Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post alternattiv? Tista' il-Ministru tgħid kemm għandhom punti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili. Jekk il-persuna ndikata tixtieq aktar informazzjoni tista tirrikorri fis-sezzjoni tal-Customer Care fi ħdan id-Dipartiment.

WSC — Każ dwar kont ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bagħtet il-kont li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, lill-persuna indikata wara li din ilha ma tgħix fil-post imsemmi aktar minn 15-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-persuna li ntbagħtilha dan il-kont imsemmi qatt ma avżat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma li hi telqet mill-post u għalhekk il-kont baqa' jgħajjat fuq isimha. Sa dan it-tant billi ħadd ma jrid jieħu responsabilta' tal-konsum ta' l-ilma inkwistjoni il-Korporazzjoni ħadet passi biex taqta' dan is-servizz partikulari ta' l-ilma.

Ħal Tarxien — Ħwienet fi Triq id-Dejma

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ħwienet li jinsabu fi Triq id-Dejma, Tarxien (kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament) humiex proprjeta' ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jekk fl-affermattiv, meta se joħorġu għall-bejgħ jew għall-kiri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar bniet tlett ħwienet fi Triq id-Dejma, Tarxien. Il-Ħanut numru 2 ġie mibjugħ b'tender waqt li t-tnejn l-oħra ser joħorġu għall-bejgħ, wieħed f'Awissu u l-ieħor f'Settembru ta' dis-sena.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu dawk il-votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-12 ta' Ġunju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għadd ta’ votanti li talbu l-għajnuna ta’ l-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fit-12 ta’ Ġunju 2004, lokalità b’ lokalità kienu skond it-tabella annessa.

Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti li talbu l-għajnuna lil kummissarji elettorali biex jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew li saru fit-12 ta' Ġunju? Jista' jagħti l-figura għal Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għadd ta’ votanti li talbu l-għajnuna lill-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjoni għall-membri tal-Parlament Ewropew li saret fit-12 ta’ Ġunju 2004, kien ta’ 12,679. F’Għawdex l-ammont kien ta’ 1,010.

Bank Ċentrali ta' Malta — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-Bank Ċentrali fiż-żmien li kien Ministru tal-Finanzi l-Onor. Dalli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fi żmien li l-Onorevoli John Dalli kien Ministru tal-Finanzi (i.e. bejn l-14 t’April 2003 u t-22 ta’ Marzu 2004), il-Bank Ċentrali ta’ Malta qata’ 69 biljett ta’ l-ajru (li jirrappreżentaw 29% tal-biljetti kollha ta’ l-ajru li nqatgħu) u 3 okkażjonijiet ta’ okkomodazzjoni ta’ lukandi mill-aġenzija Tourist Resources. Fl-istess perjodu l-Bank qata’ 167 biljetti oħra ta’ l-ajru mingħand tliet aġenziji oħra.
Leg 10 PQ #6408 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Trasferiment ta' negozju — Liċenzji tal-MTA pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jiġri meta persuna jkun trasferit fuqha negozju u wara jsib liċenzji antiki tal-MTA mhux imħallsa? Min hu responsabbli ta' dan il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li normalment liċenza ta' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma tiġix trasferita fuq persuna oħra qabel ma jkunu tħallsu l-liċenzi antiki. Madankollu, ta' min jgħid li għalkemm dak li kien jopera l-post qabel huwa responsabbli għal ħlas ta' liċenzi li jkopru l-perjodu li dam joperaħ, dak li ttrasferixxa l-post fuq ismu, f'ċirkostanzi normali, huwa wkoll responsabbli minn liċenzi antiki għax hu kien fid-dover jiżgura, qabel ħa post, li mhemmx dejn fuq l-istess post.

