Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Kontijiet imħallsin mill-Gvern

Question

Kemm kien il-kont li l-Gvern ħallas lill-Enemalta għal-provvista tal-kurrent elettriku biex jinxtegħlu t-toroq ta' Malta matul is-sena 2003? Kemm kien il-kont għal-konsum fl-ewwel 6 xhur ta din is-sena, 2004? Kemm kien il-kont għal-konsum għall-provvista tal-kurrent eletriku li ħallas il-Gvern lill-Enemalta għall-użu fl-uffiċini u workships u stabbilimenti oħra kemm governattivi u dawk parastatali għall-istess perjodi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Awtorita' tat-Trasport

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u jgħid jekk l-arranġamenti li saru ftit taż-żmien ilu dwar, kif jgħaddi t-trafffiku mill-ewwel trejqa u t-tieni trejqa, bejn Triq Sant' Anna u Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn, sarux wara li sar studju on site mill-Awtorita' konċernata? Billi hemm riskju li jsir xi inċident kif qed jgħaddi t-traffiku bħalissa, possibli is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fi ħdan id-Direttorat ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku jirriżulta li ma kien hemm l-ebda approvazzjoni għal tibdil fis-sistema tat-traffiku fit-trejqiet bejn Triq Sant'Anna u Triq ix-Xatt. Kien hemm talba mill-kunsill lokali biex ikun hemm pedestrianisation ta' dawn it-toroq 'Except for Residents'. Għalkemm l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta taqbel fil-prinċipju ma' pedestrianisation, iżda tikkonsidra 'Except for Residents' li hija ta' periklu għal pedestrians għax l-aċċess tal-karozzi ma jkunx regolat. Kien hemm xi ilmenti minn residenti ta' l-inħawi u d-Direttorat talab sabiex jiltaqa' mar-residenti u mal-kunsill b'e-mail datata 28 ta' Ġunju 2004. Id-Direttorat ma rċieva ebda risposta u għalhekk kiteb lil-kunsill bid-data ta' l-1 ta' Lulju 2004 sabiex issir din il-laqgħa. Il-kunsill għadu ma kkuntattjax lid-Direttorat sabiex issir din il-laqgħa.

Amnestija — Persuni li kienu fil-pussess ta' armi tan-nar mhux liċenzjati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Gvern ta amnestija 'l dawk li kienu fil-pussess ta' armi tan-nar mhux liċenzjati? Minn dakinhar kemm kienu dawk li bbenefikaw minn dik l-amnestija u kemm kienu l-armi tan-nar involuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar amnestija dwar l-armi kienet ingħatat fl-1985. Kien hemm 1,860 persuna li bbenefikaw minn din l-amnestija, filwaqt li l-armi tan-nar hekk reġistrati kienu jammontaw għal 4,627.

Servizz Ċivili — Messaġġiera li ħarġu bil-pensjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani jekk il-messaġġiera li saru pensjonabbli qabel il-15 ta' Jannar 1979 (skond staff list maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni tal-1977, paġna 46, li qed tintbagħat separatament, humiex intitolati għal sitt xhur sick leave u dan kif hemm stipulat fil-kondizzjonijiet ta' l-appuntament mogħti lil kull membru li għandhom indikazzjoni ta' stilla ħdejn isimhom? Jekk fin-negattiv, għaliex? Qed ngħaddi separatament kopja ta' ittra fuq persuna, fejn wieħed jista' jistudja l-każ ġaladarba li dan il-persuna qiegħed bla paga.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi dawk l-uffiċjali pubbliċi li kienu jokkupaw kariga pensjonabbli qabel il-15 ta’ Jannar 1979, huma ntitolati għal sitt xhur sick leave b’paga sħiħa f’perjodu ta’ tnax-il xahar. Skond il-Ftehim tar-Riorganizzazzjoni tal-Gradi tal-Messaġġiera tal-1974, numru ta’ impjegati mhux pensjonabbli kienu ġew assimilati fil-grad ta’ Messaġġier I. Dan il-grad m’huwiex pensjonabbli. Il-marka ta’ stilla bħala ndikazzjoni ta’ grad pensjonabbli f’paġna 46 ta’ l-istaff list ta’ l-1977 hija purament żball tipografiku, kif jista’ jiġi kkonfermat minn paġna 280 ta’ l-istess staff list, fejn il-grad ta’ Messaġġiera I mhux immarkat bi stilla. Il-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant kienet waħda minn dan il-grupp kif spjegat hawn fuq. Għaldaqstant din il-persuna m’hiex intitolata għal sitt xhur sick leave bi ħlas f’perjodu ta’ tnax-il xahar.
Leg 10 PQ #6442 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex

