Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Applikazzjonijiet għar-rekluti mal-AFM
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6688 li ġiet indirizzata lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' peress li ħafna applikazzjonijiet għar-reklutaġġ mal-Forzi Armati ta' Malta li għalqu dan l-aħħar ġew rifjutati minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku li tniżżlu fuq il-kondotta, jaqbel il-Ministru li l-applikanti ma kellhomx jiġu mċaħħda din l-opportunita' minħabba dawn il-multi tat-traffiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-ħarġa tal-gazzetta tal-gvern tal-21 ta' Mejju li għadda, l-klawsola numru 14b ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet tgħid li flimkien ma' l-aaplikazzjoni l-kandidati għandhom jippreżentaw "ċertifikat riċenti tal-kondotta mill-Puluzija, Form A (maħruġ fi żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-għeluq ta' l-applikazzjoni)". F'din il-kondotta huma ripodotti ukoll il-kontravenzjonijiet imsemmija. Kontravenzjoni tat-traffiku komuni mhux akkompanjata minn ċirkostanzi aggravanti m'għandiex tkun ostaklu għal dawn l-applikazzjonijiet. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jikkonsulta ruħu ma' l-awtoritajiet kompetenti dwar ċirkostanzi aggravanti.
Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6693 li ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet indirizzata lilek u cioe' tista' tforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi sakemm jerġa' jiftaħ il-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf hemm possibbilta' kbira li tkun saret il-maltempata l-kbira li normalment tikkaratterizza x-xahar ta' Settembru, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-passi preventivi li ttieħdu mid-dipartiment konċernat sabiex tiġi evitata l-problema ta' l-għargħar li n-nies ta' l-Imsida, b'mod partikolari f'Valley Road, jgħaddu minnha f'dawk iż-żmienijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għandu ftehim mal-Cleansing Service Department fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet sabiex inaddaf u jagħmel il-manutenzjoni neċessarja fuq l-ispralli u l-ġibjuni kollha li jagħqu kollha li jagħqu taħt ir-responsabilita' tal-Gvern Ċentrali minn żmien sabiex jiġi evitat kull inkonvenjent.
Ministeru għal Għawdex — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6631, tita' il-Ministru tirrispondi rigward l-ammonti ta' flus kollha li l-Ministeru għandu pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6630, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha li l-Ministeru għandu pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6629, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6628, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġa waslet fil-Ministeru/Dipartiment konċernat;
(ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6627, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Mill-invoices li s'issa waslu fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u li m'humiex kontestati, m'hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw f'dan il-Ministeru
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6626, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (GALEA, LOUIS)
Napprezza li l-Onor. Membru jispeċifika għall-liema tip ta' kont partikolari qed jirreferi.
Pulizija — Petizzjoni dwar sparar tal-bombi tal-festa
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien sar wara petition li kienet ippreżentat il-ġurnalista Pamela Hansen, dwar l-isparar eċċessiv tal-bombi tal-festa?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pulizija diġa' ħadet passi sabiex ma jingħalqux toroq arterjali importanti għal ħruq tan-nar. Il-Pulizija tieħu azzjoni fuq ilmenti li hi tirċievi minn żmien għal żmien.
Belt Valletta — Parking space ta' quddiem il-Bank Ċentrali
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-parking space ta' quddiem il-Bank Ċentrali fil-Belt Valletta u li hu riservat għall-persuni b'diżabilita', mhux qed jiġi rispettat minn min ikun fil-parkeġġ?
X'inhi r-raġuni li lanqas l-awtoritajiet konċernati, inkluż il-wardens, mhux qed jieħdu l-passi biex dan ma jkomplix jiġri?
Response (BORG, TONIO)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Awtoritajiet kompetenti. Sadanittant inħarġet cirkolari mill-Korp tal-Pulizija għal iktar infurzar dwar das-suġġett.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lili f'mistoqsija parlamentari 6679, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet u xogħlijiet ta' manutenzjoni u tindif ta' din is-subway matul din is-sena?
Jista' jgħid jekk jinsabx informat tajjeb bl-istat ta' din is-subway għax milli jidher din is-subway teħtieġ manutenzjoni urġenti biex tiġi fi stat diċenti?
Jista' jgħid skond il-work orders maħruġa mill-ADT kemm kienet tlaħħaq l-ispiża tal-manutenzjoni ta' din is-subway f'din l-aħħar sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fir-rigward ta' l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, jien informat illi wara li l-awtorita' dwar it-trasport bagħtet perit sabiex jispezzjona s-subway imsemmija mill-Onor. Interpellant, ġie deċiż li din għandha tiġi rrappurtata lill-cleansing services department sabiex tkun tista' issir il-manutenzjoni meħtieġa fi żmien qasir.
Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, jien informat illi l-ħlas għall-manutenzjoni tas-subways isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet. Għalhekk għal aktar informazzjoni, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.
