Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #6536 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Rappreżentant permanenti ta' Malta għall-UE — Working time directive

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi lobbying min-naħa tar-rappreżentant permanenti ta' Malta ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex titneħħa il-flessibbilta' dwar l-implimentazzjoni tal-working time directive?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nista' nikkonferma li din il-kwistjoni hija ta' mportanza għal Malta u li kemm il-Ministru kkonċernat kif ukoll ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea qegħdin isegwu din il-kwistjoni mill-viċin. Nista' ukoll nassigura lill-Onorevoli Membru li qed isir kull sforz f'kull livell, mhux biss fil-livell tar-Rappreżentanza Permanenti imma wkoll f'livell Ministerjali, sabiex nassiguraw li l-flessibilita' dwar l-implimentazzjoni tal-"working time directive" ma tintneħħiex.

Satellite dishes licences

Question

Il-Gvern Malti meta mistenni jieħu deċiżjoni formali dwar il-liċenzji fuq id-dishes tas-satelliti? Il-Gvern Malti jikkonsidra attivament li jagħti refunds fejn applikabbli? Ma jħossx il-Ministru illi l-Gvern Malti għandu jaġixxi unilateralment flok joqgħod jistenna l-UE tiċċensurah dwar dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Din il-kwistjoni qegħda tiġi kkunsidrata, u nista nassigura lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li l-Gvern qed jistenna xi ċensura. Madankollu qabel jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn iridu jiġu kkunsidrati diversi fatturi.

Qasam ta' l-Informatika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' ko-operazzjoni ma' Iżrael fil-qasam ta' l-informatika fid-dawl ta' l-avvanzi kbar li għamel dan il-pajjiż f'dan is-settur partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed jiddiskuti programm ta' kooperazzjoni teknika f'dan il-qasam mal-Gvern Iżraeljan. Id-diskussjonijiet qegħdin isiru permezz ta' l-Ambaxxata Maltija għall-Iżrael.
Leg 10 PQ #6539 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech li saru mill-Ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shanghai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministru predeċessur tiegħi kien responsabbli wkoll għall-Promozzjoni ta' l-Investiment. Għar-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirrivolġi d-domanda lill-Ministru kompetenti.
Leg 10 PQ #6540 Sitting 154 2004-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ġurnal Ġermaniż 'STERN' — Artiklu offensiv dwar Malta

Question

Il-Gvern Malti irreaġixxa għall-artiklu offensiv dwar Malta li deher fil-ġurnal influwenti Ġermaniż 'STERN' tas-6.5.04? Jekk iva, jista' jippubblika it-tweġiba uffiċjali ta' l-ambaxxata?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nikkonferma illi l-Ambaxxata Maltija f'Berlin irreaġixxiet għall-artiklu dwar Malta li kien ġie ppubblikat fil-ġurnal Ġermaniż billi kitbet lura lil dan l-istess ġurnal ittra ta' protesta, liema ittra hija hawnhekk annessa u li ġiet ippubblikata fil-ħarġa ta' Ġunju 2004.

Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni — Premiums

Question

Ġaladarba biex wieħed isuq vettura jrid ikollu polza ta' assigurazzjoni, il-Gvern għamel xi ħaġa biex jiżgura li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, li bil-liġi għandhom suq maħluq għalihom, ma jieħdux vantaġġ minn din is-sitwazzjoni a skapitu tal-konsumatur? Il-Gvern għandu xi kontroll fuq il-premiums li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jitolbu? X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-ilmenti li jidhru ġustifikati ta' sewwieqa tal-muturi dwar żidiet esaġerati mitluba għall-polza tal-muturi? Il-Gvern indaga dwar din is-sitwazzjoni? X'inhu r-riżultat ta' din l-indaġini, jekk saret? Jaf il-gvern li l-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi jidhrilha li l-kumpanniji ta' assigurazzjoni għandhom tendenza li joħolqu cartel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellat illi: 1) is-suq Malti ta’ l-assigurazzjoni huwa wieħed li jimxi fuq il-prinċipju ta’ kompetizzjoni bejn il-kumpanija u għażla tal-konsumatur. Is-suq ta’ l-assigurazzjoni huwa miftuħ għal kull min hu interessat li jaħdem fiħ u li huwa f’pożizzjoni li jaqdi l-obbligazzjonijiet kollha taħt il-liġi sakemm ikompli f’dan il-kummerċ; 2) il-premium huwa wieħed maħdum mill-kumpanija ta’ l-assigurazzjoni u hemm fatturi varji fuqiex jiġi bbażat per eżempju t-tip ta’ riskju, tibdil fil-liġijiet li jkabbru r-riskju għall-assiguratur, il-claims records tad-detentur tal-polza eċċ. Din hija prattika li teżisti f’kull suq finanzjarju internazzjonali li hu ħieles u liberu; 3) l-ilmenti li rċeviet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta minn sidien ta’ muturi ġew investigati. Mill-investigazzjoni tagħha jidhru li dawn iż-żidiet huma riżultat ta’ varji fatturi: tibdil fil-leġislazzjoni li għamlet obbligatorja l-ħtieġa li ‘l-pillion rider’ ikun kopert mill-polza ta’ l-assigurazzjoni, il-ħtieġa li kull kuntratt ta’ l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għar-riskji tat-terzi persuni ikun awtomatikament estiża biex tkopri inċidenti li jiġru ġewwa l-Ewropa u EEA states. Numru ta’ kumpaniji barranin ta’ l-assigurazzjoni li jiktbu dan it-tip ta’ riskju m’għadhomx joperaw f’Malta; 4) l-indaġini tal-prezzijiet tal-‘premiums’ hija materja li taqa’ taħt l-Uffiċċju dwar Kompetizzjoni Ġusta. L-awtoritajiet finanzjarji ma jistgħux jieħdu azzjoni dwar spekulazzjonijiet ta’ presunt kartel u barra minn hekk il-liġi tassenja responsabbilta’ għal din il-materja lill-Uffiċċju dwar Kompetizzjoni Ġusta.

Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni — Poloz ta' l-assigurazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid, peress li għal ħabta ta' April l-awtorita' Maltija dwar is-servizzi finanzjarji, l-MFSA, kienet qalet li kienet talbet lil waħda mill-kumpanniji ta' assigruazzjoni biex tispjega l-pricing policy tagħha u dan minħabba żidiet fenomenali fil-poloz ta' assigurazzjoni tal-muturi li din il-kumpannija bdiet titlob, u għadha qed tesiġi, din l-ispjega ngħatat? Jekk le, l-MFSA fakkrita lill-kumpannija dwar l-ispjega li l-MFSA talbet? Jekk l-MFSA ngħatat din l-ispjega, l-MFSA aċċettata? Jekk aċċettata, l-MFSA se tgħid x'inhi din il-policy biex il-konsumaturi jkunu jafu għaliex qed jiġu mitluba dawn il-premiums, li saru ogħla għall-mutur milli huma għall-karozza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjonjiet li għamlet l-Awtorità Maltija għas-servizzi Finanzjarji ta’ Malta, jirriżulta li dawn iż-żiedet ġew imposti mill-prinċipal barrani ta’ dan l-aġent Malti. L-aġent tal-kumpanija ta’ l-assigurazzjoni huma marbuta bl-istruzzjonjiet li joħorġu l-prinċipali tagħhom. Mill-investigazzjonijiet jidher ukoll li fis-suq hawn numru ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni oħra li qegħdin joffru assigurazzjoni għall-muturi, u l-premium ivarja minn kumpanija għall-oħra. Il-premium li jiġi mitlub minn kumpanija huwa bbażat fuq fatturi differenti, fosthom hemm tip ta’ mutur li qiegħed ikopri, l-‘claims experience’ tas-sewwieq, l-età tas-sewwieq, eċċ.

Użu ta' muturi minflok karozzi

Question

Peress li l-Prim Ministru kien qal li l-ambjent hu wieħed mill-prioritajiet tal-gvern tiegħu, jista' jgħid jekk jarax aħjar jew agħar għall-ambjent il-muturi mill-karozzi? Jista' jgħid jekk hux beħsiebu jagħmel xi ħaġa biex jinkoraġġixxi l-użu ta' muturi bħalma jagħmlu gvernijiet oħra fl-Ewropa u b'hekk jgħin ill-ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ambjent huwa ċertament priorità għal dan il-Gvern. Dan intwera bil-fatti tul dawn l-aħħar xhur. Għaldaqstant kull inizjattiva li hija fattibbli tiġi kkunsidrata. F’dal-każ partikolari hemm diversi konsiderazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati qabel ma wieħed jikkonkludi li jista’ juża muturi minflok karozzi.

Malta Insurance Association/MFSA — Rapport dwar inċidenti li jinvolvu muturi

Question

Jista' jingħata ħjiel dwar meta se jitlesta r-rapport li ġie kkummissjonat mill-Malta Insurance Association u l-awtorita' Maltija dwar servizzi finanzjarji li se jistabilixxi l-loss records dwar inċidenti li jinvolvu muturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi r-rapport ġie kkummissjonat mill-Malta Insurance Association (“MIA”) u huwa ko-sponsorizzat mill-MFSA. Ir-rapport qiegħed isir bil-għan sabiex fost affarijiet oħra jiġi stabbilit il-loss records dwar inċidenti li jinvolvu muturi. F’dan ir-rigward nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li x-xogħol fuq dan ir-rapport għadu għaddej, minħabba li hemm involut ħafna xogħol sabiex tinġabar din l-informazzjoni, mill-membri tal-MIA. L-għan huwa li dan ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.

Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni — Muturi assigurati

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti statistika, not extrapolated, ta' l-aħħar ħames snin, sena b'sena, fuq muturi dwar talbiet li ġew milqugħa u oħrajn li għadhom qed jiġu kkonsidrati? Jista' f'din l-istatistika jgħid kemm kien hemm ħsara lil mutur assigurat fejn dan kien assigurat comprehensively, ħsara ta' proprjeta' lil third parties u korrimenti kaġunati lil third parties?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità għas-servizzi Finanzjarji ta’ Malta ma żżommx l-istatistika fil-format li qiegħed jintalab. L-Awtorità għandha biss informazjoni fuq il-premium u l-claims li jirrigwardaw is-settur kollu tal-vetturi bil-muturi (motor vehicles) li fiha tinkludi l-premium u l-claims tal-muturi (motorcycles). Din l-istatistika ma tiġix maqsuma fit-tip ta’ polza ta’ assigurazzjoni jiġifieri, comprehensive, ħsara ta’ proprjeta’ lil third parties u korrimenti kaġunati lil third parties.

Edukazzoni — Instructor

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li huwa instructor u m'għamilx kors fil-pedagoġija jkunx intitolat għall-increments fil-paga tiegħu? Kemm hemm instructors li m'għamlux dan il-kors fil-pedagoġija?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-Grad ta' Instructor, bħal gradi oħrajn, hu marbut ma' skala ta' paga b'minimu u massimu fuq bażi inkrementali. L-"Interim Measures Agreement" iffirmat fl-20 ta' Mejju 1993, dwar il-Gradi ta' l-Instructor, jirrikjedu li Instructor I jiġi promoss għall-Instructor II jekk ikun għamel b'suċċess il-kors tal-pedagoġija kif rikonoxxut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-"Classification, Regarding and Assimilation Agreement" ta' l-Instructors (iffirmat fit-3 t'Ottubru 1996), jirrestrinġi d-dħul fil-grad ta' Instructor għal min jippossjedi ċ-ċertifikat tal-pedagoġija maħruġ mid-Diviżjoni jew ċertifikat ekwivalenti. Naturalment, dan apparti kwalifiki oħra. Jidher li għad hemm 15 Instructors li qatt ma' temmew b'suċċess xi wieħed mill-korsijiet tal-pedagoġija organizzat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

WSC — Qari tal-meters

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-perijodi li fihom qed isir qari tal-meter tad-dawl u ta' l-ilma? Jista' jgħid ukoll x'inhuma r-rati tal-ħlas relattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-perjodi li fihom qed isir il-qari tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma bejn wieħed u ieħor ta' erba xhur. Ir-rati tal-ħlasijiet tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma: Rata Domestika: LM12 Dawl LM12 Ilma Rata Kummerċjali LM24 Dawl LM24 Ilma Għal aktar dettalji dwar it-tariffi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 58/99.

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.

Ministeru għall-Investiment — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Membru ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.

Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru kun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta’ kuntratturi qed jirreferi

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onor. Membru jkun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.

Ministeru tal-Familja — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għandha tagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.

PBS — Co-ordinator finance

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandha s-sinjura li għadha kif ingħatat il-ħatra ta' co-ordinator finance fil-qasam ta' l-accounts u book keeping? Kemm-il sena ilha taħdem fil-PBS din il-persuna? Kemm ilha l-istess persuna tagħmel xogħol ta' accounts fl-istess kumpannija? X'kien il-grad ta' din l-istess persuna qabel ingħatat il-kariga ta' co-ordinator finance? Kemm-il grad telgħet biex laħqet co-ordinator finance?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-sejha għall-applikazzjoni talbet jew għal kwalifiċi akkademiċi jew għall-esperjenza. Din is-sejħa qatt ma qiset kwalifiċi akkademiċi bħala mandatorji għall-ħatra. Ma nistax nifhem kif l-Onorevoli Interpellanta qed titlob għal informazzjoni fuq kriterju wieħed minn ħafna li ntużaw għall-għażla. L-impjegata konċernata ilha taħdem mal-PBS mill-14 ta' Marzu 1995. Il-persuna konċernata ilha tagħmel xogħol fl-Accounts Department mill-14 ta' Marzu, 1995. Il-grad tagħha kien ta' Clerk II u fl-istruttura l-ġdida tal-kumpanija qabżet grad wieħed.

PBS — Co-ordinator administration

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha taħdem fil-qasam tar-riżorsi umani l-persuna li ngħatat il-kariga ta' co-ordinator administration fil-PBS? X'kien il-grad ta' din il-persuna sal-lum u f'liema uffiċċju kienet taħdem?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-sejha għall-applikazzjoni ta' Administration Coordinator talbet għall-kwalifiċi fl-amministrazzjoni jew seba' snin esperjenza f'xogħol relatat. Il-persuna li ngħatat din il-kariga tissodisfa dawn iż-żewġ kriterji. Il-grad tagħha kien ta' Executive Secretary fl-uffiċċji taċ-Chairman u ċ-Chief Executive. Il-persuna ilha f'dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar 17-il sena.