Jista’ il-Ministru jgħid min huma l-membri ta' Heritage Malta? X'inhu l-programm imħejji għall-kumplament ta' din is-sena biex jiġu protetti l-monumenti u s-siti storiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tagħha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher hawn taħt:
Chairman Dr Mario Tabone
Deputy Chairman Ms Simone Mizzi
Dun Gwann Azzopardi
Dr Ray Bondin
Mr Mario Farrugia
Prof. Anthony Bonanno
Mr Godwin Vella
Mr Leslie Vella
Mr Joe Schiro'
Proġetti kapitali għall-kumplament ta' din is-sena jirrigwardjaw xogħol fuq ir-Roman Domus, il-Mużew Arkeoloġiku u l-Mużew ta' l-Arti. Qegħdin jitħejjew proġetti għall-protezzjoni tat-Tempji ta' Haġar Qim, Mnajdra u Ħal-Tarxien.
Jista’ il-Ministru jagħti dettalji dwar attivitajiet kulturali għall-kumplament ta' din is-sena li se jiġu organizzati f' Malta u f’Għawdex flimkien mal-privat? Ma’ min u meta se jsiru? X' se jkun is-sehem tal-gvern f' kull każ? X' għajnuna minbarra dik finanzjarja se jagħti l-gvern f' kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Wieħed irid jiftakar ukoll il-wirja li hemm fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur li qed issir bi ftehim ma' kumpanija Taljana li tmexxi il-Mużew tat-Tortura li li jinsab f'San Gimigiano, l-Italja.
Jista’il-Ministru jinforma lill-Kamra meta se titwettaq ir-riforma fl-Arkivji u l-Libreriji msemmija minnu diversi drabi, bħal ngħidu aħna f' The Times, tat-3 ta’ Awissu 1999, kif ukoll fid-diskors tal-President fil-bidu ta’ din il-leġislatura?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 5725 ta' l-istess Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskola Għolja Giovanni Curmi tan-Naxxar fis-sena skolastika li jmiss hux se jkun hemm problema sabiex l-istudenti kollha li juru interess li jattendu f'din l-iskola, ikunu jistgħu jidħlu fiha?
Jista' jgħid x'xogħol sar matul dawn l-aħħar sentejn sabiex din l-iskola titkabbar ħalli jkollha aktar klassijiet? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħal xi numerus clausus sabiex jiġu magħżula l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola Sekondarja Għolja Giovanni Curmi tan-Naxxar twaqqfet biex jingħata ċans ieħor lil studenti li ma jkunux ġabu is-suġetti kollha meħtieġa (SEC) biex jidħlu l-Junior College u jibdew il-kors tal-Matsec (livell avvanzat u intermedjarju).
Ma jidher li hemm ebda problema biex fis-sena skolastika li ġejja l-iskola tilqa' lil dawn l-istudenti.
Informat ukoll li f'dawn l-aħħar sentejn sar xogħol preparatorju inklużi pjanti ta' iżjed lecture rooms u tfassil ta' tenders.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-patata din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward is-sena 2004.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għal mistoqsija numru 3344 f’ Seduta numru 80.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam abjad matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-fenek matul l-ewwel sitt xhur tas-sena xahar b'xahar separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-istima ta produzzjoni tal-laħam tal-fenek matul dawn l-aħħar sitt xhur ta’ din is sena hija ta’ 1,099,666kg
It- total għas-sena 2002 u 2003 kien ta’ 2,509,000 kg u 2,199,333 kg rispettivament. Ma teżistix statistika f’ dan ir-rigward għas-snin ta’ qabel.
Ta’ min igħid ukoll li dawn iċ-ċifri huma maħdumin fuq kemm jinbiegħ għalf għal fniek.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-MEPA beix ma tħallix iżjed raba', spejjer u ġwiebi ta' bdiewa jinqerdu fl-inħawi tal-Little Armier biex jagħmlu wisa' għall-bini ta' iżjed minn 1,500 beach room skond applikazzjoni li saret fi Frar ta' din is-sena mill-kumpannija Armier Development Co. Ltd.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Marfa jara li ma jkunx affettwat raba’ saqwi.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tinbidel il-parti mis-sistema tad-drenaġġ fil-Manikata biex titranġa problema qadima tal-ħruġ tad-drenaġġ fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ġie deċiż li dan ix-xogħol isir direttament mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Dan ix-xogħol hu mistenni jibda f'Awissu.