Billi d-dipartiment ta' l-informazzjoni għadu kif ikkonferma li minkejja n-nefqa totali ipproġettata fuq l-ambaxxata ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ta' Lm9 miljun ma tinkludix ir-residenza tar-rappreżentant permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea is-Sur Richard Cachia Caruana, jista' il-Ministru jgħarraf lill-Kamra:
jekk l-akkomodazzjoni tas-Sur Cachia Caruana inxtratx jew inkrietx jew għad trid tinxtara jew tinkera;
jekk il-gvern huwiex aktar inklinat li jixtri flok jikri l-propjreta';
jekk inxtrat/inkriet, kif intgħażlet u b'liema prezz inxtrat/inkriet;
min kien responsabbli minn Malta u minn barra l-pajjiż għall-valwazzjoni kemm tal-proprjeta' ta' l-ambaxxata kif ukoll tar-residenza ta' l-ambaxxatur;
x'inhuma l-indirizzi ta' l-ambaxxata kif ukoll tar-residenza involuta?
L-istess japplika fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni ta' l-ambaxxatur ta' Malta akkreditat għall-Belġju?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'referenza għall-Mistoqsija numru 6904 ninforma lill-Onorevoli Membru illi kemm l-akkomodazzjoni privata ta' l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, kif ukoll l-akkomodazzjoni ta' l-Ambaxxatur Tarcisio Zammit huma mikrija. Jiena infurmat li bħala prinċipju, f'dawn l-aħħar erbgħin sena l-akkomodazzjoni f'diversi pajjiżi fejn Malta għandha parteċipazzjoni diplomatika permanenti, ġiet iktar mikrija milli mixtrija.
F'dawn iż-żewġ każijiet ġiet segwita l-proċedura ta' l-għażla tas-soltu billi jiġu "short listed" numru ta' proprjetajiet li minnhom issir l-għażla finali.
L-indirizz preżenti tar-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' l-Ambaxxata ta' Malta għar-Renju tal-Belġju huwa:
65-67 Rue Belliard, B-1040 Brussels, Belgium. Din il-propjeta hija mikrija sa' l-aħħar ta' Lulju 2006 lill-Gvern Malti għall-ammont ta' Euros 38,295 kull tlett xhur. Ma' dan l-ammont jitħallsu wkoll Euros 4,957 kull tlett xhur, bħala ħlasijiet ta' servizzi (charges).
Għal raġunijiet magħrufa, ma jidhirliex li għandi nagħmel pubbliku l-indirizz ta' l-akkomodazzjoni privata tas-Sur Richard Cachia Caruana, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.
L-indirizz ta' l-akkomodazzjoni tas-Sur Tarcisio Zammit huwa:
Clos des Molouinieres, 4, Woluwe - Saint-Pierre, 1150 Brussels, Belgium.
Il-kirja ta' l-akkomodazzjoni tar-residenza fiż-żewġ każijiet tammonta għall-
Ambaxxatur Richard Cachia Caruana Ambaxxatur Tarcisio Zammit
Euros: Euros:
5.600 kera fix-xahar (furnished) 4,000 kera fix-xahar (unfurnished)
Skond il-"Conditions of Service for Officers Serving Abroad" is-somma ta' 24,259 euros hija mnaqqsa mill-allowances tas-Sur Cachia Caruana u s-somma ta' 17,845 euros hija mnaqqsa mill-allowances tas-Sur Zammit, bħala kontribuzzjoni tagħhom għall-akkomodazzjoni privata li jipprovdilhom il-Gvern fi Brussels.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal uffiċjali tal-probation fi ħdan is-servizz tal-probation? Hemm xi ħsieb li toħroġ sejħa biex jiġu ngaġġati uffiċjali tal-probation ġodda? Jekk ir-risposta għall-mistoqsija preċedenti hija fl-affermattiv, jista' jgħid kemm beħsiebu jimpjega uffiċjali tal-probation ġodda u meta se jsir dan? Jekk se jiġu ngaġġati uffiċjali tal-probation ġodda, dawn se jaħdmu fl-uffiċċju tal-probation li fil-preżent jinsab fi Triq San Pawl il-Belt Valletta jew se jiġu mħaddma f'xi postijiet oħra bħal per eżempju, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Għaddejjin diskussjonijiet biex jiġu evalwati s-servizzi mogħtija mill-uffiċċjali tal-probation u biex jiġu identifikati l-bżonnijiet neċessarji biex tali servizzi kemm jista' jkun ilaħħqu mal-bżonnijiet tal-lum.
Tista' il-Ministru tara li jinħadem l-aġġustament marbut mal-ħlas li tirċievi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan wara li sar ftehim l-kollettiv mal-kumpanija fejn kienet taħdem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jinħadem l-aġġustament tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament wara li sar ftehim kollettiv tal-kumpanija fejn kien jaħdem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħarrġu produtturi tat-tjur fuq il-produzzjoni agrikola lokali f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'liema livell ta' taħriġ u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm m’ hemm l-ebda program ta’ taħriġ fiss, l-produtturi tat-tjur jingħataw tagħrif fuq it-trobbija tat-tjur kif ikun meħtieġ. Kull każ jiġi ttrattat separat fuq il-ħtieġa tiegħu. L-iktar li jsir xogħol huwa fuq bini ta' rziezet, ventilazzjoni, maniġġ ta' l-iskart etc. Kien sar kors lill-Produtturi tat-Tjur fit-2002. Ma jinżammux rekords ta' kemm jiġu produtturi għal pariri.