il-KXT tagħti permessi tax-xogħol lil refuġjati, persuni taħt protezzjoni umanitarja temporanja u asylum seekers. Kull min iħaddem huwa taħt l-obbligu li jissottometti l-formola tal-bidu ta’ l-impjieg għal kull impjegat li jkollu kemm jekk ikollu ċittadinanza Maltija kif ukoll barranija.