Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #6583 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Inbejjed — Tneħħija ta' levy

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5673 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi u cioe' jista' jgħid, issa li tneħħiet il-levy mill-inbid prodott fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, x'se jsir biex dan ir-roħs jiġi rifless fil-prezzijiet li jżommu għall-inbid ir-ristoranti, bars, eċċ.? Jista' jgħid jekk dawn jaqgħux taħt il-kontroll tal-prezzijiet anke fil-każ ta' prodotti oħra bħal birer?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-prezzijiet ta' l-ikel u xorb fir-ristoranti huma liberizzati, jiġifieri, l-Gvern jew l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma jistgħux jistabilixxu prezzijiet. Naturalment dawn l-istabilimenti jrid jkollhom menu bil-prezz ta' l-ikel u xorb li huma joffru biex il-klijent ikun jaf minn qabel kemm se jħallas. Għalkemm huwa s-suq li jistabilixxi l-prezz, fil-każ tat-tnaqqis tal-levy mill-imbejjed importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja, dan għandu jwassal għal tnaqqis fil-prezzijiet ta' dawn l-imbejjed.

Persuni li mietu kawża tat-tipjip

Question

Jista' il-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju ta' din is-sena, kemm kien hemm imwiet direttament jew indirettament minħabba t-tipjip? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kien hemm f'kull każ taħt is-60 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet bejn Jannar u Mejju tas-sena 2004 u li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 168 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Kien hemm 121 irġiel u 47 nisa. Minn dawn kien hemm 15 irġiel u 4 nisa taħt is-60 sena.

Skejjel — Tipjip fost l-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għandha ppreparat id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għas-sena skolastika li jmiss biex tkompli jnaqqas il-ħajra għat-tipjip fost l-istudenti fl-iskejjel? Dan japplika wkoll għall-iskejjel mhux statali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dwar it-Tipjip, "Il-Politika dwar -Imġieba tajba u d-dixxiplina għall-Iskejjel" tgħid li "L-istudenti huma assolutament ipprojbiti milli jpejpu" u "taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom in-nies fl-iskola jpejpu quddiem l-istudenti"(pg17). Dwar it-tipjip, isiru lezzjonijiet u diskussjonijiet fil-P.S.D. (Personal and Social Development) u l-istudenti jsiru jafu il-ħsara li t-tipjip jagħmel għas-saħħa. Dawn ilhom isiru għal aktar minn għaxar (10) snin, u s-suġġett ikopri l-istudenti mill-Form 1 sa' Form 5. Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti qiegħed f'kuntratt mal-Health Promotion Unit biex minn Ottubru naħdmu biex dawk l-istudenti li jixtiequ jaqtgħu dan il-vizzju jiġu mgħejjuna permezz ta' counselling u mezzi oħra.

Skejjel — Studenti li jixorbu l-alkoħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex aċċettabbli li qed ikun hemm numru dejjem akbar ta' żgħażagħ ta' l-eta' ta' l-iskola li qed jixorbu l-alkoħol? X'beħsiebha tagħmel id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tipprova tikkontrolla u tnaqqas it-tehid ta' alkoħol fost l-istudenti fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-"Politika dwar l-imġieba tajba u d-dixxiplina għall-iskejjel" tgħid li "L-istudenti huma assolutament ipprojbiti milli jixorbu l-alkohol". "Taħt l-ebda ċirkostanza m'għandhom in-nies fl-iskola jieħdu alkohol quddiem l-istudenti" (pg 17). Jekk jinqabdu, hemm sanzjoni mill-ewwel sat-tielet livell marbutin na' kemm hi serja l-offiża. Għalhekk hu fatt magħruf li m'huwiex aċċettabli li qed ikun hemm numru dejjem akbar ta' żgħażagħ ta' l-eta ta' l-iskola li qed jixorbu l-alkohol. F'dawn l-aħħar għaxar snin isiru lezzjonijiet u diskussjonijiet fil-lezzjonijiet tal-P.S.D.(Personal and Social Development) u l-istudenti jsiru jafu fuq il-ħsara li x-xorb jagħmel lil saħħithom. Dawn il-lezzjonijiet isiru lill-istudenti mall-Form 1 sa' Form 5 u hemm servizzi oħra minn N.G.O's fl-iskejjel Primarji. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ilha li bdiet bil-programmi tagħha biex tipprova tikkontrolla u tnaqqas it-tehid ta' l-alkohol fost l-istudenti u se tkompli bil-programmi li hemm. Dwar studenti fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti, l-informazzjoni tinkiseb min-NonState Schools Section fid-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education.