Bormla — Sqaq San Lazzru - fond nru. 8

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir xi ħaġa biex il-post no. 8, Sqaq San Lazzru, Bormla ma jibqax miżbla? Jista' forsi jerġa' joħroġ għall-kiri jew għall-bejgħ b'kontribuzzjonijiet aħjar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt diġa' ħareġ żewġ sejħiet għal offerti għal bejgħ tal-fond numru 8 Sqaq San Lazzru, Bormla. Għall-ewwel sejħa irċieva offerta waħda li kienet tant baxxa li ġiet rifjutata. Għat-tieni sejħa ma rċieva ebda offerti. Id-Dipartiment beda l-proċess biex toħroġ it-tielet sejħa għal offerti għal bejgħ tal-fond in kwestjoni.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni mhux kontributorja

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-inqas pensjoni mhux kontributorja li persuna tista' tirċievi? Tista' allura tinvestiga l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li ħadmet għal ħafna snin qed tirċievi l-inqas pensjoni? Tista' ukoll tara x'inhi r-raġuni kif is-snin li l-istess persuna għamlet taħdem fit-Tarzna fis-sittinijiet mhumiex recorded u allura mhux qed ikunu riflessi fil-pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ indikat mill-Onor. Interpellant u ser jinforma lill-persuna konċernata direttament bl-eżitu ta' din l-investigazzjoni.
Leg 10 PQ #6419 Sitting 149 2004-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Studenti universitarji — Summer work

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati studenti universitarji mill-Junior College jew MCAST bħala summer workers mal-ministeru jew aġenziji li jaqgħu taħtu dan is-sajf? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 18-il student li gew ingaġġati bħala summer workers ma' aġenziji li jaqgħu taħt il- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.

Studenti universitarji — Summer work

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati studenti universitarji mill-Junior College jew MCAST bħala summer workers mal-ministeru jew aġenziji li jaqgħu taħtu dan is-sajf? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li dan is-sajf ma ġewx ingaġġati studenti universitarji bħala summer workers, la mill-Junior College u lanqas mill-MCAST.

Studenti universitarji — Summer work

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati studenti universitarji mill-Junior College jew MCAST bħala summer workers mal-ministeru jew aġenziji li jaqgħu taħtu dan is-sajf? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Xiri ta' Ambaxxata Ġdida — Brussell

Question

Il-Kabinett kien iddeċieda dwar in-negozjati tal-Ministeru tal-Finanzi dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata l-ġdida ta' Brussell qabel sar il-konvenju? Tista' tikkonferma jekk fin-negozjati infushom kienx hemm provvediment biex isir ħlas fit-tul jew inkella pagament kontanti? Huwa minnu li qed jiġi kkunsidrat sale and leaseback arrangement tal-proprjeta'? Jekk dan huwa minnu, dan ser isir minħabba problemi ta' cash flow u nuqqas ta' provvediment baġitarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kabinett iddeċieda fuq ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-MIMCOL, u qabel ma ġie ffirmat il-konvenju. Kemm fil-każ tal-konvenju kif ukoll fil-każ tal-kuntratt proprju, il-ħlas sar kif stipulat, jiġifieri, pagamenti fil-waqt proprju u mhux fit-tul. F’dan l-istadju, mhux il-każ li qed jiġi kkunsidrat xi arranġament ta’ sale and leaseback tal-proprjetà.

Karozzi tal-Linja — Rotot Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma r-rotot il-ġodda tal-karozzi tal-linja li jgħaqqdu diversi irħula flimkien? Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' minn fejn ser jibdew, minn fejn ser jgħaddu (waqfiet importanti) u fejn ser jispiċċaw il-karozzi tal-linja li ser jagħmlu dwan ir-rotot? Meta hu mistenni li jibdew dawn ir-rotot? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx taħdidiet oħra għaddejjin biex isiru aktar rotot minn dawn it-tip u ċioe' li ma jibdewx jew ma jispiċċawx il-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat illi fil-futur immedjat se jkun hemm sitt rotot ġodda (fuq bażi ċirkolari) minn diversi lokalitajiet ta' Malta illi se jgħaddu mill-Universita', Paceville, Tas-Sliema u lura jerġgħu jgħaddu mill-istess triq (kopja tar-rotot u l-ħinijiet annessa). Se jkun hemm ukoll miljorament tas-servizz lejn l-isptar San Luqa mil-irħula b'mod stabbilit; jiġifieri fis-6.00 a.m. fis-7.00 a.m. fis-7.30 a.m. u fit-8.00 a.m. Se jsiru wkoll amalgamazzjoni ta' diversi rotot li wara l-10.30 a.m. dawn ir-rotot se jiġu amalgamati f'waħda, fosthom: Nru. 91 (Qormi) u 88 (Żebbuġ); Nru. 3,5,2 u 6 (tal-Kottonera); Nru. 32, 34 u 35 (Żurrieq, Mqabba u Qrendi) u ir-rotot; Nru. 14 u 15 (Birżebbuġa u Santa Luċija). Ta' min wieħed jinnota li permezz ta' dawn l-amalgamazzjonijiet se jinħoloq servizz bejn l-ibliet u l-irħula ta' l-istess inħawi. Dawn ir-rotot se jkunu l-ewwel stadju ta' tibdil u jekk jintlaqgħu tajjeb mill-passiġġier hemm il-ħsieb li jiġu introdotti aktar rotot simili.