Jista' jiġi verifikat jekk fil-bord li jmexxi l-Borża ta' Malta hemmx min għandu konflitt ta' interess peress li għandu kumpanniji fil-qasam finanzjarju? Tista' din il-persuna titneħħa mill-ħatra biex ma jkun hemm ebda suspett li xi ħadd jista' jieħu vantaġġ mill-mod kif taħdem u titmexxa l-Borża ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nikkonferma li fost il-membri tal-Kunsill tal-Borża hemm min hu attiv fis-settur finanzjarju, ma jirriżultax li hemm xi persuna li għandha konflitt ta’ interess li jimpedih jew jillimitah milli jaqdi dmiru bl-ogħla integrità u imparzjalità. Dan qed jingħad anke in vista tal-funzjonijiet tal-Borża kif ġew ridefiniti bl-Att XVII ta’ l-2002, liema Att għadda r-responsabbiltajiet regolatorji u ta’ sorveljanza tal-Borża kif ukoll il-liċenzjar ta’ l-
istockbrokers
lill-Awtorità Kompetenti (
MFSA
), filwaqt li l-
Listing Authority
assumiet ir-responsabbiltà għall-awtorizzar ta’ l-ammissibilità tat-titoli għall-Lista Uffiċjali.
Jista' il-Prim Minisru jgħid jekk dan l-aħħar wasallux tagħrif dwar kif ingħataw kuntratti fl-isptar il-ġdid u jekk ħax passi dwar dan it-tagħrif u fil-każ x'passi ħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-kuntratt ma’ l-iskanska, allura nikkonferma li kelli laqgħat ma’ uffiċjali għolja ta’ din is-soċjetà biex jibdew laqgħat tekniċi intensivi ħalli tiġi kristallizzata l-kwistjoni dwar l-ispiża kapitali ta’ l-isptar.
Jekk l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi għal għoti tal-kuntratt ta’ apparat, allura, min għandu interess jista’ jeżerċita d-dritt li tagħtih il-liġi u jirrikorri lejn l-awtoritajiet kompetenti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk inħatarx xi bord biex jevalwa t-tweġibiet tal-kwestjonarju li ntbagħat għal min hu interessat jitfa' offerta għall-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?
Min inħatar fuq dan il-kumitat?
Intagħżlu xi kumpanniji u twarrbu oħrajn?
Meta huwa maħsub li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt għall-inċineratur ta' l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Adjudication Board inħatar u diga beda x-xogħol tiegħu sabiex jevalwa l-offerti mitfugħa rigward sistema ġdida minflok l-inċineratur ta' l-Isptar san Luqa.
Peress li l-Board beda jaħdem xi ġimgħatejn ilu, għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk intażlux jew twarrbu xi kumpaniji. Deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt titieħed wara li l-Board jispiċċa l-evalwazzjoni tiegħu u jirraporta lura lid-Direttur tal-Kuntratti.
Għal raġunijiet ovvji ser ngħaddi l-komposiżżjoni tal-Board lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada kemm tat kuntratti għal xogħlijiet fl-iskejjel tul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? X'kienet in-natura tax-xogħol li sar f'kull skola? F'kull każ, x'kien il-valur tax-xogħlijiet u kemm tħallas minnhom għax-xogħol li sar? Min kienu l-kuntratturi li għamlu u li tħallsu tax-xogħlijiet?
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Taħditiet ma' awtoritajiet Griegi dwar il-qasam tas-Search & Rescue
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet tal-ministeru tiegħu ma' l-awtoritajiet Griegi dwar ftehim ta' ko-operazzjoni fil-qasam tas-Search & Rescue?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fuq inizjattiva ta' l-Awtoritajiet Maltin tal-1998, kien ġie propost ftehim bilaterali bejn Malta u l-Greċja fil-qasam tas-search and rescue. It-test tal-ftehim huwa konkluż miż-żewġ naħat salv ċerti emmendi li jirrikjedu negozjati tekniċi diretti li għandhom iseħħu f'qasir żmien.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-livell ta' appoġġ li Malta kisbet diplomatikament s'issa sabiex tospita il-European Border Management Agency? Liema huma l-contenders l-oħra?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fuq talba tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ghamel il-kuntatti mehtiega ma’ l-awtoritajiet koncernati fil-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-disponibbilita’ ta’ Malta li tospita din l-Agenzija Ewropea. L-Estonja, il-Polonja, is-Slovenja u l-Ungerija wkoll indikaw l-interess taghhom f’din il-materja.
Jista' il-Ministru jikkonferma li s-segretarju ġenerali tal-GCC l-Eċċellenza Tiegħu Abdul Tahman Atiya mistenni jżur Malta fil-ġejjieni? Jekk iva, meta mistenni jsir dan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nikkonferma li s-Segretarju Generali tal-Kunsill ghall-Kooperazzjoni bejn il-pajjizi tal-Golf Gharbi (GCC) accetta l-istedina biex izur Malta f’data li ghad trid tigi stabbilita..