Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija 6496, jista' il-Prim Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija din id-darba b'referenza għal dawk maħtura biex imexxu l-MFSA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-Bord tal-MFSA huma maħturin mill-Prim Ministru skond Kap 330 tal-liġijiet ta’ Malta, kif emendat. Din il-ħatra tinsab regolata skond il-kriterji u fit-termini tal-limitazzjonijiet li hemm stabbiliti fl-artikolu 6 ta’ din il-liġi, li fosthom wieħed isib il-kompetenza professjonali fis-setturi nvoluti u kompetenzi u kapaċitajiet oħra relevanti, kemm f’Malta u kemm barra minn Malta. L-għażla tal-membri issir b’mod li kemm jista’ jkun (a) il-membership tal-Bord ikopri firxa wiesgħa tas-setturi li jaqgħu taħt il-funzjonijiet statutorji tal-MFSA u (b) jiġi assigurat illi l-Bord igawdi minn taħlita ta’ skills relevanti għat-twettiq ta’ dmirijietu.

Rabat Malta — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jispjega għalfejn is-sinjali tat-traffiku mnedija bi ftehim mal-ADT u l-Kunsill Lokali preċedenti tar-Rabat, Malta, bejn il-pjazza ta' San Duminku r-Rabat u Ħal Bajjada, ilhom mgħottija bi plastic u tape għal din l-aħħar sena peress li barra li jkerrah l-ambjent dan qed ikun ta' periklu għat-traffiku, għax xi kultant il-plastic u t-tape jitqattgħu bir-riħ u t-traffiku jibda jobdi sinjali li mhux suppost isegwi? Jista' jgħid jekk dawn is-sinjali kienux mnedija biex inaqqsu l-flow tat-traffiku ġo Ġorg Borġ Olivier Street?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku irriżulta li mis-sena l-oħra 'il hawn id-direttorat kien kiteb lill-kunsill lokali tar-Rabat tlett darbiet sabiex dawn it-tabelli jinkixfu u b'hekk tibda titħaddem it-traffic management scheme ta' l-inħawi. Din is-sistema ta' one-ways tikkumplimenta is-sistema tat-traffiku fi Triq Borg Olivier u għalhekk sakemm jinkixfu s-sinjali, it-traffic flow fir-Rabat ma tistax tkun ottimizzata.

GPS — Mediċini

Question

Kemm huwa stmat li fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, kien il-valur tal-mediċini li ntremew mill-GPS wara li jkunu nxtraw minn fondi publiċi għas-servizz nazzjonali tas-saħħa f'pajjiżna? X'kienu r-raġunijiet li ntremew dawn il-mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern kellu dawn l-ammonti ta' mediċini skaduti għas-snin 2001, 2002, u 2003. 2001 2002 2003 2004* Lm Lm Lm Lm Mediċini skaduti 236,651.59 362,171.10 142,224.81 57,063.15 * Il-figuri tas-sena 2004 huma għall-perjodu ta' bejn Jannar u Ġunju 2004. Il-G.P.S. jixtru l-mediċini fuq bażi ta' konsum ta' l-ispiżerija tal-Gvern. Raġunijiet li jiskadu l-mediċini huma bosta fosthom li konsum jinżel fi żmien qasir jew li sfortunatament pazjenti li għalihom ikunu nxtraw il-mediċini jmutu. Madankollu b'miżuri li ttieħdu u qegħdin jittieħdu fil-GPS l-ammont ta' mediċini li qiegħdin jiskadu qiegħed jonqos minn sena għall-oħra.

Awtoritajiet tas-Saħħa — Rimi ta' skart

Question

Jistgħu l-awtoritajiet tas-Saħħa jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-effett tal-iskart li qed jintrema l-Magħtab u jitħalla mikxuf u jitħassar u jinten fix-xemx? Jistgħu l-awtoritajiet tas-Saħħa jibagħtu uffiċjali jispezzjonaw is-sit biex jinvestigaw l-effett ta' x'qed isir hemmhekk fuq is-saħħa tan-nies?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-responsabbilita' tas-sit indikat hija tad-Dipartiment ta' l-Ambjent, u huwa l-istess Dipartiment li għandu l-mezzi neċessarji biex isir il-monitoring biex jinvestiga l-effetti ta' x'qed isir hemmhekk fuq is-saħħa tan-nies tal-madwar.

Bord ta' Kummissarji — Appelli dwar Taxxa fuq dokumenti u Trasferimenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jindika minn fejn wieħed jista' jakkwista' kopji ta' deċiżjonijiet mogħtija mill-Bord tal-Kummissarji Speċjali wara appelli dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed jista’ jakkwista kopji ta’deċiżjonijiet mogħtija mill-Bord tal-Kummissarji Speċjali wara appelli dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364) mingħand is-Segretarja tal-Bord tal-Kummissarji Speċjali mid-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty, 46, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita'

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema tal-Public Private Partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont imħalsa fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huwa kif ġej: Care Malta Lm138,932.80 Casa Serena Lm 68,805.50

Djar ta' l-anzjani tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid, referibbilment għall-informazzjoni mogħtija fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 6357, kif inġabret xahar b'xahar fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, is-somma ta' Lm338,366.55 li kien l-ammont miġbur mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani fid-djar residenzjali tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani fi djar — Private Public Partnership scheme

Question

Tista' il-Ministru referibbilment għall-informazzjoni mogħtija fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 6357, kif inġabret xahar b'xahar fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena , is-somma ta' Lm227,894.51 li kien l ammont miġbur mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani fi djar privati taħt il-Private Public Partnership scheme?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Persuni fi grad ta' principals li mistenni jirtiraw

