Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni agrikola lokali — Produtturi tal-frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi tal-frott frisk fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #6814 Sitting 161 2004-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni agrikola organika

Question

Tista' il-Ministru tinformani bil-pjan għall-produzzjoni agrikola organika għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pjan għall-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola organika f'Għawdex ser ikun skond l-istrateġiji nazzjonali tal-Gvern f'dan il-qasam.

Bdiewa tal-ħaxix frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-bdiewa tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-bdiewa ta' ħxejjex u frott li jipproduċu b' metodu organiku jistgħu japplikaw taħt il-Pjan ta' Żvilupp Rurali għall-għajnuna finanzjarja ta' 600 Euro kull ettaru ta' art li qegħda taħt produzzjoni organika. Biex jikkwalifikaw għal din l-għajnuna l-produtturi jridu jiksbu iċ-ċertifikati meħtieġa, mill-Awtorita’ Maltija ta’ l-iStandards. La darba jkollhom din iċ-ċertifikazzjoni dawn il-bdiewa jkunu jistgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom fuq is-suq bi prezz ogħla minn ta' prodotti imkabbra b' mod konvenzjonali. Fl-istess ħin, biċ-ċertifikazzjoni jkunu jistgħu jikkompetu ma’ prodotti organiċi barranin. Din l-għajnuna qed tingħata kemm lill-bdiewa li jkunu fil-proċess ta' konverzjoni, kif ukoll lill-bdiewa li jkunu ċċertifikati bħala produtturi organiċi. F' Malta, minħabba li għadu kif beda dan il-proċess ta' ċertifikazzjoni, il-bdiewa kollha jridu jgħaddu mill-proċess ta' konverżjoni ta' sentejn, imma xi wħud minnhom li ilhom jipprattikaw l-agrikultura organika, tista' titnaqqsilhom iż-żmien għal sena biss.

Bdiewa — Produzzjoni ta' frott frisk

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-bdiewa tal-frott frisk f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onorevoli Inerpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6815.

Produtturi tal-majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'forom ta' protezzjoni qed jingħataw il-produturi tal-majjal f'Malta u Għawdex separatament li jipproduċu b'metodu u/jew qed iħejju biex jipproduċu b'metodu organiku? X'forom ta' sussidji qed jingħataw? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus ivvutata speċifikament għal dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li sa fejn huwa magħruf minn dan il-Ministeru, ma hemm l-ebda produttur li huwa interessat biex jipproduċi prodott organiku

MCAST — Vacancy għall-għalliema fuq il-karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-preżent l-MCAST għandu vacancy għall-għalliema fuq il-karozzi? Xi snajja' huma? Xi kwalifiki jrid ikollhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għal avviżi li qed jidhru fil-Gazetta tal-Gvern u fil-ġurnali dwar postjiet tax-xogħol vakanti fl-MCAST. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għal dawn l-avvisi kif ukoll għall-website tal-Kuleġġ, www.mcast.edu.mt minn fejn l-applikant jista jniżżel l-formola ta' l-applikazzjoni.

MEPA — Area fi triq il-Bajjada Qormi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk policy Q011 li kienet proposta fis-Central Zone Local Plan public consultation draft dwar area fi Triq il-Bajjad, Qormi hijiex se tinbidel wara li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kien ressaq oġġezzjoni għaliha u wkoll kien ippropona li din l-area titħalla bħala buffer zone sabiex jitnaqqas l-impatt industrijali f'din l-area?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-Direttorat ta’ l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħa nota ta’ l-oġġezzjonijiet tal-Kunsill Lokali rigward l-area tal-Bajjada. Dan il-Pjan kif abbozzat għad irid jiġi ppreżentat lill-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Nitlob lill-Onor. Interpellant jeżamina jekk jarax li għandu kunflitt ta’ interess f’ din il-mistoqsija minħabba li l-oġġezzjoni saret meta huwa kien Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u illum qed jagħmel mistoqsija dwar il-MEPA, u huwa wkoll impjegat ta’ l-istess MEPA.