Rabat — Ċimiterju ta' Santa Margerita

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jiġi estiż iċ-ċimiterju ta' Santa Margerita fir-Rabat u jekk le, hemmx xi sit ieħor fil-viċin li qed jiġi kkonsidrat għal dan l-istess għan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li m'hemmx ħsieb li jiġi estiż iċ-Ċimiterju ta' Santa Margerita fir-Rabat. Dwar siti ġodda, kien hemm diversi attentati sabiex jinstab lok addattat fejn jista' jinbena Ċimiterju ġdid fil-limiti tar-Rabat. Intalbet ukoll l-assistenza tad-Dipartiment ta' l-Artijiet fuq dan ir-rigward. S'issa, tali lok għadu ma ġiex identifikat.
Leg 10 PQ #6595 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Triq Rudolph Saliba - Skavi

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-iskavi fis-sit mgħoddi b'riżoluzzjoni parlamentari lill-grupp ta' l-iscouts tar-Rabat f'Rudolph Saliba Str, ir-Rabat? Meta jaħseb li jkun jista' jitkompla x-xogħol tal-bini tal-kwartieri ta' l-istess grupp ta' scouts?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-iskavi arkeoloġiċi fis-sit mgħoddi lill-iscouts f'Rudolph Saliba Street, Rabat tlestew f'Mejju ta' l-2004. Dan l-iskav ġie dirett mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u sar bi qbil mal-1st Rabat Scout Group. Is-Sovrintendenza ikkomunikat ir-riżultati ta' dan l-iskav lill-Malta Environment and Planning Authority fis-6 ta' April 2004. Is-Sovrintendenza irrikmandat li s-sit jiġi skedat bħala Class B. Wara li tlesta l-iskav arkeoloġiku u saret ir-rikomandazzjoni lill-MEPA, il-1st Rabat Scout Group irtiraw l-applikazzjoni għall-iżvillup fuq dan is-sit. Attwalment l-iscouts qegħdin involuti f'taħdidiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jingħataw sit alternattiv.

Rabat — Triq Mdina - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jinformana hemmx il-ħsieb li Triq Mdina li twassal għar-Rabat tiġi mogħtija wiċċ ġdid bit-tarmac minħabba li gandotti li kienu ġew imqattgħin minn naħa għall-oħra tat-triq bejn l-1997 u l-1998 ikkaġunaw ħsara lill-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.

Tas-Sliema — Triq Sir L. Camilleri/trejqet Victori a- parkeġġ

Question

Ġaladarba l-awtorita' dwar it-trasport tagħti istruzzjonijiet lill-kunsilli lokali, fosthom dak ta' Tas-Sliema dwar parking fuq il-bankini, tista' l-awtorita' allura tikkonsidra il-parkeġġ fi Triq Sir L. Camilleri u trejqet Victoria f'Tas-Sliema bl-istess mod kif ġew kkonsidrati toroq oħra simili f'Tas-Sliema? F'dawn iż-żewġ toroq speċifiċi, il-kunsill ta' Tas-Sliema talab lill-awtorita' dwar it-trasport biex jikkonsidrahom bl-istess lenti.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku irriżulta li ġo Tas-Sliema qatt ma nħareġ l-ebda permess għall-ipparkjar tal-vetturi fuq il-bankina. Dawn il-permessi ma jinħarġux mid-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku minħabba l-periklu li jista' jinħoloq għall-pedestrians.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar benefiċċju

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għala l-benefiċċju dovut lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li weġġa' fuq il-post tax-xogħol fit-13 ta' Mejju, 2004 sal-lum għadu ma nħariġlux b'konsegwenza li din il-familja għaddejja minn tbatija kbira?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Fabbriki

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6402 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki f'kull industrial estate f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu d-daqs tal-workforce li hemm f'kull estate u possibbilment kull fabbrika?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Public transport directorate — Trasferiment ta' bus stop

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6405, jista' il-Ministru jara jekk sarx xi progress għat-talba f'isem numru ta' residenti li saret permezz ta' ittra mibgħuta minni lill-public transport directorate bin-numru tar-referenza li qed jintbagħat separatament, u dan sabiex jitressaq bus stage minn post għall-ieħor?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat li wara li saret żjara fuq il-post irriżulta li jekk jiġi rilokat il-bus stage imsemi, il-passiġġier ikollu jimxi distanza kosiderevolment twila ta' madwar 300 metru.

