Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett ta' aquarium

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6364, jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-konsorzju Oceanaria?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsorzju Oceanaria hi komposta hawn kif gej: Captain Morgan Leisure Limited Alberta Projects Limited Kastell Limited - Mizzi Organisation Mercury Plc CGE Limited Blokrete Limited ABT Innovia Ltd Evolution Aquaculture Limited Floatrich Limited

Ċittadini minn pajjiżi tal-UE — Impjieg f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bħalissa huma reġistrati li qed jaħdmu hawn Malta? Jista' jagħti dettalji b'mod li jindika pajjiż pajjiż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhix din l-informazzjoni peress li l-permessi ta' xogħol lil barranin joħorġu mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Barranin fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ġustizzja.

Persuni li mhumiex ċittadini tal-UE — Impjieg f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies barranin li mhux ċittadini ta' l-Unjoni Eropea li qed jaħdmu hawn Malta u anke jagħti dettalji pajjiż pajjiż?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 6466.

Qrati — Kawżi ta' kollużjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fis-sena 2004 sa l-1 ta' Lulju kemm ġew ippreżentati kawżi ta' kollużjonijiet quddiem: 1) it-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar; 2) il-Qrati ordinarji? Il-kawżi li qed issir referenza għalihom mhumiex dawk fejn ikun hemm danni personali.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għas-sena 2004, u eżattament sa l-1 ta' Lulju 2004 kien hemm: (a) 224 kawża ta' kolliżjonijiet quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar; (b) 29 kawża ta' kolliżjonijiet quddiem il-Qrati tal-Maġistrati, u (c) 3 kawżi ta' kolliżjonijiet quddiem il-Prim' Awla tal-Qrati Ċivili.

MEPA — Enforcement orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 kemm inħarġu enforcement orders fuq kostruzzjonijiet li kienu qed isiru fuq art tal-gvern? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kostruzzjonijiet attwalment ġew imwaqqa' jew demoliti mill-awtorita'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Beach concessions

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jassigura li dawk li għandhom beach concessions fil-bajjiet biex jarmaw id-deck chairs u l-umbrelel iżommu l-ispazju mikri lilhom u xejn aktar? Jista' f'kull każ jiġi mmarkat b'mod ċar liema jkun l-ispazju mikri lilhom għal dan l-iskop?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed isiru diskussjonijiet mid-Dipartiment ta' l-Artijiet flimkien mal-Pulizija u l-Kunsill Lokali sabiex jitwaħħlu sinjali fil-bajjiet li juru ċar l-ispazji mogħtija b'encroachment permit għat-tqegħid ta' deckchairs u umbrellel.

Armata — Investigazzjonijiet dwar impjegat

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilhom għaddejjin l-investigazzjonijiet dwar persuna li taħdem fl-Armata li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-investigazzjoni li l-Armata kienet qed tagħmel fir-rigward ta’ staff sergeant li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, kienet in konnessjoni ma’ artiklu li deher f’gazzetta lokali ta’ nhar ta’ Ħadd li kien jirreferi għall-abbużi li allegatament kien għamel l-individwu, sena u nofs ilu. Mill-investigazzjoni li saret, ma jirriżultax li saru rregolaritajiet fil-konfront ta’ l-individwu msemmi.

Armata — Investigazzjonijiet dwar impjegat

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'irriżulta minnhom s'issa? Jekk ma nstabx ħati, għaliex? Jekk instab ħati, għaliex? Fil-każ li nstab ħati, x'se jiġri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6472.

Little Armier — Servizz ta' dawl f'beach rooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-korporazzjoni Enemalta biex twassal is-servizzi tad-dawl fejn se jinbnew iżjed minn 1,500 beach room fl-inħawi ta' Little Armier skond applikazzjoni li saret lill-MEPA fi Frar ta' din is-sena? Kemm hu stmat li se tqum l-ispiża biex jitwassal dan is-servizz fl-inħawi u min se jħallas għat-twassil ta' dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li dan il-progett huwa ta' Ministeru iehor u l-Enemalta s'issa tat numru ta' options ta' kif jista' jsir ix-xoghol imsemmi fid-domanda. Ghall aktar dettalji nitolbok tressaq id-domanda lill-Ministru koncernat.

Little Armier — Servizz ta' drenaġġ u ilma f'beach rooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex twassal is-servizzi tad-drenaġġ u l-ilma lill-iżjed minn 1,500 beach room li saret applikazzjoni għalihom biex jinbnew fl-inħawi tal-Little Armier? Kemm hi stmata li se tkun in-nefqa għal kull wieħed minn dawn is-servizzi u min se jġorr l-ispiża biex dawn is-servizzi jiġu estiżi f'dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Mellieħa — Tal-Masrija -

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-korporazzjoni Enemalta tipprovdi d-dawl pubbliku meħtieġ fl-inħawi residenzjali magħrufa bħala tal-Masrija fil-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

L-installazzjoni ta' bozoz godda, minhabba l-process tad-devoluzzjoni, issa saret ir-responsabilita tal-Kunsilli Lokali u ma ghadhiex ta' l-Enemalta

