Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR — Swali li għandhom l-air condition bil-ħsara

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fl-SVPR li għandhom l-air condition bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali f'San Vinċenz de Paule li bħalissa għandhom l-air conditioners bil-ħsara huma partijiet minn Serenity 1, Serenity 2 u Serenity 3. Xogħol fuq dan il-blokk qed isir bħalissa u dawn mistennija jkunu qed jaħdmu kompletament fil-ġranet li ġejjin. Bħalissa, parti minn din is-sistema diġa' qed taħdem. Xogħol ta' manutenzjoni fuq air conditioners fi swali oħra qed isir biex dawn ikunu qed jaħdmu b'effiċjenza totali.

SVPR — ħaddiema fil-maintenance section

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-maintenance section ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule u ta' liema grad huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' ħaddiema u l-grad tagħhom li jaħdmu ġewwa l-maintenance section fir-Residenza San Vinċenz hi kif ġejja: Construction/Maintenance Hospital Auxiliary (B) 7 Tradesman 1 Total 8 Maintenance Section Boiler Attendant (C) 3 Gardener 1 General Hand (B) 1 Group 1 Scale 20 2 Health Assistant 2 Hospital Auxiliary (B) 7 Operative (C) 1 Post Mortem & Mortuary Attendant 1 Senior Technical Officer 1 Senior Technician 1 Senior Tradesman 25 Supervisor 1 Technical Officer 1 Trainee (T.A.S.) 1 Total 48

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għall-kura

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm bagħat pazjenti għall-kura barra minn Malta u f'liema pajjiż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 2004 sa 30 ta' Ġunju 2004 intbagħtu 141 pazjenti għall-kura barra minn Malta. 140 intbagħtu l-Ingilterra u 1 intbagħat l-Israel.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija li nqabdu mingħajr visa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni barranin f'Malta li ma kellhomx visa għas-sena 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 481 persuna ta' nazzjonalita' barranija li nstab li kienu Malta bil-visa skaduta.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal persuni li ngħataw kumpens fi flus minn quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u għadhom ma tħallsux? Min huma? Kemm għandha tieħu kull persuna? Xi proċedura qed tintuża biex dawn jitħallsu? Jidhirlux li la l-Gvern kellu flus biżżejjed għall-festi, dawn il-persuni għandhom jingħataw il-kumpens li rebħu mingħajr aktar dewmien meta wieħed iqis li dawn ilhom jistennew li ssir ġustizzja magħhom għal numru kbir ta' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm 24 persuna li ngħataw kumpens fi flus mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji u ħlas għadu ma sarx. Minn dawn hemm disgħa każi fejn il-Gvern qed jikkontesta d-deċiżjoni tat-Tribunal fil-Qorti. F’disgħa każi oħra dan l-Uffiċċju qiegħed f’korrispondenza dwar id-deċiżjoni mid-dipartiment jew l-entità li trid tħallas. F’żewġ każi wasal biex isir il-ħlas u erbgħa każijiet oħra għadu kemm inbeda l-proċess li jwassal għall-ħlas tal-kumpens. M’hiex etika li nagħti dettalji ta’ min huma n-nies li għadhom ma tħallsux u kemm għandha tieħu kull persuna. Dwar il-proċedura li tintuża biex jitħallas il-kumpens, ninsab infurmat illi wara li tiġi evalwata s-sentenza tat-Tribunal u jiġi deċiż li ma hemmx każ ta’ ritrattazzjoni u l-Prim Ministru japprova l-ħlas, joħorġu l-struzzjonijiet neċessarji sabiex id-Dipartiment jew l-entità pubblika kif ikun il-każ, jaffetwa l-ħlas dovut.

Convergence Programme 2004-2007

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja d-dħul relattivament baxx ipproġettat mill-privatizzazzjoni fil-Convergence Programme 2004-2007 meta wieħed iqis l-entitajiet kollha li l-gvern iddikjara li beħsiebu jipprivatizza fosthom il-Maltacom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istima għad-dħul tal-Gvern mill-privatizazzjoni tirrifletti l-valur ta’ l-ishma in kwistjoni kif ikkwotati fil-Borża ta’ Malta xi ftit xhur ilu meta kienu għaddejjin il-preparamenti għat-tkomplija tal-Convergence Programme. Naturalment, kulħadd jifhem li dawn huma biss stimi li ma jillimitawx il-miri tal-Gvern fil-proċess ta’ negozjati li ser iwassal għall-bejgħ ta’ dawn l-ishma, apparti mill-fatt li wieħed irid jikkunsidra l-possibbiltà ta’ negozjati li jdumu biex jiġu konklużi b’mod sodisfaċenti għall-Gvern Malti.

