Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq apparat energy saving matul Jannar u Marzu 2007 kien li turi t-tabella hawn taħt. Jannar Lm Frar Lm Marzu Lm Uffiċċju tal-Prim Ministru 85 35 95 Forzi Armati ta’ Malta 12 - -

Affarijiet Barranin — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa fuq kontijiet tad-dawl fil-Ministeru u dekasteru li jaqgħu taħti kienet kif ġej: Dawl Ilma 2006 Lm 11,816.22 Lm 2,336.22 2007 Lm 10,753.73 Lm 2,208.32 Dan jindika li kien hemm tanqqis ta' 'l fuq minn Lm 1000 fuq id-dawl u tnaqqis ta' 'l fuq ta' Lm 100 fuq l-ilma. L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega eżattament ir-raġuinijiet għad-differenza fil-kontijiet. Jidher li l-miżuri ta' 'energy saving'kellhom mpatt pożittiv'.

Turiżmu u Kultura — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm uffiċċjali fi skala 1 sa 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar jew Marzu 2007.

Turiżmu u Kultura — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ‘l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull dipartiment ġie mogħti struzzjonijiet biex jikkontrolla il-konsum ta' l-enerġija. S'issa ma jinzammx rekord speċifikament għal nefqa fuq apparat ta jista' jkun energy saving.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari nru. 25582.

Kompetitivita' u Komunikazzjoni — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn Jannar u Marzu 2007 kien hemm uffiċjal wieħed biss fi skala 4 li ma kompliex fil-kariga tiegħu. Dan kien ic-Chief Executive Officer tal-Malta Standards Authority li rtira minħabba l-eta'. Din il-pożizzjoni reġgħet inliet aktar tard matul din is-sena.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri li jokkupaw kariga fil-PN

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-membri kollha fis-Segretarjati Privati kemm dawk fis-Segretarjati tal-Ministri kif ukoll dawk fis-Segretarjati tas-Segretarji Parlamentari jiġu ngaġġati skond il-Guidelines Engagement of Staff for Minister’s Secretaries. Fir-rigward ta’ uffiċjali pubbliċi, wara li dawn ma jibqgħux iservu fid-dipartimenti rispettivi u jiġu ngaġġati fis-Segretarjati Privati huma obbligati li jinnotifika lill-Kap taċ-Ċivil biss f’każ li jikkontestaw elezzjonjonijiet.

Public Service Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm 23 każ fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma’ xi deċiżjoni u ċioé ma’ xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji. Fi tnejn minn dawn il-każijiet il-Kummissjoni, wara li reġgħet ikkunsidrat il-każ, biddlet l-ewwel deċiżjoni tagħha u qablet mad-deċiżjoni tat-Tribunal.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bozoz energy savers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Tista' tgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27333 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bozoz energy savers

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Tista' tgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li tidher hawn taht.
Leg 10 PQ #27345 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host Families

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27232 u jgħid kemm hemm familji liċenzjati bħala host families li diġa' ngħataw il-kontribuzzjoni lura? Kemm tħallsu lura? Kemm fadal familji li jridu jitħallsu l-kontribuzzjoni lura? X'somma fadal titħallas? Id-deċiżjoni li tinħafer il-kontribuzzjoni hija din is-sena biss?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-refużjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-host families qed tkun proċessata mill-Awtorita’. Sa issa ma saru ebda pagamenti iżda hu mistenni li dawn joħorġu dalwaqt. Dawn ir-refużjonijiet ilaħħqu s-somma ta’ Lm12,600 u ser jaffettwaw 632 familja. Id-deċiżjoni li jingħataw dawn ir-refużjonijiet ittieħdet fid-dawl ta’ l-analiżi tas-sitwazzjoni kurrenti. Għalhekk din id-deċiżjoni mhix għal din is-sena biss.
Leg 10 PQ #27346 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħlas ta' kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27135 u jgħid kif se jiġi finanzjat il-kuntratt bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-Media Consulta International Holding AG? Kif se jsir il-ħlas lill-kumpanija u kif se jsir marbut dan il-ħlas mar-riżultati li tikseb din il-kumpanija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27374 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ftehim bilaterali ma' New Zealand

