Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-fniek matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-summien matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 minn Malta u Għawdex fil-pitkalija ddaħħlu 2.71 miljun kilo ta' tadam. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema snin qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ, bettieħ u frott matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni tad-dulliegħ u bettieħ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 kienet hekk:
Dulliegħ 1.19 miljun kilo
Bettieħ 1.08 miljun kilo
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika sew għal liema frott ieħor u għal liema aħħar snin qiegħed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li isimha qed jidher separatament hijiex intitola għal xi forma ta' pensjoni billi ħalset xi bolol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jidher separatament mhix tieħu relief meta din hija separata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ma ngħatax SKA meta din lanqas biss rawha t-tobba tal-bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li jieħu ħsieb il-mara tiegħu li hi marida serjament, instab tajjeb għax-xogħol meta dan irid joqgħod d-dar jieħu ħsieb il-marida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex intitolata għal sussidju fuq id-dawl u l-ilma meta din għandha l-karta r-roża u apparentement is-sussidju nqata'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha tieħu flus f'arretrati mill-income tax l-persuna li isimha qed jintbagħat sepatament? Meta se teħodhom u kemm ilhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna kkonċernata fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex inqata' r-relief lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhix tieħu flus meta din hija marida u ma tistax taħdem fil-preżent?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhijiex intitolata għal SKA u għal sussidju fuq dawl u ilma meta din tilħaq il-kriterji neċessarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li għandha l-karta r-roża mhijiex intitolata għal SKA skond id-dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jidher separtament, qed jgħidulha l-bord ta' l-SKA li mhix intitolata għall-SKA meta din għandha pressjoni għolja u għandha karta safra u roża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhix tieħu l-pensjoni tar-romol skond l-aħħar regolamenti li saru fil-budget li għadda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-pensjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet riveduta skond il-miżuri ġodda mħabbra dwar ir-romol fl-aħħar budget u nħareġ il-pagament dovut bl-arretrati.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li isimha qed jidher separatament mhix intitolata għal SKA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Minhabba li rċevejt xi lmenti mingħand xi anzjani, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-part-time social assistants li jaghmlu home help bħala parti mix-xogħol tagħhom għandhomx inaddfu anke l-parapett li jifforma parti mid-dar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linja gwida tal-Home Help fis-sezzjoni ta' Xogħol Domestiku Numru 2 jispeċifika u nikwota "Xogħol ta' tindif fuq barra għandu jsir il-bieb ta' barra u tindif ħafif tal-bitħa". Dan ma jinkludix parapetti jew drive in.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex intitolata għall-handicapped pension?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li hi, jew rappreżentant tagħha, imorru l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħhom biex jingħataw l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.