Qrati — Informazzjoni dwar sentenzi fuq l-internet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, fir-rigward ta' informazzjoni provduta fuq l-internet konċernanti sentenzi u verbali b'mod partikolari, jekk tali informazzjoni hijiex dettata minn obbligu legali sabiex l-istess tkun disponibbli entro terminu speċifikat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni provduta fuq l-internet dwar sentenzi u verbali mhux dettata minn obbligu legali. Għalhekk ma hemmx terminu speċifikat meta din l-informazzjoni titpoġġa fuq l-internet. Madankollu, isir sforz kontinwu biex l-istess informazzjoni tkun disponibbli mill-iktar fis possibli.

Dipartiment ta' l-artijiet — Kiri ta' uffiċini lit-taqsima proprjeta' tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien ir-response għall-avviż għall-kiri ta' uffiċini għat-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern? F'liema lokalitajiet ġew offruti l-uffiċini u x'inhi l-kera mitluba għal kull wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern irċeviet ħames proposti bħala response għall-avviż għall-kiri ta' uffiċini. Minħabba n-natura kummerċjali ta' din l-informazzjoni ma nħossx li dettalji dwar kull proposta għandhom jingħataw f'dan l-istadju. Il-lokalitajiet fejn ġew offruti l-uffiċini huma l-Birgu, Qormi, Sta. Venera u Marsa.

Ta' Qali — Asfaltar ta' triq li tagħti għal hamlet tal-Ħemsija

Question

Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti mill-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali għal hamlet tal-Ħemsija u li tibqa' sejra sat-triq arterjali ta' taħt ir-Rabat tiġi rranġata peress li tinstab fi stat ħażin ħafna u ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5973.

Ħaġar Qim — Bdiewa li tteħdulhom l-għelieqi tagħhom

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb minn naħa tal-ministeru li joffri post alternattiv lill-15-il bidwi li se jitteħdulhom l-għelieqi tagħhom li jinsabu fl-inħawi ta' Ħaġar Qim fl-Imnajdra wara sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fl-10 ta' Ottubru 2003 minn sidien privati kontra l-Kummissarju ta' l-Artijiet u dan wara li dawn il-bdiewa ġew imġiegħla jevakwaw l-art sal-15 ta' Awissu 2004 wara li kienu ilhom joperaw fl-inħawi sa mill-1987 fuq ftehim ta' kirja li kien intlaħaq bejnhom u bejn id-dipartiment ta' l-artijiet? Qed nibgħat kopja tar-referenza tal-każ under separate cover.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mid-draft agreements imnedija mill-awtorita' dwar it-trasport li hemm pendenti ma numru ta' kunsilli lokali dwar toroq li għadhom mhux asfaltati fil-lokalita' tagħhom? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi bidla fil-policy minn naħa tal-gvern wara l-ħatra tiegħu bħala ministru tat-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3855. Madanakollu, jien informat illi fil-preżent m'hemmx il-ħsieb li jsiru aktar kuntratti għal din is-sena.

Ħal Qormi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma meta se jiġi ffirmat id-draft agreement ippreparat mill-awtorita' dwar it-trasport flimkien mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar dawn it-toroq: Triq il-Kaċċatur, Triq l-Armal, Triq Santa Katerina, Sqaq iz-Zenqa, Triq Bertu Hyzler u Triq ir-Ragħaj li ilu biex jiġi ffirmat minn Jannar 2004? Jekk il-Ministru m'għandux il-ħsieb li jiffirma dan il-ftehim, jista' jagħti l-konferma tiegħu meta dawn it-toroq se jitlestew minn naħa tad-Direttorat tat-Toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6611, fir-rigward ta' toroq fil-lokalita' ninsab informat illi dawn qegħdin inklużi fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol fihom isir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.

Birkirkara — Dwal biswit it-terminus tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dwal li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara kif ukoll dawk li hemm biswit it-terminus tal-karozzi tal-linja fl-istess post, jerġgħu jinxtegħlu? Jaf li din iz-zona ilha fi dlam ċappa għal ġimgħat sħaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Swatar — Klieb li qed ikunu jiġru barra t-triq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed iħalli diversi klieb jiġru barra t-triq b'periklu ċar għal dawk kollha li jgħaddu minn Triq Giuseppa Psaila fis-Swatar? Jaf li dawn il-klieb diġa' attakkaw u gidmu xi residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qed ikun investigat.