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix u/jew jekk huwiex jiġi nnegozjat xi ftehim bilaterali ma' New Zealand li jirrigwarda kemm ftehim dwar evitar ta' tassazzjoni doppja, arranġamenti reċiproċi dwar saħħa, dwar għadd speċifiku ta' residenti miż-żewġ pajjiżi dwar portability scheme tal-pensjonijiet fil-qasam tas-social welfare kif ukoll dwar working holiday arrangements għall-istudenti? Jekk iva, jista' jgħid jekk dan ġiex konkluż u meta sar dan? Jista' jindika wkoll jekk dan huwiex maħsub bħala ftehim wieħed komprensiv jew bħala parti minn sensiela ta' ftehim separati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-qafas bilaterali bejn Malta u New Zealand huwa limitat għal ftehim wieħed li jikkonċerna "Working Holiday Scheme", iffirmat fl-2004, u li jipprovdi għal 50 post biex żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu jqattgħu sena esperjenza fi New Zealand. Għaddejjin ukoll taħdidiet fuq livell tekniku dwar ftehim reċiproku fil-qasam tas-sigurta' soċjali li jinkludi provvedimenti dwar il-pensjonijiet, dawn laħqu stadju avvanzat. Jiena nfurmat li tlabt lill-Kummissarju Għoli Malti ghan-New Zealand biex isegwi t-talba għal ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.

Kunċerti mużikali — Health and safety regulations

Question

Minħabba n-numru dejjem jikber ta' kunċerti mużikali tal-massa li qed jiġu organizzati f'pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-ħarsien tal-health and safety regulations waqt dawn il-kunċerti kif ukoll jgħid jekk dawn ir-regolamenti humiex imniżżlin b'mod speċifiku f'xi legal notice, liġi jew regolament ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li materji li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta' tal-pubbliku waqt attivitajiet tal-massa ma jaqgħux taħt l-applikabbilta' ta' l-Att dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol.

Angola — Double Taxation

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin dwar double taxation avoidance mal-Angola billi hemm xi ħaddiema Maltin jaħdmu hemmhekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa ma hemm ebda diskussjonijiet għaddejin dwar double taxation agreement mal-Angola.

Storbju sa tard bil-lejl

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-Pulizija tieħu passi dwar l-ilmenti ta' diversi residenti fl-inħawi dwar storbju sa tard bil-lejl u anke kmieni fil-għodu li qed jkun hemm minn tliet stabilimenti differenti ta' divertiment f'Għargħur Road, tal-Balal li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, għalkemm matul dawn l-aħħar xhur il-Pulizija ma rċeviet ebda ilment kif imsemmi fil-Mistoqsija, regolarment isiru spezzjonijiet fl-istabbilimenti imsemmija.

Gross Domestic Product

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien il-Gross Domestic Product ras għal ras mis-sena 2000 sal-lum sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gross Domestic Product ras għal ras mis-sena 2000 sal-2006 huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni ġiet pubblikata fin-News Releases 94/2007 u 96/2007 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

Boarded out

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm Għawdxin li ġew boarded out sena b'sena f'din il-leġislatura sal-lum? Tista' tagħti breakdownraħal, raħal minn fejn ġew kif ukoll ir-raġunijiet mediċi għaliex ġew boarded out? Tista' tindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati? Minn min kienu komposti l-boards mediċi li ħadu dawn id-deċiżjonijiet tul il-perijodu ndikat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23911 li jien tajt f’Seduta Numru 496. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub, mis-sena 2006, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li l-persuni jistgħu jiġu identifikati, partikolarment fejn kien hemm persuna waħda jew tnejn, ma nħossx li għandhom jiġu ppublikati r-raġunijiet mediċi.

SVPR — Cold Store

Question

Għaliex il-cold store fil-kċina ta' San Vincenz de Paule Residence dam madwar xahar bil-ħsara? Għaliex ma ssewwiex mill-ewwel? Kemm sewa flus il-van tal-friza li ġie mikri sakemm isewwiet din il-cold store? Kemm sewa flus il-laħam li kellu jintrema' meta din il-cold store marret bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Walk In Freezer li kien bil-ħsara huwa tal-Provisions Store u mhux tal-kċina. Meta saret il-ħsara l-laħam tpoġġa fi freever van li nkera apposta. Il-laħam li ntrema kienet kunsinna li fuqha hemm każ pendenti ta' qorti u fill-fatt kellha tintalab l-awtorita' ta' l-istess qorti biex dan jintrema b'kollaborazzjoni mall-Health Inspectorate u l-MEPA. Dan l-istess freezer kellu jkun iffumigat u mnaddaf qabel ma seta jiġi msewwi u tħalla għal xi ġranet fuq testing sakemm wasal għat-temperatura meħtieġa. L-ispiża li tħallset għall-van telgħet għal Lm2010.