Investiment barrani — Pajjiżi ta' l-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu li qed iżomm investiment barrani milli jiġi f'Malta meta l-persuni li huma interessati li jinvestu f'Malta ma humiex ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? Jaf il-Ministru li hemm numru kbir ta' persuni barranin li lesti li jinvestu u joħolqu xogħol għall-Maltin u li ta' dan hemm prova ta' investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindika l-identita tal-persuni msemmija minnu biex inkun nista' nara jekk għamlux xi talba lill-Malta Enterprise.

Pensjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tispjega għaliex il-pensjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tinqata' parti minnha kull xahar u jekk huwa l-każ, kif ġie nfurmat, li huwa għandu jagħti lid-dipartiment, tista' l-Ministru tgħid x'inhu dak li huwa dovut bl-eżatt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament bil-miktub dwar il-każ lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Ġibjun ta' San Niklaw — Limiti tal-Qrendi

Question

Għar-rigward tal-Ġibjun ta' San Niklaw, limiti tal-Qrendi, jista' l-Ministru jgħid: a) X'inhi l-kapaċita' ta' dan il-ġibjun? b) Kemm hija l-provvista ta' ilma kuljum? c) L-ilma ta' ġo fih, x'inhi s-sors tiegħu (RO, borehole)? d) X'inhu l-perċentwali minn tali sors? e) Dan il-ġibjun iforni ġibjuni/ħażniet oħra, u jekk fl-affermattiv, liema huma? f) Liema huma l-villaġġi li jieħdu l-provvista ta' l-ilma tagħhom minn San Niklaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-gibjun ta' San Niklaw maghruf ahjar bhala l-gibjun tal-Qrendi ghandu kapacita' ta' 55,000 metru kubu. Dan il-gibjun jipprovdi madwar 20,000 metru kubu kuljum. Il-gibjun tal-Qrendi jiehu l-ilma mill-impjant ta' l-R.O. li jinsab Lapsi, kif ukoll minn xi boreholes u mill-Pumping Station li jinsab Ta' Kandja. Il-provvista ta' l-ilma ghall-gibjun tal-Qrendi hija wkoll mizjuda minn ilma mill-gibjuni f' Ta' Qali meta jkun hemm bzonn. L-ilma gol-gibjun tal-Qrendi ghandu madwar 55% ilma ta' l-R.O. u madwar 45% ilma mis-sorsi ta' taht l-art. Dan il-gibjun iforni ilma lil dawn il-gibjuni: Zonqor li jinsab f' Marsaskala Nigret li jinsab iz-Zurrieq Schinas li jinsab Hal-Luqa Ghaxaq li jinsab Hal-Ghaxaq Il-lokalitajiet li jiehdu l-provvista ta' l-ilma mill-gibjun tal-Qrendi huma: Birzebbuga,Cospicua, Fgura, Ghaxaq, Gudja, Kalkara, Kirkop, Luqa, Marsa , Marsaskala, Mqabba, Paola, Qrendi, Safi, Santa Lucija, Senglea, Tarxien, Vittoriosa, Xghajra, Zabbar, Zejtun u Zurrieq.

Sewege treatment plant

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratt għas-sewage treatment plant tat-Tramuntana ta' Malta ma ingħatax bit-tender meta dak l-istess servizz f'Għawdex ingħata b'tender? Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa' dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.