Msida — Problema ta' l-għarar

Question

Billi sakemm jerġa' jiftaħ il-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf hemm possibbilta' kbira li tkun saret il-maltempata l-kbira li normalment tikkaratterizza x-xahar ta' Settembru, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-passi preventivi li ttieħdu mid-dipartiment konċernat sabiex tiġi evitata l-problema tal-għargħar li n-nies ta' l-Imsida, b'mod partikolari f'Valley Road, jgħaddu minnha f'dawk iż-żmenijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet wettaq xogħol ta' tindif fl-inħawi ta' Valley Road, Msida kif elenkat hawn taħt:- Xahar Deskrizzjoni tax-Xogħol Settembru 2003 Tneħħija ta 88 tunnellata metrika materjal Ottubru 2003 Tneħħija ta' 9 metri kubu u 71 tunnellata metrika materjal Novembru 2003 Tneħħija ta' 44 tunnellata metrika materjal Diċembru 2003 Tindif tul 1.5km minn ġo Valley Road, Msida Jannar 2004 Tneħħija ta' 36 tunnellata metrika ta' materjal Marzu 2004 Tneħħija ta' tunnellata metrika ta' materjal u tindif ta' 77 metru ta' culverts April 2004 Tindif tul 1.3km minn ġo Valley Road, tneħħija ta' 107.25 tunnellata metrika ta' materjal u tindif ta' 365 metru ta' culverts Ix-xogħol ta' tindif f'dawn l-inħawi jkompli jsir fuq bażi regolari skond il-ħtieġa. Rigward il-proġett ta' flood relief fl-inħawi ta' Valley Road, Msida, peress li dan jinvolvi xogħol fuq it-triq, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Vetturi — Liċenzji pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-karozzi hawn skaduti jew ma ġewx imġedda sa l-01/07/2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-numru ta' liċenzji tal-karozzi li huma skaduti jew ma ġewx imġedda sa l-01/07/2004, hu ta' 35,273.

Avviżi legali maħruġa taħt l-ATT III ta' l-2004

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-legal notices li ħarġu taħt l-Att III ta' l-2004?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħi, l-Avviżi Legali li ħarġu taħt l-Att ta' l-2004 biex jemenda diversi liġijiet (Att Nru. III) ta' l-2004 huma dawn li ġejjin:- Att ta' l-2004 biex jemenda diversi liġijiet, Att Nru. III ta' l-2004: Avviż ta' bidu fis-seħħ. (A.L. 325 ta' l-2004) - mill-4 ta' Ġunju, 2004 dwar l-artikoli 69 sa 77, 79, 80, 119 u 120. Kodiċi Kriminali, Kap. 9, Att kontra Money Laundering , Kap. 373, u Kodiċi Ċivili Kap. 16. Att ta' l-2004 biex jemenda diversi liġijiet, Att Nru III ta' l-2004: Avviż ta' bidu fis-seħħ tat-Taqsima XV. (A.L. 333 ta' l-2004) - mill-14 ta' Mejju, 2004 dwar it-Taqsima XV. Att dwar sgumbrament minn Artijiet, Kap. 228.

Maltacom — Ħlasijiet pendenti tat-telefon minn għaqdiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jelenka kemm hemm għaqdiet sportivi u liema huma, li għadhom lura fil-ħlasijiet tat-telefon? X'inhu l-ammont li kull wieħed għandu jagħti? Kien hemm każi fejn inqatagħlhom it-telefon?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 1130.

WSC — Kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-gvern minn persuni/kumpanniji li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tweġiba għar-rigward tal-kontijiet pendenti ta' l-ilma filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda parlamentari nru. 6668 għar-rigward ta' kontijiet pendenti li jirrigwardaw il-konsum tad-dawl.

Konsulant tal-PBS

Question

Meta kienet ġiet maħtura bħala konsultant tal-PBS l-ewwel darba l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Min kien ħatru? Minn fejn kien jitħallas, mill-ministeru jew mill-PBS?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-persuna imsemmija kienet inħatret bħala konsulent mal-PBS fl-1 ta' Jannar 2001. Huwa kien inħatar mill-Bord tad-Diretturi. Ix-xogħol għal konsulenza mal-PBS tħallas mill-PBS.

PBS — Konsulent tal-PBS

Question

X'inhi eżattament il-ħatra tal-persuna indikata separatament il-lum fil-PBS? Jaħseb il-Ministru li għadu mhux fl-interess tal-poplu li jiżvela x'kien qed jiswa lit-taxpayer dan il-konsulent tal-PBS? Jista il-Ministru jħabbar ir-remunerazzjoni, u vantaġġi oħra li jieħdu l-memmbri tal-Bord Editorjali.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni fi grad ta' principals — Ħarġu bil-pensjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' Principal irtirat minn maċ-ċivil fis-sena 2002, 2003 u sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena? Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minnhom kienu jaħdmu Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta’ Principal li rtiraw mis-Servizz Pubbliku wara li laħqu d-data ta’ l-irtirar bejn l-1 ta’ Jannar, 2002 u t-30 ta’ Ġunju, 2004 huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt: Data Total Kienu jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex 2002 16 0 2003 15 1 01/01/2004 sa 30/06/2004 10 1

Persuni fi grad ta' principals li mistenni jirtiraw

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna fil-grad ta' principal mistennija li tirtira minn maċ-Ċivil matul il-kumplament ta' din is-sena, fis-sena 2005 u fis-sena 2006? Jsita' il-Prim Ministru jgħid kemm minnhom jaħdmu Għawdex u f'liema Dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ uffiċjali pubbliċi fil-grad ta’ Principal li mistennija jirtiraw mis-Servizz Pubbliku mill-1 ta’ Lulju, 2004 sal-31 ta’ Diċembru, 2006, sena b’sena, huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt: Data Total Jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex 01/07/2004 sa 31/12/2004 7 1 2005 27 2 2006 25 2

PTA — Xiri ta' karozzi tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi tal-linja fis-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fis-sena 2004 ġew impurtati 12 il-karozzi tal-linja. L-ebda ordni oħra għax-xiri ta' karozzi tal-linja ma'saret fis-sena kurrenti.