Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xgħajra — Triq Wied Glavan - tindif ta' għalqa

Question

Jista' il-Ministru jara li l-għalqa li hemm fi Triq Wied Glavan fix-Xgħajra titnaddaf u jinbena ċint skond il-liġi (kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament)? Jaf li f'din l-għalqa qed jintrema' ammont ta' skart li qed joħloq inkonvenjent filwaqt li qed ikun ta' periklu għas-saħħa tar-residenti ta' l-istess triq? Jaf li għalkemm saru diversi ilmenti ma' l-awtoritajiet konċernati baqa' ma sar xejn u dan bl-iskuża li s-sidien ta' l-għalqa mhumiex magħrufa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-għalqa msemmija hija tal-privat, għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Msida — Trq il-Ġostra - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jara li Triq il-Ġostra, fl-Imsida tingħata t-tarmac u dan peress li l-istat ta' l-istess triq qed ikun ta' periklu u inkonvenjent għall-familji residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol fiha jsir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.
Leg 10 PQ #6618 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li għandu jkollhom dawk il-familji li jilqgħu studenti barranin bi ħlas (host families) għall-iskejjel ta' l-Ingliż? Liema huma l-liċenzji li jrid ikollhom? X'inhuma l-ħlasijiet għal dawn il-liċenzji? Jista' jgħid jekk il-ħlasijiet għal dawn il-liċenzji humiex kollha l-istess jew jekk hemmx differenza fil-ħlas għal min iżomm inqas studenti minn ħaddieħor?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kriterji prinċipali li jrid jkollhom dawk li japplikaw għall-liċenzja ta' host family huma: (a) li l-akkomodazzjoni fejn se jużaw l-istudenti tkun ta' standard xieraq skond ir-regolamenti (A.L. 130 ta' l-2002); (b) li l-applikant ikun jitkellem bl-ingliż; (ċ) li jkollu kondotta tal-Pulizija tajba. Il-ħlasijiet għal din il-liċenzja huma ta' Lm 40 fis-sena f'każ li jalloġġaw tlieta jew erba` studenti, jew ta' Lm 20 fis-sena f'każ fejn jalloġġaw wieħed jew żewġ studenti. Hemm ukoll ħlas ta' Lm 25 kull sena għal kontribuzzjoni lill-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu li titnaqqas għal Lm 20 jekk titħallas fi żmien tliet xhur.

Awtorita' tad-djar — Xiri ta' djar mill-inkwlini

Question

Tista' il-Ministru tivverifika x'ġara minn applikazzjoni lill-awtorita' tad-djar skema 9 - 384/92 sabiex jinxtara appartament fil-Mosta mill-inwkilin, fejn minkejja li tħallas id-depożitu sal-lum ma sarx il-kuntratt finali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li wara li rċeviet l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, l-Awtorita' tad-Djar talbet il-permess lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex isir il-bejgħ. Id-Dipartiment informa lill-Awtorita' li ma kienx jista' jagħti tali permess qabel ma jitwaqqa l-bini illegali li hemm ma' l-istess fond. Ninsab infurmata wkoll li fil-fatt ma' sar ebda konvenju u l-applikant ma għamel ebda ħlas għax-xiri tal-post.

SVPR — Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu anzjani fir-residenza San Vinċenz de Paule mis-sena 2000 sal-lum u kemm kellhom eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: Age Groups Number of patients with that age Below 45 1 45-50 7 51-55 10 56-60 14 61-65 29 66-70 77 71-75 125 76-80 254 81-85 340 86-90 324 91-95 199 96-100 52 101+ 6

Tobba ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu f'Malta u ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar tobba barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej: Pajjiż Minn Fejn Ġejjin Numru Netherlands 2 Renju Unit 1 Polonja 12 Repubblika Slovakka 12 Serbja u Montenegro 11 Bosnia 5 Bulgarija 1 Repubblika Ċeka 3 Ukraina 5 Russja 3 Maċedonja 1 Albanija 1 Greċja 1 Norveġja 1 Lebanon 2 Total 61

OPM — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta’ kuntratturi qed jirreferi.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.

PBS — Co-ordinator finance

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator finance fil-qasam ta' l-accounts u book keeping? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha l-istess persuna tagħmel xogħol ta' accounts fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator finance? Kemm-il grad telgħet biex laħqet co-ordinator finance?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Co-ordinator administration

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha taħdem fil-qasam tar-riżorsi umani l-persuna li ngħatat il-kariga ta' co-ordinator administration fil-PBS? X'kien il-grad ta' din il-persuna sal-lum u f'liema uffiċċju kienet taħdem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Co-ordinator finance/co-ordinator administration

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw fl-intervisti għall-ħatriet ta' co-ordinator finance u co-ordinator administrationfil-PBS? Kemm kienu jġorru marki kull wieħed minn dawn il-kriterji? Kemm ġabu marki l-kandidati li applikaw għal dawn iż-żewġ postijiet għal kull kriterju? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla għal dawn iż-żewġ gradi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Co-ordinator news

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator news fil-PBS? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha tagħmel xogħol ta' aħbarijiet fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator news?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Ħaddiem

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandu l-ħaddiem tal-PBS li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm-il sena ilu jaħdem fil-PBS u kemm ilu jagħmel xogħol fil-qasam ta' l-aħbarijiet fl-istess kumpannija? X'inhu l-grad fil-PBS ta' din il-persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Environmental Landscaping Consortium — Public private partnership

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hawn xi tibdil fil-membri tal-consortium u fil-kondizzjonijiet tal-kuntratt bejn il-consortium u l-gvern fil-każ tal-public private partnership ma' l-Environmental Landscaping Consortium?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba għaż-żewġ mistoqsijiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant hija fin-negattiv.

MOBC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-persuni indikati separatament, m'għadhomx involuti fit-tmexxija ta' l-MOBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li persuna minnhom għadha fl-istess pozizzjoni, il-persuna l-oħra spiċċat mill-pozizzjoni tagħha minħabba l-integrazzjoni tal-MOBC mal-Enemalta.

MEPA — Area fi Triq il-Bajjada, Qormi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk policy Q011 li kienet proposta fil-public consultation draft dwar area fi Triq il-Bajjad, Qormi hijiex se tinbidel wara li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kien ressaq oġġezzjoni għaliha u wkoll kien ippropona li din l-area titħalla bħala buffer zone sabiex jitnaqqas l-impatt industrijali f'din l-area?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f' seduta oħra.