Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni impjegati fis-Segretarjat — Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-segretarjat privat tiegħu, liema huma b'kuntratt jew sekondati minn xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hector Chetcuti Malta Transport Authority Private Secretary Rose Curmi Department of Education Private Secretary Malcolm Borg MEPA Policy Co-Ordinating Officer John Camilleri Department of Education Secretariat Officer Kevin Farrugia Water Services Corporation Secretariat Officer Joan Gabriele Health Division Secretariat Pool Monica Mizzi MIMCOL Secretariat Officer Mary Muscat Department of Education Secretariat Pool Raphael Orsini Private Sector Secretariat Officer Darrell Pace Consumer and Competition Division Communications Co-ordinating Officer Vince Micallef Pule VAT Department Asst Private Secretary Joseph Borda Minister for Tourism and Culture. Secretariat Officer Godric Marston Youth Department Secretriat Pool Amanda Jones Department of Education Secretariat Messenger Alex Formosa Private Sector Security/Driver Sandra Caruana Private Sector Security/Driver Michael Farrugia MCAST Secretariat Messanger Carmelo Bellia Maltacom Secretariat Messanger

Chalet tas-Sliema

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbdewx taħdidiet ma l-iżviluppaturi li ġew awarded il-proġett tax-Chalet tas-Sliema? Jekk fl-afferemattiv f'liema stadju waslu n-negozjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-iżviluppaturi li ġew awarded il-proġett inħarġilhom il-letter of acceptance fis-17 ta' Diċembru 2001, fejn fost kundizzjonijiet oħra, kellhom japplikaw mal-MEPA għal full development permit. Wara, kien hemm taħdidiet mill-iżviluppaturi mal-MEPA. Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qiegħed jistenna li jinħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA biex ikun jista' jikkonkludi l-kuntratt ta' l-għoti tat-tender.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar bonus

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li l-informazzjoni dwarha qed tintbagħat separatament, ma rċevietx il-bonus ta' Ġunju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tweġiba hi fin-Negattiv. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-agenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Minsiteru tas-Saħħa — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-dekasteru tiegħi f'dawn l-aħħar ħames snin ma sarx użu mis-servizzi tal-kumpannija ndikata mill-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpaniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm użu mis-servizzi tal-kumpanija ndikata.
Leg 10 PQ #6526 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment, kumpannija, awtorita` jew korporazzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija irreferuta mill-Onor. Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpanniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.
Leg 10 PQ #6527 Sitting 152 2004-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Biljetti ta' l-ajru

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar ħames snin l-ebda dipartiment fil-Ministeru għal Għawdex ma' għamel użu mis-servizzi tal-kumpanija li għaliha l-Onor Interpellant għamel referenza.

Ministeru għall-Investiment — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qorti Kostituzzjonali

Question

Peress li dan l-aħħar il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet, wara diversi deċiżjonijiet mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) li kawżi riferuti lilha rigward provedimenti Kostituzzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem minn bordijiet u tribunali ma setgħux hekk jiġu riferuti minħabba li tali tribunali u/jew bordijiet ma ġewx konsidrati b ħala Qorti. Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li għandhom isiru xi emendi jew regolamenti lokalment f'dak ir-rigward biex wieħed inaqqas il-frustrazzjoni ta' nies li jkollhom tali kawżi u ma jieħdux dak li ħaqqhom fi żmien konsidrat bħala wieħed raġonevoli?

Response (BORG, TONIO)

Is-sitwazzjoni qegħda tiġi eżaminata mill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali iżda nirreleva lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjonijiet li semma ma jfissirx li nies li jkollhom kawżi quddiem Bordijiet jew Tribunali ma għandhomx rimedji kostituzzjonali għal dewmien irraġonevoli. Ir-rimedji possibli huma tnjen: jew b'riferenza jew b'rikors. Il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li r-rimedju ta' riferenza ma hux applikabbli għal proċeduri quddiem Bordijiet/Tribunali. Ir-rimedju tar-rikors, iżda, jibqa' applikabbli.

Wied il-Għajn — Fair way tal-bajja

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi, possibbli jittieħdu passi biex jiġi aċċertat il-fair way fil-bajja ta' Wied il-Għajn għax hemm sajjieda li huma full timers li ma jistgħux jidħlu u joħorġu minn din il-bajja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-proċess tal-fairway fil-bajja ta' Marsaskala beda bil-ħruġ ta' l-Avviż għal Baħħara f'Marzu li għadda. F'każijiet bħal dawn, l-Awtorita' Marittima tipprova tilħaq il-kunsens mal-partijiet konċernati. F'dan il-każ qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-Għaqda Dilettanti ta' Marsaskala peress li wisq probabbli ser ikun hemm bżonn isiru diversi ċaqlieq ta' dgħajjes u mażżri. Il-koperazzjoni bejn il-partijiet kollha konċernati, f'każijiet bħal dawn, hija mportanti ħafna sabiex din il-materja tiġi konkluża f'qasir żmien.

Vapur MV Doulous

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern vis-a-vis il-wasla imminenti f'Malta tal-vapur MV Doulous u l-bejgħ ta' kotba minn fuqu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-MV Doulos ilu jidħol Malta għal diversi snin u l-Awtorita' Marittima ma ssib ebda problema li talloka berth għal dan il-vapur. Għar-rigward ta' bejgħ ta' kotba, jien infurmat li għad iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji.

ETC — Persuni ta' nazzjonalita' barranin li applikaw biex jaħdmu f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' persuni jew ħaddiema barranin li applikaw mal-ETC biex jibdew jaħdmu f'Malta mill-1 ta' Mejju li għadda sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma' wasalx, tagħrif jingħata f'xi Seduta oħra.

Kumitat ta' l-NGOs

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-kumitat ta' l-NGOs u rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern li jagħmlu ħidma ma' l-immigranti llegali fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern? Jista' jgħid għaliex dan l-aħħar il-kumitat ma kienx qeigħed jiltaqa"? Jista' jgħid meta se jiltaqa' dan il-kumitat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dan il-Kumitat, li twaqqaf minn dan il-Ministeru meta l-għadd ta' immigranti illegali żdied b'mod drammatiku li wassal għal stat ta' emerġenza, iltaqa' l-aħħar f'Ottubru 2003. F'Diċembru li għadda l-Kabinett iddeċieda li ċerti oqsma relatati mal-bżonnijiet tar-refuġjati jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Fil-fatt il-Gvern issuġġerixxa t-twaqqif ta' forum ta' Organizzazzjonijiet Non Governattivi li jaħdmu f'dan is-settur. Ir-rwol ta' dan il-forum se jkun prinċipalment li jikkoordina s-servizzi offruti lir-refuġjati u jassisti fl-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda. Nixtieq ngħid ukoll li kull meta nħass il-bżonn, u ġie mitlub, dan il-Ministeru kien dejjem lest jiltaqa', fi spirtu ta' kooperazzjoni ma' l-NGOs involuti f'dan is-settur.

MEPA — Tibdil ta' faċċati ta' djar fl-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-Belt antika ta' l-Imdina għal tibdil ta' faċċati ta' djar privati f'dawn l-aħħar sitt xhur, mill-1 ta' Jannar 2004? Għal liema bini kien (numru u triq) u x'kien jinvolvi dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk fl-istess perijodu kienx hemm min inqabad jagħmel xogħol fuq il-faċċata tad-dar fl-Imdina mingħajr permess? X'passi ttieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.