Skejjel ta' l-istat — Studenti jixorbu energy drinks

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel primarji u sekondarji ta' l-istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet li taw lill-istudenti jixorbu energy drink flok il-ħalib? Għaliex? X'pariri ttieħdu jekk l-energy drink hix aħjar mill-ħalib għan-nutriment tat-tfal? Il-kumpannija li pprovdiet l-energy drink tat xi flus lill-iskejjel fejn it-tfal xorbuha?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi barra minn Malta mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-kumpannija Malta Enterprise minn kemm ilha li twaqqfet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatgħulha xi flus mir-relief u dan għaliex id-dipartiment qed jgħid illi s-sena l-oħra t-tifel tagħha ħadem xi ftit u qala' madwar Lm800 f'sena waħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament lill-persuna konċernata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Dipartiment tas-saħħa — Bill boards

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu posters fuq bill boards mid-dipartiment tas-saħħa din is-sena u s-sena l-oħra? Minn min inkrew? Għal kemm? Kif intgħażel is-sit tal-bill boards?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Health Promotion Department fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa bejn is-sena l-oħra u din is-sena waħħlu dawn il-posters. 2003 2004 Dieta Mediterranja Kul għall-Saħħtek 10 billboards * Jekk tixxemmex titkemmex 10* 6 Int lil min tħobb? ( Passive Smoking ) 8 Christy Turlington ( Tobacco Fre e ) 6 Christy Turlington ( X-Ray photo ) 3 *juru li l-billboards kienu sponsored Il-billboards jinkrew mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, fejn tintgħażel l-orħos offerta. Id-Dipartiment jaħdem ukoll b'kollaborazzjoni ma' dipartimenti oħrajn, bħall fil-kas ta' l-Agrikoltura, kif ukoll ma ditti privati li jisponserjaw numru minn dawn il-billboards. Il-billboards jinkrew fit-tul minħabba li jkunu aktar effettivi f'tul ta' żmien. Is-siti jintgħażlu mid-Dipartiment biex ikunu dawk l-aktar prominenti.

Dipartiment tal-kura primarja — Inspections minn manager nursing services

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il inspection saret mill-manager nursing services tad-dipartiment tal-kura primarja waqt ħdud u festi pubbliċi minn meta l-Health Centres ma baqgħux jiftħu kollha tul 24 siegħa? Jista' jagħti d-dati ta' meta saru dawn l-inspections u fejn saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sorveljanza fuq iċ-Ċentri tas-Saħħa ssir regolari inklużi ħdud u festi pubbliċi mid-Dipartimental Nursing Managers, is-sur Charles Żammit għaċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira, Mosta u Rabat, u is-sur Frankie Calleja għaċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Bormla, Paola u Qormi. Is-sur Philip Gatt, nursing officer, jissorvelja ċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, B'Kara, u l-staff tan-NIS u SDC. In-nursing officer u s-senior medical officer ta' kull Ċentru tas-Saħħa jieħdu ħsieb l-attendeza kull filgħodu u xħin jinbidel ix-shift. Ma jinżammx record ta' din is-sorveljanza ħlief u meta jinqalgħu xi problemi fejn jinkiteb incident report. Minn dawn l-incident reports jirriżulta li n-nuqqasijiet minn naħa ta' l-istaff tal-health centres li jirrigwardja attendenza huma kif ġej: 05/12/02 Paola HC Podology 8:30a.m. podologist tard 22/06/03 Floriana HC Dental 9:15a.m. dentist tard 19/05/04 Floriana HC Podology 1:25p.m. podologist absent

SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena mill-Vot Kapitali 7009 dwar San Vinċenz de Paule ta' Lm400,000 kif imniżżel fl-aħħar Budget, kemm intnefqu fuq proġetti li saru fl-SVPR u liema kienu dawn il-proġetti? Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti li huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena fl-SVPR u li se jkunu mħallsa mill-Vot Kapitali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Residential Care in Private Homes

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena x'ammont intnefaq mill-Vot Rikorrenti 5029 - Residential Care in Private Homes ta' Lm350,000 kif kien imniżżel fl-aħħar Budget?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intefqu Lm207,738 mill-Vot Rikorrenti 5029- Residential Care in private Homes. Il-Vot globali hu ta' Lm350,000.

Belt Valletta — Customer Care Centre

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6354 dwar il-Customer Care Centre fil-Belt Valletta fejn intqal: "Bħalissa il-proġett kollu qed ikun ri-evalwat fid-dawl ta' tibdiliet li seħħew f'dawn l-aħħar xhur'', jista' il-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li hemm il-possibbilta' li dan il-post ma jiffunzjonax bħala Customer Care Centre għall-anzjani u persuni b'diżabilita'? Jekk iva, allura d-dipartiment ta' l-anzjani neħħa kull ħsieb li jiftaħ Customer Care Centre fil-Belt Valletta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz ta' home help care

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' households li kienu qed jirċievu s-servizz tal-home help care fl-aħħar ta' Ġunju, 2004? Minn dan in-numru, kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jirċievu dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' households li kienu qed jirċievu s-servizz tal-home help fl-aħħar ta' Ġunju 2004 huwa 2260. Minn dan in-numru hemm 829 households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz. In-numru ta' households li fihom hemm persuni bi bżonnijiet speċjali u li jagħmlu użu minn dan is-servizz huwa 213 households.