Question

Peress illi fil-Qorti ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' iktar staff, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħiseb li jiżdied l-istaff tal-Qorti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onor Interpellant tapprezza li l-istaff jitqassam skond il-ħtieġa prijoritiżżata tad-diversi oqsma tas-Servizz.
Leg 10 PQ #6443 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta — Post ta' manager

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-post ta' manager mal-Heritage Malta f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' applikanti għall-post ta' Manager mal-Heritage Malta f'Għawdex kien ta' tmintax.
Leg 10 PQ #6444 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet kemm infrastrutturali kif ukoll ta' manutenzjoni tat-toroq f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid ukoll min għamel ix-xogħol u kemm ġie jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #6445 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Sigurta'

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6260 li ġiet riferuta lelek u cioe' peress li fil-Qorti ta' Għawdex m'hemmx sigurta' biżżejjed, ma taħsibx il-Ministru li l-Qorti ta' Għawdex għandu jiġi mgħammar b'apparat ta' sigurta' bħal dak ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-apparat indikat irid jitħaddem minn uffiċċjali addetti għas-sigurta', hekk kif jimtela l-post ta' security guard li mistenni jimtela' fi żmien qasir, ikunu jistgħu jittieħdu l-passi biex, jekk ikun ill-każ, jiddaħħal l-apparat li qed tirreferi għalih fil-Mistoqsija.
Leg 10 PQ #6446 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Sistema ta' air condition

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6261, peress illi filwaqt li kull min jagħmel użu mill-awla ż-żgħira japprezza l-afreski u ma jixtiequx li ssirilhom ħsara iżda huwa ta' inkonvenjent kbir li taħdem f'din l-awla fil-ġranet ta' sħana, ma taħsibx il-Ministru li jista' ikun opportun li din l-awla ssir kamra ta' l-avukati u min-naħa l-oħra l-kamra ta' l-avukati tiġi mgħammra biex issir awla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Mhuwiex xieraq li jiżdied taraġ ieħor għall-pubbliku jekk isir l-arranġament indikat f'din il-mistoqsija.

Bank Ċentrali ta' Malta Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6386 u cioe' jista' jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-Bank Ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal-Finanzi l-Onor. Dalli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6386 f’din l-istess seduta.

Ministru tal-Finanzi — Xiri ta' ambaxxata ġdida fi Brussell

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6296 u cioe' jista' jgħid x'kien is-sehem tal-Ministeru tal-Finanzi fid-deċiżjoni li wasslet għax-xiri ta' l-Ambaxxata ġdida ta' Malta fi Brussell li tiswa Lm6.5 miljun? Kien hemm senserija involuta? Kif ġiet identifikata l-proprjeta' mixtrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6296 f’din l-istess seduta.

Birkirkara — Triq is-Salib Imqaddes - ġibjun

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra il-biċċa triq maqlugħa fi Triq is-Salib Imqaddes f'Birkirkara fejn hemm ġibjun u jara jistax jirranġaha għaliex qegħda kerha kif inhi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi din il-parti ta' triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.

Persuni bi problema ta' droga — Kondotta

Question

Jista' wieħed jibda jaħseb li jikkonsidra li bniedem li rnexxielu jegħleb il-problema tad-droga wara ħafna snin b'kondotta tajba, tkun tista' titħassarlu ir-reat tad-droga minn fuq il-kondotta għaliex dan itellifhom milli jsibu impjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Ordinanza dwar iċ-ċertifikati tal-Kondotta (Kap. 77) tipprovdi dwar il-proċedura sabiex ma tiġix irreġistrata kundanna f'xi każijiet, inkluż tad-droga.

Awtorita' tad-djar — Każ dwar post battal

Question

Tista' il-Ministru tindaga għaliex post tal-housingisfel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa battal qed jitħalla miftuħ bil-konsegwenza li hemm ħafna ħmieġ, ġrieden u annimali oħra ġo fih? Il-post diġa ġie rappurtat lis-sanita'.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-post indikat qiegħed biex titneħħa l-ordni ta' rekwiżizzjoni minn fuqu peress li hu kamra waħda f'kerrejja u mhux tajjeb biex jinkera.

Pitkalija — Prezz tad-dulliegħ

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għad-dulliegħ din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pitkalija — Prezz tal-ħass

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-ħass din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pitkalija — Prezz tal-pastard u l-kaboċċi

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-pastard u l-kaboċċi din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pitkalija — Prezz tal-karozzi u l-ġdur

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-karrotti u l-ġdur din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pitkalija — Prezz tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-brokkoli, spinaċi u tadam din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pitkalija — Prezz tal-frott

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-varjetajiet tal-frott din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.