Produzzjoni ta' ilma permezz tar-reverse osmosis

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6742 u ċioe' jgħid kemm hi l-ispiża għall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tar-reverse osmosis għal kull metru kubu? Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża globali għall-produzzjoni ta' l-ilma permezz tal-proċess ta' reverse osmosis għas-snin 2002 u 2003, u kemm minn din l-ispiża kienet sussidjata? Jista' jgħid ukoll kemm minn dan l-ilma li ġie prodott peremzz tar-reverse osmosis ġie mitluf?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ispiża għal-produzzjoni ta' l-ilma għax-xorb permezz tar-Reverse Osmosis tvarja minn impjant għall-ieħor. Bħala medja din l-ispiża fl-impjant hi 22c kull metru kubu. Dan ma jinkludiex l-ispejjeż tad-distribuzzjoni u overheads. L-ispiża globali għall-ilma prodott mill-impjanti tar-Reverse Osmosis hi hekk: 2002 - LM4,097,681 2003 - LM4,037,661 Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tirċievi sovvenzjoni mingħand il-Gvern għall-operat totali tagħha u għalhekk ma jeżisti ebda 'sussidju' speċifiku għal l-ilma prodott bir-Reverse Osmosis. Billi l-provvista' ta' l-ilma tad-distribuzzjoni tkun ġejja minn diversi sorsi apparti dik tar-Reverse Osmosis, mhux possibli li wieħed jikkalkula kemm mill-unaccounted for water ikun ġie prodott bir-Reverse Osmosis. Inżid ngħid illi din l-informazzjoni tinsab fid-diversi rapporti anwali tal-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma.

MEPA — Areas li nħakmu mill-Għargħar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6674 jgħid jekk il-MEPA ħaditx miżuri jew policies neċessarji fir-rigward tal-widien u l-areas li nħakmu mill-għargħar fil-15 ta' Settembru li għadda? Hemm ħsieb li jkun hemm xi pjan jew policy paper li tiggwida l-iżvilupp f'dawn l-areas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li wahda mill-policies ta' l-abbozz tal-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta' Malta tirrigwarda il-kwestjoni ta' l-għargħar għaċ-ċentru ta' Birkirkara, u għall-Wied ta' Ħal Qormi. Il-Pjan jidentifika fejn żvilupp ma jistax isir minħabba din il-problema, u fejn żvilupp jista’ jsir imma soġġett għal ċerti kundizzionijiet li jiggarantixxu s-sigurta’ ta' l-iżvilupp u ta' l-okkupanti.

Ħal Qormi — Roundabout

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proġett li kien maħsub mill-Environmental Landscape Consortium biex tiġi rranġata r-roundabout ta' fejn l-Erbgħa Qaddisin f'Ħal Qormi kif hemm muri fis-site plan tar-roundabout li qed nibgħat separatament? Hemm xi ħjiel meta dan se jinbeda u meta se jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-roundabout imsemmija kienet ġiet imsebbħa mill-Gvern u mill Kunsill tul is-snin 2000-2002 qabel ma' ġie iffirmat il-Kuntratt ma' l-Environment Landscaping Consortium (ELC). Minn dak iz-zmien l-ELC għamlu diversi titjib u manutenzjoni f' din iż-żona sabiex illum din hija waħda mill-aħjar roundabouts fl-inħawi.

Triq il-Wied Birkirkara

Question

Jista' il-Ministru jara li triq il-Wied bejn B'Kara u l-Msida li hija main road,titnaddaf regolarment minn weraq tas-siġar li ilhom hemm ħafna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant tiġi mnaddfa regolarment. Hemm ippjanat li ser terġa' titnaddaf matul ix-xahar ta' Awissu.

Żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi HI-TECH

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-iskop taż-żjarat lil għadd ta' kumpanniji Ċiniżi hi-tech li saru mill-Ministru ta' qablu ġewwa Beijing u Shanghai? Kien hemm xi follow-up għal-laqgħa li saret mill-istess Ministru maċ-China Shipping Group Company dwar is-sehem prospettiv ta' dawn ta' l-aħħar fil-Consortium li mistenni jmexxi l-Freeport Terminal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imdina — Pavimentar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' materjal u min għażlu , qiegħed jintuża għall-pavimentar ta' l-Imdina? Min qiegħed jissuplixxi dan il-materjal u kemm hi stmata l-ispiża tiegħu sabiex jitlesta x-xogħol kollu? Kien hemm il-ħtieġa li dan il-materjal jinqata' f'biċċiet tant ħoxnin sabiex jintuża għal dan il-paviment meta fl-Imdina ftit li xejn suppost jgħaddu vetturi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-materjal li qed jintuża għall-proġett ta' pavimentar ta' l-Imdina huwa Altopiano Ragusano li hija ġebla tal-qawwi minn Sqallija. Il-materjal intgħażel minn uffiċjali tal-Works Division u l-Imdina Rehabilitation Project Committee wara konsultazzjoni ma' esperti Taljani. Il-kuntrattur li rebaħ it-tender, General Co. Ltd., qed jissuplixxi dan il-materjal. L-istima biex isir il-pavimentar ta' l-Imdina kollha hija ta' madwar nofs miljun lira. Waqt li huwa veru li l-ammont ta' vetturi li jidħlu huwa limitat, jibqa' l-fatt li vannijiet u trakkijiet jidħlu b'mod regolari għall-proġett u għas-servizzi. Għalhekk ġie deċiż li l-ħxuna tkun waħda li tippermetti t-traffiku. L-ispecification u t-tender documents inhargu fid-9 ta' Mejju 2003 u t-tender giet awardedfis-16 t'April 2004.

Mellieħa Shooting Range

Question

Jista' il-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun jinbidlu żewġ arbli li hemm fil-Mellieħa Shooting Range li magħhom hemm marbutin diversi cables ta' l-elettriku u li jinsabu fi stat perikoluż ħafna tant li jistgħu jikkollossaw min ħin għal ieħor?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Direttorat tar-toroq — Periti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' full complement ta' periti mad-direttorat tat-toroq? F'każ li hemm vakanzi hemm xi ħsieb li dawn jimtlew u jekk fl-affermattiv meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat illi numru ta' periti preżenti mad-direttorat tat-toroq huwa 10. Id-direttorat qiegħed ikompli jiżvilupp l-konċett ta' supervisor engineer skond il-kondizzjonijiet u r-regolamenti tal-FIDIC. Għalhekk f'dan l-istadju mhux il-ħsieb ta' l-awtorita' dwar it-trasport li żżid il-complement ta' periti li għandha bħalissa.

Social Assistance

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex il-każ dwar ir-relief, social assistance tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover jiġi deċiż mill-aktar fis?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Legal aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Gvern fl-legal aid fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Gvern f'Legal Aid fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 kienet kif ġej: Sena Ammont Lm 1999 43, 676 2000 13,892 2001 18,201 2002 17,484 2003 6,815 Niġbed l-attenzjoni tal-istess Onor. Interpellant illi fid-9 ta' Marzu 2000 kienet saret riviżjoni tat-tmexxija tas-sistema ta' l-istess Legal Aid mill-Ministru ta' dak iż-żmien.

Ċentru ta' Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferiti kawżi liċ-ċentru ta' l-Arbitraġġ fis-snin 2003 u 2004? Jista’ jindika kemm mill-każi hekk riferiti kienu każi li jikkonċernaw il-liġi tal-condominia?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-sena 2003 ġew riferuti 31 każ liċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ u 10 każi kienu riferuti dis-sena. Minn dawn il-każi, 7 u 2 rispettivament kienu jikkonċernaw il-liġi tal-Condominia.

Toroq mhux asfaltati — Draft agreements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux se jiffirma d- draft agreements dwar toroq mhux asfaltati mal-Kunsilli Lokali kif għamel il-Ministru ta' qablu? Il-Ministru ma jarax li l-Gvern ikun qed imur lura minn kelmtu ma’ numru ta' Kunsilli Lokali filwaqt li jista’ jidher li jkun hemm diskriminazzjoni bejn dawk il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn dawn il-kuntratti u oħrajn li baqgħu b'xejn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandi xejn xi nżid ma l-aħħar parti tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6611.