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal mistennija li tirtira minn maċ-Ċivil matul il-kumplament ta' din is-sena, fis-sena 2005 u fis-sena 2006? Jsita' il-Prim Ministru jgħid kemm minnhom jaħdmu Għawdex u f'liema Dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Persuni fi grad ta' principals li mistenni jirtiraw

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal mistennija li tirtira minn maċ-Ċivil matul il-kumplament ta' din is-sena, fis-sena 2005 u fis-sena 2006? Jsita' il-Prim Ministru jgħid kemm minnhom jaħdmu Għawdex u f'liema Dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontribuzzjonijiet miġbura mill-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-kontribuzzjonijiet li nġabru mill-anzjani fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, skond informazzjoni mogħtija fir-risposta għall Mistoqsija Parlamentari numru 6357, humiex ikkalkulati fuq il-miżuri u r-rati ġodda mħabbra fl-aħħar budget? Jekk fin-negattiv x'inhi r-raġuni li dan għadu ma sarx u kif issa ser jiġi rettifikat dan id-dewmien fit talba għall-ħlas dovut biex ma jinħolqux inkonvenjenzi kbar għall istess anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammonti murija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6357, għad ma jirriflettux il-kalkoli skond Avviż Legali Nru 259 ta' l-2004. L-Onor. Interpellant japprezza li skond l-imsemmi Avviż Legali hu meħtieġ li tinġabar u tiġi proċessata nformazzjoni li ma kienetx disponibbli qabel u għalhekk ma setax jiġi evitat dan id-dewmien. Ninsab infurmata wkoll li qed isir dak kollu possibbli biex id-Dipartimenti konċernati jiffinalizzaw l-eżerċizzju ta' ġbir ta' l-informazzjoni u l-ipproċessar tagħha malajr kemm jista' jkun.

Hospital Managment Committee — SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Hospital Managment Committee għar-Residenza San Vinċenz de Paule u x'inhi l-funzjoni li għandu dan il-kumitat f' din ir-residenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Hospital Management Committee hu kompost minn: Dr.Ronald Fiorentino -Chairperson Dr.Anthony Fiorini Mr.Joe Rapinett Mr.Alfred Briffa Mr.Lino Mizzi Ms.Valerie Briffa -Segretarja Il-funzjoni ta' dan il-kumitat għada kif kienet jiġifieri li jieħu ħsieb id-day to day running tar-Residenza, il-kwalita' ta' kura kif ukoll xi ċaqliq ta' staff li jkun meħtieġ skond il-ħtieġa tas-Servizz.

Home Help — Care Service Scheme

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont intefaq fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena mis-somma ta' Lm1,400,000 Budget Vote 5064, Home Help / Care Service Scheme?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena mill-Vote 5064, Home Help Care Service Scheme kienet ta' Lm710,777.20 mis-somma globali ta' Lm1,400,000.

METCO — Skemi ta' irtirar kmieni

Question

Jista' il-Ministru jgħid u jikkonferma dwar skemi ta' irtirar kmieni fil-METCO skond kif ġie rappurtat riċenti f'gazzetta lokali? Jista' jagħti aktar dettalji?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li numru ta' skemi ta' irtirar kmieni ġew offruti lill-impjegati tal-METCO, MDC u IPSE. Dawn l-iskemi huma fuq binarri simili għal dawk li ġew offruti lill-impjegati ta' entitajiet publiċi u bi ftehiem mal-Unions rispettivi.

WSC — Postijiet tal-kiri - kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax jikkonsidra li tinstab sistema aktar ġusta rigward kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma fuq postijiet tal-kiri għax ikun hemm ħafna każi fejn meta jidħlu inkwilini ġodda jkollhom iħallsu l-kontijiet ta' ħaddieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ftit taż-żmien ilu kienet introdotta proċedura li l-inkwilin (f'każ ta' kiri) li jrid jaqleb il-kontijiet fuqu jintalab depożitu ta' LM200 biex il-kont jinqaleb fuqu u fl-istess ħin ikun hemm garanzija biex meta jitlaq il-post l-inkwilin ma jħalliex dejn mal-Korporazzjoni . Naturalment kien hemm reazjoni negativa għal dan id-depositu u l-Korporazzjoni qeda tistudja tistax issib sistema aktar ġusta għall-konsumaturi kollha. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi każ speċifiku, jista' jgħaddi l-informazjoni biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tkun tista' tindaga aħjar.

WSC — Service charge fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-service charge li dan l-aħħar deher fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jgħid ta' xiex qed iħallsu l-konsumaturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li s-service charge fil-kont tal-WSC hija l-kera tal-meter ta' l-ilma. Ir-rata tal-kera għal kont domestiku hija ta' LM12 fis-sena.

Ħaddiema ta' l-Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta xi ħaddiema tal-Air Malta jinqabdu jabbużaw minn xogħlhom? Kemm hemm ħaddiema tal-Air Malta sospiżi u għaliex huma sospiżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-proċedura użata meta xi ħaddiema jinqabdu jabbużaw minn xogħolhom hija mfissra fil-ftehim kollettiv rispettivi artikli 20 tal-UCC u ALPA - 23 tal-AAE u 24 tal-GWU. Il-ħaddiema sospiżi huma tnax. Ir-raġunijiet tas-sospensjoni huma - Importazzjoni illegali ta' sigaretti minn wieħed mill-ħaddiema, Kawża ġudizzjarja pendenti fil-każ ta' tnejn mill-ħaddiema u Sospensjoni fuq akkuża ta' serq mid-disa' ħaddiema l-oħra.